Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum 'L-Awtorità tal-Ippjanar il-Gvern biddilha permessi bħall-pastizzi!' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Numru ta' Ħdud ilu din il-gazzetta intervistat lill-Ministru Clint Camilleri dwar is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali, infrastrutturali u aktar ta' Għawdex. Ġimgħa wara li din l-istess gazzetta ħarġet sondaġġ li wera' li Camilleri u Chris Said huma l-aktar kandidati Għawdxin popolari mal-votanti tat-13-il distrett, kien imiss issa li nintervisaw lill- eks Ministru ta' Għawdex u llum kelliem tal-PN għal dan is-suġġett, Chris Said. Nibdew bil-baġit. Dan il-Gvern qed jiftaħar li dak li ħabbar f 'Ottubru huwa "baġit rekord" għal Għawdex. Kif jara li dan il-baġit huwa differenti, aħjar jew kif jitqabbel ma' baġits ta' Gvernijiet Nazzjonalisti? Said jgħid illi l-ewwel u l-akbar differenza hija dik illi kuntrarjament għal baġits preċedenti ma kienx hemm kapitlu wieħed li jitratta lil Għawdex kif jisħaq illi kien jiġri kważi dejjem f 'kull baġit. "Minflok Għawdex issemmiet ftit 'l hawn u 'l hemm," qal Said mal-ILLUM li kompla jispjega illi mhu minnu xejn li dan huwa baġit rekord għal Għawdex għax jinsisti illi filwaqt li qabel Għawdex kien jieħu mat-2.5% tal-Baġit kollu, bħala medja, issa din il-medja niżlet għal taħt il-1% - jgħid il-Kelliem tal-PN. "Il-fatti qed jitkellmu waħedhom dwar kemm huwa rekord, għaliex Għawdex qed jieħu inqas minn nofs dak li kien jieħu qabel mill-Baġit." 'Qabel il-Kunsilli kienu jagħmlu t-toroq...' Il-Gvern jiftaħ diversi proġetti ta' toroq ukoll, prattikament kull ġimagħtejn u l-Kmamar tal-Aħbarijiet ta' sikwit jirċevu stqarrijiet dwar toroq li jkunu qed isiru. Imma Said jirrikonoxxi dan? Jirrikonoxxi li qed isir ħafna xogħol infrastrutturali f 'Għawdex? Huwa jisħaq li taħt Gvern Nazzjonalista t-toroq residenzjali kienu jsiru mill- Kunsilli Lokali, "għax aħna nemmnu fis-sussidjarjetà, jiġifieri li l-poter ikun diċentralizzat - u allura tajna l-poter lill-Kunsilli Lokali biex jagħmlu t-toroq huma." Huwa qal li dan il-Gvern ħa dan il-poter minn idejn il-Kunsilli Lokali u minflok meta tinfetaħ xi triq l-Għarb jew l-Għasri, jibgħat PRs u joħroġ l-istqarrijiet. "Il- Gvern preżenti triq waħda biss qed jibni, dik li minn Nadur tieħdok l-Imġarr - u ilha erba' snin magħluqa! Diġà għaddew erba' Ministri - Refalo, Caruana u issa Camilleri u għadha magħluqa" sostna Said. Huwa qal illi b'differenza għal dan, taħt Gvern preċedenti nbnew mill- ġdid - u mhux sempliċiment sar il-wiċċ - diversi toroq u jsemmi dik ta' Ta' Pinu, tad-Dwejra, tax-Xlendi, dik li mir-Rabat tieħdok sa San Lawrenz u anke dik li mix-Xewkija tieħdok ir-Rabat, apparti li jelenka numru ta' toroq li saru fir-Rabat stess. 'L-ekonomija Għawdxija ma tistax tibqa' tiddependi kważi mit-turiżmu biss' Waqt il-pandemija t-turiżmu f 'Għawdex ra spinta qawwija, anke għax ħafna nies ippreferew imorru sa Għawdex minflok jieħdu r-riskju u jsiefru. Kemm jinkwieta illi meta tgħaddi l-pandemija Għawdex jaf jieħu daqqa fit-turiżmu? Huwa sostna li t-turiżmu intern huwa importanti ħafna u importanti li l-Għawdxin jieħdu ħsiebu, imma sostna wkoll li jibża' illi 50% tal-Prodott Gross Domestiku Għawdxi huwa ġej mit- turiżmu. Said qal li dan juri illi l-ekonomija Għawdxija mhijiex diversifikata biżżejjed bħal ma hi dik ta' Malta, li jfakkar illi 20% minnha tiddependi mit-turiżmu. "Għalhekk nemmnu li huwa nuqqas tal-Gvern li mhuwiex qed jiddiversifika biżżejjed l-ekonomija Għawdxija u fil-fatt fl-aħħar snin ma rajniex niċeċ ekonomiċi ġodda. Meta naraw x'niċeċ ġodda jeħtieġ li niftħu u nattiraw f 'Għawdex ma nsibu xejn f 'dan il-Baġit," qal id-Deputat Għawdxi. Huwa reġa' insista li l-ekonomija Għawdxija ma tistax tibqa' tiddependi kważi biss fuq it-turiżmu u li l-Għawdxin li jixtiequ xogħol tajjeb b'paga tajba - għaliex jisħaq li ħafna drabi l-pagi fit-turiżmu mhumiex tajbin - qed ikollhom jinżlu Malta. "Bħalissa hawn madwar 4,000 Għawdxi li qed jaħdmu Malta - li jfisser kważi t-tripplu ta' dak li kien hemm qabel... u fl-istess waqt il- Gvern mhu jagħmel xejn biex jindirizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol f 'Għawdex, fejn il-paga medja għadha madwar €2,400 fis-sena, inqas milli hija f 'Malta. " Huwa qal li minn naħa l-oħra l-Gvern jiftaħar li llum hemm numru rekord ta' impjiegi li qed jinħolqu f 'Għawdex, iżda jirrimarka li n-nurmu ta' ħaddiema barranin fuq din il-gżira żdied minn madwar 500 fl-2012 għal 4,000 din is- sena. "Jiena mhux qed ngħid li ħażin li nħoloq ix-xogħol u qed jaħdmu l-barranin, imma qed nistaqsi għand min marru dawn l-impjiegi ġodda? Marru għand il-barranin, f 'setturi fejn il-pagi mhumiex daqstant tajbin. Aħna rridu li f 'Għawdex jinħoloq ix-xogħol u xogħol li jħallas tajjeb," insista Chris Said mal- ILLUM. Imma l-PN jaqbel mal-mina jew le? Induru fuq kwistjoni li issa ilha titqajjem u li magħha tqajjem ħafna dikussjoni u kontroversja. Il-politiċi l-Għawdxin - kemm il-Ministru Clint Camilleri imma anke Said, filli jgħidu li jridu Għawdex għaliha, destinazzjoni għaliha u anke reġjun għalih u filli jridu li Malta u Għawdex ikunu ħaġa waħda. Xi trid eżatt l-Oppożizzjoni? Taqbel jew le mal-mina? Chris Said jibda billi jgħid illi għal Għawdex u l-Għawdxin il-konnettività hija kollox, għaliex il-gżira tiddependi minn konnettività tajba. Huwa jgħid li kien propju għalhekk li meta kien fil- Gvern il-PN xtara tliet vapuri ġodda u sar investiment fit-terminal tal-Imġarr u ċ-Ċirkewwa, fost affarijiet oħrajn. Huwa qal li kuntrarjament għal dan - Gvern Laburista xtara vapur "tas-second hand" li jisħaq illi tant huwa antik, li lanqas biss jista' jiġi rreġistrat taħt il-bandiera Maltija." Huwa qal li issa l-PN qed jipproponi żewġ vapuri ġodda, li wieħed minnhom ikun għall-merkanzija u jgħaqqad lill- Port il-Kbir maċ-Ċirkewwa. "Issa dwar il-mina aħna qed ngħidu li jekk isiru l-istudji kollha meħtieġa - u aħna nemmnu li mhix qed isiru - F'Għawdex l-iżvilupp għaddej ġmielu iżda mal-ILLUM Chris Said jirrifjuta li jaċċetta l-kritika tal-Gvern li dan l-iżvilupp huwa frott policies ta' Gvern preċedenti. Huwa jħalli tieqa mbexxqa biex il-proġett tal-mina ma jsirx u jgħid li ħafna mill-impjiegi li nħolqu qed iħallsu pagi baxxi...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021