Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum aħbarijiet Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Il-Parlament Ewropew b'mozzjoni biex il-Kummssjoni 'ġġib fi tmiemha' l-industrija tal-pornografija ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Tliet Kumitati tal-Parlament Ewropew qed jappellaw sabiex il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri "jwaqqfu l-industrija tal-pornografija mibnija fuq l-ittraffikar tas-sess, l-istupru u abbuż fuq tfal u nisa." Dawn il-Kumitati qed jappellaw ukoll li kemm jista' jkun isiru kampanji edukattivi u li jqajmu kuxjenza li jkunu indirizzati kemm għas-subien anke għall-irġiel hekk kif ir-rapport ta' dawn il-kumitati jfakkar li f 'ħafna każi l-aggressuri ta' vjolenza onlajn ikunu irġiel. Dawn il-Kumitati - Tal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern u tad-Drittijiet tan- Nisa u Ugwaljanza - ħadmu fuq mozzjoni b'rakkomandazzjonjiet lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, bil-mozzjoni tappella sabiex madwar l-Ewropa aktar nisa jkollhom aċċess għall-industrija tal-ICT biex b'hekk tkun indirizzata d-differenza bejn il-ġeneri f 'dan is-settur, speċjalment f 'dak li jirrigwarda Intelliġenza Artifiċjali. Fost il-proposti hemm ukoll dik dwar il- bżonn li madwar l-UE kollha jkun hemm definizzjoni komuni ta' x'inhi vjolenza ċibernatika, għaliex il-mozzjoni tgħid li n-nuqqas ta' din id-definizzjoni komuni qed twassal għal differenzi fil-mod kif tkun indirizzata din ir-realtà. B'hekk ikun hemm diskrepanzi kbar fil- protezzjoni, appoġġ u kumpens lill-vittmi. Qed jipproponu wkoll illi l-vjolenza ċibernatika tkun inkluża bħala waħda mill- modi ta' kif ordni minn Qorti tinkiser - simili għal kif tinkiser billi, per eżempju l-aggressur jersaq qrib il-vittma. "Hemm bżonn ukoll illi jkun hemm programmi komprensivi edukazzjonali u ta' trattament bil-għan li l-aggressuri ma jerġgħux iwettqu reati simili," tgħid il-mozzjoni li tisħaq ukoll li hemm bżonn illi jiġi regolat is-soware li jwettaq moniteraġġ bil-għan li jinħolqu salvagwardji mill-abbuż. Minkejja dan, il-mozzjoni tappella lill- Kummissjoni twaqqaf kumpanija tas- sorveljanza milli tirriklama lilha nnifisha jekk tissorvelja mingħajr ma tgħid li qed tagħmel dan lil min qed juża s-servizz. L-MEPs qed jisħqu li għandu jiġi mfassal Kodiċi ta' Prattika għal pjattaformi onlajn, filwaqt li qed jappellaw biex is-soċjetà ċivili tipparteċipa fl-evalwazzjoni u r-reviżjoni tal- Kodiċi ta' Kondotta kontra l-Lingwaġġ ta' Mibgħeda. Finalment il-mozzjoni qed tappella wkoll biex din il-problema reali ħafna fl-Ewropa u fid-dinja (ara kaxxa biċ-ċifri) tkun miġġielda wkoll permezz tal-edukazzjoni li tkisser l-isterjotipi tal-ġeneru, apparti li tul il-mozzjoni qed tkun issottolinejata l-importanza tal- għajnuna lill-vittma. Fil-fatt qed tiġi proposta helpline komuni madwar l-UE kollha bħala punt ta' kuntatt għall-vittmi, filwaqt li jinħoloq direttorju għas-servizzi kollha li tista' tuża persuna li tkun għaddejja minn abbuż. U x'inhu meqjus reat ta' vjolenza ċibernatika? Qed nitkellmu dwar vjolenza ċibernatika, imma tajjeb nimu din il-mozzjoni kif qegħda tikklassifika dan it-tip ta' reat, biex inti li qed taqra dan l-artiklu tiem aħjar jekk intix vittma jew inkella biex tkun attent x'tagħmel u ma tagħmilx onlajn għax jaf tkun qed tabbuża! Mela l-Parlament Ewropew qed iqis l-ewwelnett il-fastidju ċibernatiku bħala eżempju - u dan jinkludi ibbulljar jew inkella li tirċievi materjal sesswali mingħajr ma titlob għalih. Imbagħad hemm cyber-stalking - li ssegwi lil xi ħadd b'mod kontinwu, li tikser il- privatezzza ta' ħaddieħor billi taċċessa, ixxerred u timmanipula dejta jew immaġini ta' persuna oħra. Li tissorvelja persuna u tispija fuqha permezz tal-midja soċjali, li thedded, li tgħaddi kummenti ta' mibgħeda inkluż kliem ta' abbuż lil mara li ma taċċettax l-avvanzi sesswali tiegħek kif ukoll li tħeġġeġ persuna tagħmel suwiċidju. Mozzjoni minn tliet Kumitati telenka diversi proposti dwar l-vjolenza onlajn, fosthom il-pornografija, li tgħid illi hija riżultat ta' traffikar u abbuż fuq nisa u tfal... L-abbuż onlajn fi ftit numri! 1. Skont is-sondaġġ LGBTIQ Survey II 10% tal-persuni LGBTIQ madwar l-UE kienu ffastidjati onlajn 2. Dan il-persentaġġ jitla' għal 16% fost persuni trans u 15% fost persuni bejn 13 u 18-il sena li huma LGBTIQ 3. Bejn 4% u 7% tan-nisa fl-UE jgħidu li kienu ffastidjati matul is-sena l-oħra 4. 52% tan-nisa esperjenzaw abbuż onlajn imqar darba f 'ħajjithom 5. 12.5% tal-ibbuljar fl-iskejjel fil-fatt isir onlajn 6. 33% tan-nisa madwar id-dinja - skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa - iffaċċjaw abbuż mis-sieħeb tagħhom stess 7. 15-il pajjiż fl-UE għadhom ma jinkludux l-identità tal-ġeneru fil-Lingwaġġ tal- Mibgħeda 8. Il-vjolenza ċibernatika tiswa' bejn €49 u €89 biljun skont studju tal-EPRS, il-biċċa l-kbira telf fi kwalità tal-ħajja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021