Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068
Il-riforma tagħti iktar dinjita' lill-adulti fl-użu personali tal-kannabis, filwaqt li tnaqqas l-istigma soċjali u t-tbatija ta' persuni li għaddew minn proċeduri ġudizzjarji fuq pussess ta' ammonti zgħar. Il-proposti jħarsu l-minuri, is-saħħa u l-ordni pubblika, u jnaqqsu bil-bosta u b'mod qawwi d-dipendenza ta' min juża l-kannabis fuq il-kriminalità organizzata. X'SE JKUNU L-BIDLIET? PUSSESS U KONSUM 1. Pussess ta' kannabis f'ammont sa 7 grammi għall-użu personali minn persuna ta' tmintax il-sena 'l fuq mhux se jkun reat, u ma jagħtix lok għall-ebda konfiska, arrest, proċedura, jew multa. 2. Pussess ta' kannabis f'ammont bejn 7 – 28 gramma jagħti lok għal konfiska, proċeduri quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja, u penali ta' bejn hamsin (50) u mitt (100) euro u għall-konfiska tal-kannabis. 3. Konsum ta' kannabis fil-pubbliku (ħlief għal skopijiet mediċi) jagħti lok għal proċeduri quddiem il-Kummissarju Għall-Ġustizzja u penali ta' 235 euro, u l-konsum quddiem minorenni jgħolli l-penali għal bejn 300 u 500 euro; 4. Pussess ta' kwalunkwe ammont ta' kannabis taħt it-28 gramma minn persuna ta' taħt it-18-il sena jwassal biex dik il-persuna tidher quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja sabiex jiġi rakkomandat lilha pjan ta' kura; 5. Dan kollu japplika fejn il-Pulizija ma jkollhomx suspett raġonevoli ta' traffikar tad-droga. KOLTIVAZZJONI 6. Se tkun permessa l-koltivazzjoni ta' massimu ta' 4 pjanti tal-kannabis fir-residenza, irrispettivament min-numru ta' residenti, b' mod illi l-pjanti ma jkunux jidhru minn postijiet oħra; 7. Minbarra l-pjanti, jkunu permessi wkoll massimu ta' ħamsin gramma ta' kannabis imnixxfa fl-istess residenza. ASSOĊJAZZJONIJIET 8. Se jkun permess illi jitwaqqfu 'growers associations', organizzazzjonijiet li jikkoltivaw il-kannabis biex iqassmuha fost il-membri tagħhom. Dawn l-organizzazzjonijiet ma jistgħux jaħdmu għal profitt; 9. Kull organizzazzjoni għandha limitu ta' 500 membru, li kollha jridu jkunu ta' 'l fuq minn 18-il sena; 10. L-ammont ta' kannabis li jista jitqassam lil kull membru huwa ta' mhux aktar minn 7 grammi kuljum, b'massimu ta' 50 gramma, kull xahar. Jistgħu jitqassmu wkoll sa 20 żerriegħa tal-pjanta kannabis lil kull membru kull xahar; 11. Fil-postijiet tagħha, l-organizzazzjoni ma jistax ikollha iktar minn 500 gramma ta' kannabis imnixxfa, u l-ebda post ma jista' jkun iktar minn 250 metru qrib sko˜a, club jew ċentru taż-żagħżagħ; 12. L-ebda post ma jista' jkollu xi rik˜amar re˜atat mal-kannabis; 13. L-ebda post ma jista' jikkaġuna fastidju fil-lokalità fejn ikun; REGOLAZZJONI U KONTROLL 14. Se tkun qed titwaqqaf l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis, li se tkun ir-rego˜atur tas-settur; 15. L-organizzazzjonijiet iridu jkunu reġistrati u liċenzjati mill-Awtorità, u jridu jsegwu l-liġijiet, regoli u ordnijiet kollha tagħha; 16. L-Awtorità twettaq ukoll kontrolli dwar il-kwantità u l-kwalità ta' kannabis imqassma; 17. L-Awtorità b'mod ġenerali ser tkun qed tniedi programmi u strateġiji re˜atati ma' prevenzjoni u harm reduction; DEFINIZZJONI TA' KANNABIS 18. Id-definizzjoni l-ġdida ta' "kannabis" tispeċifika li hija "l-fjoritura u l-weraq ta' kwalunkwe pjanta tal-ġenus kannabis u tinkludi kwalunkwe raża tal-istess pjanta u kwalunkwe preparazzjoni maħruġa mill-istess pjanta, iżda ma tinkludix iż-żerriegħa tagħha, jew prodotti tal-kannabinojdi li ma jkunx fihom iktar minn zero punt tnejn (0.2) fil-mija ta' tetrahydrocannabinoil (THC)."; KONDOTTA 19. Min instab ħati minn Qorti ta' reat li se jkun qed jiġi depenalizzat jew dekriminalizzat se jkun jista jneħħi s-sentenza mill-kondotta tiegħu b' talba bil-miktub. IR-RIFORMA DWAR L-UŻU PERSONALI TAL-KANNABIS ugwaljanza C M Y CM MY CY CMY K Cannabis MT for Print.pdf 1 16/12/2021 13:06