Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874
Prinċipju li fuqu naqblu, kollha kemm aħna Alex Muscat 22 IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum opinjoni M ill-bieraħ, trid tilbes il-maskra kullimk- ien, anke f 'postijiet pubbliċi u fil-miuħ. Il-varjant il-ġdid jidher li qed jinfirex aktar malajr minn varjanti oħra, u tinħass il-ħtieġa li nibqgħu nipproteġu lilna nfusna. Din id-deċiżjoni qanqlet ir-reazzjoni ta' bosta – min jaqbel u min le, min jaħseb li din il-miżura kellha tittieħed qabel u min jaħseb li qatt ma kellha ssir. Imma jekk hemm punt li fuqu jaqbel kulħadd, huwa l-bżonn li jsir investiment kontinwu fil-qasam tas- saħħa. Hekk qed nagħmlu permezz tal-amministrazzjoni għaqlija tad- dħul mill-investiment dirett barrani. Permezz tad-dħul mill-investiment barrani, u bil-kollaborazzjoni sħiħa mal-Ministeru għas-Saħħa, qed ninvestu mhux biss fil-kura tal- pazjenti Maltin u Għawdxin, iżda wkoll fil-prevenzjoni tal-mard. Nibda billi nsemmi sensiela ta' investimenti li qed inwettqu fl-ibliet u rħula madwar il-gżejjer Maltin, biex inwasslu servizzi ta' saħħa fil-qalba tal-komunità. Dan huwa investiment li b'kollox ilaħħaq l-għaxar miljun ewro, li huwa iffinanzjat mill-Fond Soċjali u Għall-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF). Il-ħsieb wara dan l-investiment huwa sempliċi: min għandu bżonn kura primarja għandu jinqeda fil-belt jew raħal tiegħu stess, għal kuntrarju ta' dak li kien jigri qabel l-2013. Postijiet bħall- Belt Valletta, per eżempju, ma kellhomx ċentru tas-saħħa dedikata għalihom. Għalhekk biddilna binja abbandunata f 'ċentru tas-saħħa li qed tilqa' għexieren ta' persuni kuljum. Id-diversi kliniċi li qed niħu qed joffru diversi servizzi, fosthom klinika ta' tabib tal-familja, klinika b'servizz ta' infermiera, aċċess għal servizz ta' podjatrija, fiżjoterapija, patoloġija tal-lingwa mitkellma, servizz ta' teħid ta' demm, esperti fid-dieta u servizzi għall-kura għas-saħħa mentali. Il-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali jeżisti proprju għalhekk, biex ikompli jagħti spinta lis- soċjetà tagħna. Dan il-fond jirċievi perċentwal mid-dħul li jiġi minn dak li kien il-programm ta' residenza b'investiment. Permezz tal-investiment tal-NDSF, qed inkomplu inpoġġu liċ-ċittadin fiċ-ċentru tal-kura fil-livell tas- saħħa primarja. L-NDSF jaħdem għall-avvanz tas-soċjetà, f 'diversi setturi, mhux biss fil-qasam tas-saħħa, imma wkoll f 'oqsma bħall-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni, skopijiet soċjali, skopijiet ta' ġustizzja, inizjattivi li joħolqu impjieg, l-ambjent u s-saħħa pubblika. Grazzi għal dan il-fond, stajna nħabbru investiment ta' 8 miljun ewro f 'ċentru ġdid għall-kura paljattiva immexxi minn Hospice Malta. Dan il-kumpless se jkun qed joffri servizzi lil persuni li għandhom bżonn kura paljattiva. Li titkellem fuq dan is-suġġett huwa neċessarju mmens, jekk irridu li l-ħajja nitrattawha b'dinjità, mill-bidu tagħha sa tmiemha. L-investiment tal-NDSF ma jikkonċernax biss il-flus, imma jikkonċerna l-prinċipju. Qed nirrikonoxxu li l-bniedem ħaqqu jkollu l-ħtiġijiet kollha materjali, psikoloġiċi u spiritwali għad-disposizzjoni tiegħu, fl- aktar mumenti diffiċli ta' ħajtu. Huwa investiment li jirrikonoxxi l-prinċipju li din il-kura trid tingħata 24/7, f 'ambjent seren, f 'ambjent li jirrispetta l-ħajja, tibqa' kemm tibqa' hemm. Riċentement ħabbarna wkoll investiment ta' miljun u nofs ewro f 'CT Scanner f 'San Vinċenz, li se jaqdi mhux biss lil dawk il-persuni residenti f 'San Vinċenz, imma lir- residenti anzjani kollha f 'Malta u Għawdex li se jiġu bżonn CT Scan. Huwa stmat li xejn inqas minn 94,000 ċittadin Malti u Għawdxi jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura - 21% tal- popolazzjoni kollha Maltija u Għawdxija. Permezz ta' dan l-apparat, se naqtgħu l-listi ta' stennija f 'Mater Dei. Meta qed nitkellmu dwar mard, kull jum li jgħaddi jaf isalva ħajja, u aktar kemm naqbdu mard fi stadju bikri, ikbar iċ-ċans li bniedem jingħata kura mill-aktar effettiva. Dawn huma investimenti li juru biċ-ċar kif qed noħolqu ġid li qed jasal fil-komunità. Il-wegħda tagħna hija ċara: li nipproteġu dak li l-Maltin u l-Għawdxin qed igawdu minnu. Dan nagħmluh għax aħna bilgħaqal fl-argument tagħna li għandu jkollna jedd fuq iċ- ċittadinanza ta' pajjiżna, bħala kompitu assolut tagħna. Fuq kollox aħna bilgħaqal għax minkejja ż-żmien iebes li ffaċjajna matul din l-aħħar sena minħabba l-pandemija, xorta waħda qed inkunu kapaċi li mhux biss ngħinu lill-familji u n-negozji tagħna imma li nibqgħu saħansitra ninvestu fin- nies tagħna u fis-saħħa tagħna. Filwaqt li qed nagħmlu l-almu tagħna kollu, issa importanti li kulħadd isegwi r-regoli mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, għall-ġid tagħna lkoll. Alex Muscat huwa s-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Il-wegħda tagħna hija ċara: li nipproteġu dak li l-Maltin u l-Għawdxin qed igawdu minnu. Dan nagħmluh għax aħna bilgħaqal fl-argument tagħna li għandu jkollna jedd fuq iċ-ċittadinanza ta' pajjiżna, bħala kompitu assolut tagħna

