Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum Il-Qbiela: Il-bdiewa jgħidu li wisq, is-sidien Fl-ewwel tarf tal-ħabel issib lill-bdiewa li jinsistu li qed jiġu mitluba wisq. Fit-tarf l-ieħor issib lis-sidien li jgħidu li dak li qed jitolbu lanqas biss jibda' ma dak li ħaqqhom. Jekk tħares lejn is-sitwazzjoni kollha mill- bogħod tinduna li din hi biss kobba maqgħuda b'ħafna trufijiet. Min għandu raġun? Int x'taħseb? Għat-tieni ġimgħa, l-ILLUM daret fuq il-Koordinatur tal- Għaqda Bdiewa Attivi, Malcolm Borg u staqsitu mistoqsija sempliċi. "Għalfejn qed jiġri dan kollu?" Ir-risposta tiegħu kienet li dan kollu jdur mal-fatt li teżisti domanda kbira għal l-art agrikola għal raġunijiet mhux agrikoli. Għal dan li ġej, ejja nżommu f 'moħħna lil Nazzareno u Antonia Pulis. Bdiewa li kienu jaħdmu art agrikola f 'Ħaż-Żabbar. Is-sid tagħhom, J&C Properties, rebaħ każ kontra l-Avukat Ġenerali wara li argumenta l-liġi preżenti tal- qbiela tmur kontra d-dritt tas-sid li jgawdi l-proprjetà tiegħu. F'dan il-proċess legali kollu, il- Qorti bagħtet lill-perit tekniku tal- Qorti sabiex jivvaluta l-art agrikola u jara kemm tiswa'. Fl-ebda ħin u mument, ħadd ma jista' jgħid li l-perit ma għamilx xogħlu. Hi biss il-formula li ntużat mill-perit li ġiet kritikata minn Borg. Borg irrakkonta kif il-formula li jużaw il-periti bħalissa, biex jivvalutaw l-art, tikkunsidra r-raba' fil-madwar kemm inbigħ, jekk għandhiex kmamar, jekk għandhiex aċċess għat-triq u ħafna iktar. Dan kollu jibqa' jtella l-valur tal-art. "Jekk il-perit ikkunsidra kemm jinbiegħ ir-raba' bħalissa, ir-raba' qed jinbiegħ għoli ħafna għax hawn domanda kbira għalih. Fejn qabel tomna raba' kienet tinbiegħ €8,000 issa qed tinbiegħ €80,000." Li ried ifisser Borg hu li anke jekk il-Qorti, bħal ma kien il-każ tal-kirjiet l-antiki, tieħu 1% jew 1.5% tal-valur ta' proprjetà, is- somma mitluba lil bidwi bħala qbiela se tkun wisq esseġerata. Fil-fatt, Borg żied jgħid "li bidwi, jkabbar xi jkabbar, lanqas jekk tkun kannabis, mhuwiex se jaqla biżżejjed biex iħallas il-qbiela." Biex inkunu għidna kollox, hawn fejn nerġgħu naqgħu fl-argument li ppreżentaw l-Għaqdiet Franċiżi meta kienu qegħdin jiġġieldu għal emendi fil-liġi Franċiża tal-qbiela. Huma kienu sostnew li l-bidwi qed jispiċċa jaħdem biex jipprova jgħix imma mhux biex jagħmel profit. Skont il-koordinatur, "din fetħet tieqa sabiex il-bdiewa jitkeċċew." Mistoqsi mill-gazzetta, jekk taffetwax li tkun bidwi part-time jew full-time, Borg wieġeb li kulħadd qed jintlaqat. "Qed naraw fenomeni inkredibbli u moqżieża ta' nies li għandhom ħafna flus li jixtru ammont kbir ta' art bil-bdiewa ġo fih. Qed jixtruh mingħand is-sid, bil-bdiewa b'kollox, imbagħad jipprovaw jkeċċu lill-bdiewa għal skopijiet oħra." Fil-fatt huwa sejjaħ il-kwistjoni tal-qbiela bħala "l-ikbar theddida fuq is-settur agrikolu, mill- Indipendenza 'l hawn." Anke wara li jikkunsidra l-problemi tal-pitkalija, tal-ilma, u l-isfida tat-tibdil fil-klima, din għalih hi l-ikbar theddida għax, "mingħajr art la jista' jkun hawn bdiewa u lanqas prodotti." Għalhekk l-Għaqda Bdiewa Attivi appellat il- każ konta J&C Properties f 'isem il- bdiewa, bit-tama li din it-tkeċċija tiġi reveduta. Allura kif għandna tiġi kkalkulata l-qbiela skont Malcolm Borg? Fuq l-istess mudell ta' pajjiżi oħra, huwa spjega li l-art agrikola għandu jkollha valur b'formula differenti. "Li jiġri barra minn Malta, il- valur tal-art tiġi kkalkulata fuq il- fatt li dik hija art agrikola u allura valur tagħha għandu jkun valur agrikolu fejn titqies il-produttività tal-art, mhux il-valur tar-real estate. "Imbagħad ħalli jħallas il-1% il-bidwi imma mhux fuq €80,000, fuq rata ħafna aktar baxxa li tixraq l-art." Qal ukoll li Malta għandna vantaġġ għax ħafna mir-raba' huwa tal-Gvern, filwaqt li barra minn Malta, ħafna mir-raba' huwa tal- privat. "Jiġifieri kieku jirraġunaw bħal ma tirraġuna l-Qorti Maltija, kieku lanqas jeżisti bidwi wieħed barra minn Malta," temm jgħid Borg. MARIANNA CALLEJA Ġimgħa ilu l-gazzetta żvelat il-liġi ġdida tal- qbiela. Tat ukoll spjegazzjoni tal-kronoloġija legali tal-qbiela f 'Malta. Issa kien imiss li l-gazzetta tisma' ż-żewġ naħat tal-argument. Il- ġlieda tal-bdiewa hi waħda ġustifikata għaliex dawn qegħdin jiġġieldu għall-għixien tagħhom. Min-naħa l-oħra għandek lis-sidien li qegħdin jiġġieldu għad-dritt fundamentali tagħhom. Nerġgħu nmorru lura għal każ tal-għalqa f 'Ħaż-Żabbar fejn is-sid rebaħ kawża kontra l-Avukat Ġenerali wara li l-Qorti Kostituzzjonali sabet li l-liġi tal- qbiela mhux kostituzzjonali. Il-Qorti Kostituzzjonali taħdem fuq każi ta' allegat ksur tad-drittijiet tal-bniedem, interpretazzjoni tal- Kostituzzjoni u invalidità tal-liġi. Għaldaqstant biex nimu aħjar il- każ innifsu kontra dawn il-bdiewa u anke l-każijiet l-oħra li ġew miuħa fl-aħħar xhur, il-gazzetta tkellmet mal-avukat u perit Robert Musumeci. Huwa ddeskriva l-qbiela bħala "problema kostituzzjonali." Fil- fatt Robert Musumeci beda' immedjatament jinsisti li l-liġi f 'dan il-każ ma kinitx kostituzzjonali għax is-sid inkisirlu d-dritt fundamentali tiegħu. Fost id- drittijiet fundamentali tal-persuna, hemm id-dritt li wieħed igawdi l-affarijiet tiegħu, f 'dan il-każ, li s-sid igawdi artu. Huwa spjega li l-Istat jista' jintervjeni, u jillimita dik it- tgawdija, iżda jrid ikun hemm interess pubbliku. Jekk il-Gvern jrid jieħu art u jagħmilha fly-over, jista' għax dak interess pubbliku. Jekk il-Gvern jrid jieħu binja jista' basta għal interess soċjali. B'dan f 'moħħna, l-avukat jispjega li imbagħad il-Konvenzjoni Ewropea ma tiqafx hemm, "tgħid li jrid ikun hemm kumpens adegwat. Il-prinċipju tal-proporzjonalità." Għalhekk beda' dan kollu, għax is- sid qed titteħidlu l-art u mhux qed jiġi ikkumpensat b'mod adegwat. Minkejja li l-gazzetta fakkritu li f 'dan il-każ, l-art qed tiġi maħduma b'mod li tipprovdi ikel lill-poplu jekk hemm bżonn, Musumeci insista li hemm prinċipji oħra, lil hinn minn dawk morali. Tenna li s-sid irid jingħata kunpens u li dak il-kumpens bħalissa mhux jirrifletti bilanċ. Filwaqt li "jekk is-sid mhux se jingħata kumpens, mela l-bidwi jrid joħroġ minn hemm." Mistoqsi dwar proposti li ħarġu mill-partiti politiċi fix-xhur li għaddew li jsemmu State-Aid, Musumeci qal li la darba s-sid jiġi kumpensat sew, ma taffetwax minn 'L-ikbar theddida fuq is-settur agrikolu, mill- indipendenza 'l hawn' – Malcolm Borg Jekk is-sid mhux se jingħata kumpens, mela l-bidwi jrid joħroġ minn hemm' – Robert Musumeci

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021