Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 Il-Qamar Kwinta fiż-Żodjaku ta' Sagittarius Mill-Ħadd 12 ta' Diċembru sas-Sibt 18 ta' Diċembru Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-Qamar Kwinta fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Aquarius ser ikun iffisser mument profond ta' aktar konċentrazzjoni fil-ħidma tiegħek. Iżda minn issa trid tibda tgħaraf tikkontrolla aktar l-atteġjament tiegħek, sabiex minn issa int tkun kapaċi tiffaċja b'aktar kalma u trankwillita' u hekk tgħaraf tasal fejn verament tixtieq. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Virgo. Il- kristalla ideali għalik hi l-Amber. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-Qamar Kwinta fiż-żodjaku ta' Sagittarius għalik Pisces ser ikun iffisser mument ta' iżjed bżonn ta' paċenzja, dan sabiex int tgħaraf aktar b'għaqal dak li hemm riesaq lejk kemm fil-ħidma tiegħek u ferm aktar fil-ħajja personali tiegħek. Għaraf ikkombina din il- paċenzja sabiex minn issa int tgħaraf kemm ser tibda tħossok aħjar. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio. Il-kristalla ideali għalik hi l-Onyx. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sat-19 ta' April F'dan il-Qamar Kwinta fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Aries ser ikun perjodu ta' riflessjoni aktar profonda fir-relazzjoni li int qed tesperjenza. Ovvjament qed tħoss ċertu biżgħat tal- passat u dan jaf joħloq xi problemi sakemm int tkun deċiż dwar fejn eżatt tixtieq tasal. Għaraf biss li l-passat huwa tagħlima u għalhekk issa int trid tħares biss lejn il-futur. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. Il-kristalla ideali għalik hi l-Jade. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-Qamar Kwinta fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Taurus ser ikun iffisser li dan huwa l-mument opportun li tgħaraf timxi ma' dawk l-opportunitajiet ideali għalik sabiex hekk minn issa il- madwar kollu tiegħek tevolvieh kif verament tixtieq. Issa għandek dan il-mument li tant ilek tistenna. Għaraf li b'għaqal tieħu dak li jista' jkompli jimmotivak. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Capricorn. Il- kristalla ideali għalik hi l-Labradorite. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal- 20 ta' Ġunju F'dan il-Qamar Kwinta fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Gemini ser ikun iffisser li minn issa int trid timxi b'aktar għaqal u dan sabiex int tkun aktar iffokat aktar mis- soltu fuq twettieq ta' dawk l-idejat li minn issa ser jibdew jitwettqu. Għaraf sew dan sabiex dan il-mument hekk importanti għalik iwasslek lejn aktar stabilta. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius. Il-kristalla ideali għalik hi l-Lemon Quartz. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 22 ta' Lulju F'dan il Qamat Kwinta fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Cancer ser ikun iffisser fokazzjoni profonda ta' iżjed riflessjoni għal dak it-tibdil li hemm bżonn f 'dawn il-ġimgħat jibda' jitwettaq. Għalkemm jistgħu jiżviluppaw xi sitwazzjonijiet iebsin xorta waħda għandek l-abbilta' tikkonfrontah u dan żgur ikompli isaħħek aktar fil-mod kif tkun kapaċi taddatta. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. Il-kristalla ideali għalik hi l-Black Opal. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-Qamar Kwinta fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Leo ser ikun dak il-perjodu li int ser tgħaraf iżjed kemm issa trid tkun aktar stabbli fil-madwar tiegħek. Għalkemm int ser tkun mehdi b'ħafna proġetti u idejat ġodda xorta waħda għandek tgħaraf iżomm dak il-bilanċ f 'kull parti tal-ħajja tiegħek sabiex żgur ma jkunx hemm min jista' jfixklek. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra. Il-kristalla ideali għalik hi l-Cats Eye. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru F'dan il-Qamar Kwinta fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Virgo ser ikun dak il-mument fejn int trit tgħaraf tkun aktar preċiż f 'dak li int minn issa tixtieq tibda twettaq. Għaraf kompli miexi b'dik id-determinazzjoni u jiffoka lejn il-futur u għal dak li hemm riesaq lejk. Parir ikun tajjeb li tanalizzaħ sew. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini. Il-Kristalla ideali għalik hi l- Quartz. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-Qamar Kwinta fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Libra ser ikun iffisser għalik mument fejn int trid tkun aktar agressiv fl-ambizzjonijiet kemm tiegħek personali u ta' dawk ta' madwarek. Dan jaf ikun ta' sfida għalik minħabba li issa int trid turi aktar id-determinazzjoni f 'dak li int trid tibda tesprimi iżda int iffoka biss lejn il- quddiem b'aktar ottimiżmu. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni gej min Aqaurius. Il-kristalla ideali għalik hi l-Aquamarine. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-Qamar Kwinta fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Scorpio ser ikun iffisser mument ta' aktar kontroll ta' dawk ir- responsabilitajiet li int għandek u dan sabiex minn issa l-quddiem ħafna mid-deċiżjonijiet li int ser tibda twettaq ikunu biss fuq mertu tiegħek. B'hekk int minn issa ser tibda tħares lejn dan b'aktar sodisfazzjon. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. Il-kristalla ideali għalik hi l-Fire Gate. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-Qamar Kwinta fiż-żodjaku ta' Sagittarius għalik l-istess Sagittarius ser ikun iffisser mument li tgħaraf iżjed l-abbilta' tiegħek sabiex b'hekk int tkun aktar fil-kontrol ta' dak li hemm madwarek. Dan huwa mument li jista' jkun li int terġa tirbaħ dak li int tli fil-passat u għalhekk issa int trid tgħaraf din id-determinazzjoni fl-abbilta' tiegħek għal aktar ġejjini pożittiv. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. Il-kristalla ideali għalik hi l-Moonstone. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-Qamar Kwinta fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Capricorn ser ikun iffisser dak il- mument opportun li int trid tgħaraf timxi b'aktar ħeġġa li jekk is-soltu int kont tieħu s- sitwazzjonijiet jew deċiżjonijiet aktar kajmani issa dan ser jinbidel. Dan ser ikun iffisser għalik aktar ritmu u b'hekk ħajjtek ser tieħu xejra aktar pożittiva. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Il-kristalla ideali għalik hi Tiger's Eye. Namaste L-ewwel Premju: Voucher bi skont fuq il- pubblikazzjonijiet kollha ta' PaulJon, flimkien mal- Kalendarju Żodjaku 2020. It-tieni Premju: Voucher bi skont fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon Marsascala, flimkien ma' tifkira tal-Kalendarju Żodjaku 2020. L-ewwel premju ntrebaħ minn: MaryGrace Borg miż-Żejtun It-tieni premju ntrebaħ minn: Fiona Xerri minn Raħal Ġdid Mistoqsija sempliċi ta' din il-ġimgħa hi: Semmi aspett importanti bejn id-19 u s-26 ta' Diċembru. Ibgħat it-tweġiba postali tiegħek lil: Paul Jon, Kompetizzjoni "ILLUM", Po Box 27, Paola. Opportunità għalik li tħobb taqra Bdejna dan ix-xahar ta' Diċembru, x-xahar b'diversi aspetti fejn bdejna bin-new moon fl-4 ta' Diċembru u mbagħad ser nassistu għal Ġimgħa fejn bejn id-19 u s-26 ta' Diċembru ser nesperjenzaw il-qamar kwinta, tmiem taż-żodjaku ta' Sagittarius, tmiem tal-Ħarifa, bidu tal-għaxar żodjaku ta' Capricorn, bidu ta' l-istaġun tax-Xitwa u ovvjament jum il-Milied. Għal din il-ġimgħa partikolari intkom li tħobbu taqraw dwar il-paranormali, jew taqraw rakkonti vera dwar l-esperjenzi tan-nies bħalkom jew tħobbu taqraw dwar l-oroskopju, ser ikollkom opportunita' unika fuq il-pubblikazzjonijiet tiegħi billi takkwistaw kopja grazzi għal gazzetta Illum. Għal aktar informazzjoni ibagħtu sms fuq 79495804 jew fuq 99013600. Namaste KOMPETIZZJONI MA' PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021