Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 aħbarijiet 'Wara l-eqqel tal-pandemija rajna aktar klieb abbandunati minn għexieren ta' snin f'daqqa' ANTHEA CACHIA Issa li l-Milied jinsab kantuniera 'l bogħod, kulħadd jibda' jinkwieta x'ser jixtri bħala rigali. Iċ-ċkejknin bdew jiktbu l-ittri tagħhom lil Father Christmas. Hemm tfal li jixtiequ pupa oħrajn ġugarelli teknoloġiċi iżda hemm ukoll dawk li jkunu jixtiequ annimal, xi kelb. Iżda r-realtà hija kiefra għal dawn l-annimali "rigali" għaliex uħud minnhom minn dar lussuza jispiċċaw f 'xi triq mudlama, abbandunati. L-ILLUM tkellmet ma' Rosalind Agius volontiera fl- Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati (AAA). Hija stqarret ma' din il-gazzetta li llum il-ġurnata m'għadhiex tgħid lin-nies biex jadottaw minflok jixtru kelb. Hija tgħid li lil hinn minn kif ġabu l-klieb, in-nies għandhom jibqgħu iħobbuhom u jieħdu ħsiebhom għal dejjem, sal-aħħar ta' ħajjithom. "Kelb huwa għal ħajtek kollha mhux għall-Milied biss," qalet Agius. Hija kompliet tgħid li filwaqt li normalment naraw ħafna klieb jiġu abbandunati wara l-Milied, wara li s-sidien jirrealizzaw li ma jridux irabbu, din id-darba Malta rat fenomenu ġdid. Hija spjegat li minn wara l-ewwel mewġa tal-Covid-19, lura fl-ewwel nofs tas-sena 2020, l-AAA rat l-akbar rata ta' abbandun ta' klieb. Dan meta mqabbel man-numru ta' klieb abbandunat wara l-festi ta' ħafna snin f 'daqqa. Dan ifisser li l-abbandun ta' klieb wara l-Milied ta' għexieren ta' snin f 'daqqa kien ekwivalenti għall- mewġa ta' abbandun tal-klieb wara l-Covid-19. Agius tgħid li ta' kuljum ikun hemm numru kbir ta' "klieb mormijja" li meta jidħlu fil- bibien tal-AAA ikollhom bżonn jingħataw il-kura u l-attenzjoni meħtieġa. Xi kultant dan jinkludi li jingħataw it-tilqim, jsewwu u jdewwu lill-klieb. Minkejja li ċertu kliniċi tal-annimali jtaffu l-piż tal-Assoċjazzjoni billi jagħtuhom xi skontijiet u l-Gvern jagħtihom fondi kull sena, dawn mhumiex biżżejjed. Mistoqsija jekk jifilħux għad-domanda tal-klieb, Agius qalet, "le, aħna nippruvaw bl-aħjar mod li nistgħu iżda hawn qed nitkellmu fuq eluf ta' flus, anke sempliċement biex imantnuhom." Waħda mill-problemi ta' din l-assoċjazzjoni hija li minkejja li huma jaċċettaw klieb abbandunati ta' kull età, huma it li jadottaw klieb kbar. Tant hu hekk li Agius tisħaq li fl-Assoċjazzjoni hemm kemm ġriewi kif ukoll klieb li jinsabu fl-aħħar ta' ħajjithom. Din il-gazzetta staqsiet ukoll jekk kienx hemm każi ta' adozzjoni mill-AAA li wara it żmien reġgħu rritornaw lill-kelb lill-istess Assoċjazzjoni. Agius tgħid li dan huwa każ rari. Madankollu tgħid li l-AAA tibqa' tagħmel superviżjoni fuq dawk kollha li jadottaw il-klieb biex b'hekk jiżguraw li l-klieb li ħarġu mill-AAA jibqgħu iħarsuhom anke wara li jkunu ħarġu minn darhom. "Jiena irrid kelb!" Mhux se tkun l-ewwel darba li smajniha din. Iżda l-klieb għandhom ikunu rigal? X'jiġri meta l-kelb jiġi abbandunat? L-ILLUM titkellem ma' Rosalind Agius waħda mill- volontiera tal-AAA, li bi ħġarha tkun lesta biex tilqa' lil dawk il- klieb abbandunati

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021