Illum previous editions

ILLUM 19 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRUW 2021 • illum aħbarijiet ANTHEA CACHIA Is-sena 2021 waslet fi tmiemha u l-Milied jinsab biss ġimgħa 'l bogħod. F'dawn iż-żminijiet Malta tkun imżewwqa bl- aħmar u bl-aħdar. L-Belt Valletta mhux b'wisq inqas u din is-sena b'mod speċjali hekk kif fi Pjazza Tritoni għaddejjin l-attivitajiet ta' Fairyland. Ftit metri 'l bogħod l-organizzaturi saħansitra għamlu ice-rink. Dik li missirijietna jiftakruha bħala l-venda mimlija karozzi tal-linja, issa nbidlet f 'dinja ta' fantasija għat-tfal. Dlonk il- funtana tara d-dar ta' Father Christmas, li bi tbissima liema bħala fuq wiċċu, ta' kull ġimgħa qiegħed jiltaqa' ma' mijiet ta' tfal. L-eċitament tat-tfal kien jinħass fl-arja u t-tfal kienu kollha preparati biex jiltaqgħu ma' wieħed mill-aktar karattri famużi tad-dinja. It-tfal ilkoll bdew jirrakkontaw dak kollu li għamlu tul is-sena, jekk kinux bravi jew imqarbin u fuq kollox, x'rigal se jkunu qed jistennew taħt is-siġra tal-Milied kif jisbaħ il-jum tal-Milied. Uħud mill-Maltin jibdew jiċċelebraw il-Milied minn Novembru iżda oħrajn idumu iżjed. Madankollu ix-xiri qatt ma jonqos u din ġiet innotata mill-gazzetta, hekk kif minkejja t-temp kiesaħ b'xita kostanti, din ma waqfitx lill-poplu Malti milli joħroġ minn Bieb il-Belt b'xi basket kbir mimli rigali. Kien għalhekk li l-ILLUM imxiet lejn il-ħwienet ċkejknin ħdejn il-ferris wheel fejn fihom kien hemm għadd ta' negozji żgħar u lokali. Il-prodotti kienu jvarjaw. Uħud ibiegħu l-ġojjellerija u oħrajn ibiegħu ikel tipiku ta' żmien il-festi. Minkejja li ammont sostanzjali ta' prodotti li qed jinbiegħu huma għall- adulti, hemm ukoll ħanut ieħor speċifikament għat-tfal. Dan il-ħanut joffri attività ħelwa fejn jgħin lit-tfal jesprimu l-kreattività tagħhom bl-aħjar mod possibli. Dan permezz ta' stickers u glitters. Ftit passi 'l bogħod l-ILLUM tiltaqa' ma' żagħżugħ li mhux biss kien qiegħed hemm ibigħ ġojellerija tal-filugranu iżda kien wieħed mill-imħuħ warajhom. Iż-żagħżugħ ta' 17-il sena stqarr li llum il-ġurnata ma' tantx hawn persuni li għadhom jagħmlu dan ix-xogħol artiġjanali. Mistoqsi x'inhuma l-aktar affarjiet popolari mal-bejjiegħa huwa stqarr li l-imsielet u ċ-ċrieket kienu fost l-aktar milqugħa tajjeb. Minkejja s-sempliċità ta' dawn l-opri t'arti, id-dettal f 'dawn iċ-ċrieket kien impekkabbli u ta' spiss diversi nies, b'mod partikolari t-turisti, waqfu biex jammiraw l-isbuħija. Jidher li l-imħabba għall- imsielet inħasset minn ħafna ħwienet. Fost il-ħafna ħwienet, il-gazzetta tkellmet ukoll mas- sid ta' negozju tal-ġojellerija magħmula mit-tafal. Hija stqarret mal-ILLUM li minn sempiċiment pakket tafal hija toħloq imsielet u ġiżirajjen b'ħafna dettal. Fost il-varjetà li joffri dan in- negozju, is-sid saħqet li bħalissa n-nies qed jixtru ħafna imsielet li huma kulur id-deheb. Hija rrimarkat li kuluri li jispikkaw bħalma hu d-deheb huma popolari ma' nies ta' etajiet differenti. Fl-aħħar il-gazzetta żaret ħanut tal-ikel. Bla dubju ta' xejn, l-aktar ħaġa popolari man-nies kien il-mulled wine. Il-ħaddiem tal-ħanut spjega li minkejja li f 'dawn il-ħwienet tal-ikel, l-ikel tradizzjonali kien sejjer tajjeb ħafna, in-nies kienu jistaqsu ħafna għall-mulled wine forsi wkoll minħabba t-temp kiesaħ li qed jagħmel f 'dawk il- ġranet. Huwa spjega lill-ILLUM il- proċess kollu, mill-bidu sal- aħħar, kif issir din ix-xarba sħuna u saħansitra wera' lil din il-gazzetta l-ingredjenti fosthom il-kannella, l-aniżetta u l-larinġ frisk. L-ILLUM innotat ukoll li wara sigħat ta' ħidma, dawn il- ħaddiema xorta baqgħu jilqgħu lill-klijenti tagħhom b'ħeġġa kbira. Il-maġġoranza ta' dawn il-bejjiegħa, ir-relazzjoni li jibnu mal-klijent ma kienx biex jagħmlu l-qligħ, iżda saħansitra jirnexxielhom inisslu tbissimha fuq fomm dawk kollha li jitkellmu magħhom. Fuq kollox, dak hu li jġib miegħu il-Milied; ferħ, kuntentizza u hena! X'qiegħed jinbigħ l-aktar fis-suq tal-Milied? L-ILLUM tmur qalb il-bejjiegħa tat-Tritoni Id-dawl jiddi, tiżjin ma' kull kantuniera, il-mużika tal-Milied tidwi fit-toroq u r-riħa tal-ikel tradizzjonali taqsamlek qalbek. Ħafna drabi dawn l-affarjiet kollha nesperjenzawhom meta nkunu fiċ-ċinema naraw xi film iżda din il-gazzetta esperjenzat dan kollu proprju fil-Belt Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 December 2021