Illum previous editions

ILLUM 19 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

31 films illum • IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 Carmel Bonnici Ix-Show u l-film mużikali 'Annie' (1) Ix-xogħol mużikali Annie deher fuq Broadway għall-ewwel darba fl-1977 u baqa' sejjer għal sitt snin sħaħ. B'hekk waqqaf rekord għat- teatru Alvin li wara sar it-Teatru Neil Simon. Dan hu bbażat fuq l-istrixxa komika Little Orphan Annie bil-mużika ta' Charles Strouse, liriċi ta' Martin Chernin mill-ktieb ta' omas Meehan. Minn din il-wirja ħarġu diversi produzzjonijiet f 'ħafna pajjiżi, kif ukoll rebħet l-unur Tony bħala l-Aqwa Produzzjoni Mużikali. Il-kanzunetti 'Tomorrow' u 'It's A Hard Knock Life' kienu fost l-aħjar ta' din ir-reċta. Qabel dehret fuq Broadway, Annie kellha l-premiere tagħha nhar l-10 ta' Awwissu 1976 fil- Goodspeed Opera House f 'East Haddam, Connecticutt. L-ewwel tifla li interpretat lil din l-orfni b'xagħar aħmar kienet Kristen Vigard. Wara ġimgħa Andrea McArdle kienet aktar addattata biex tinterpreta lil din l-orfni li taf sewwa kif tirreagixxi fit-triqat. Nhar il- 21 t'April 1977, Andrea McArdle interpretat lil din it-tifla fuq il-palk ta' Broadway. Annie kienet innominata għal 11-il unur Tony u rebħet sebgħa, inkluż l-Aqwa Xogħol Mużikali, l-Aqwa Mużika u l-Aqwa Ktieb. Fuq Broadway, atturi ċkejknin li għamlu l-parti ta' din l-orfni kienu Shelley Bruce, Sarah Jessica Parker, Allison Smith u Alyson Kirk. Din il-wirja għalqet nhar it-2 ta' Jannar 1983 wara total ta' 2,377 reċta. Matul iż-żmien li Annie kienet qed issir fuq Broadway, kien hemm erba' kumpaniji jduru madwar il- bliet tal-Istati Uniti bl-istess wirja. Fil-West End ta' Londra, dan ix- xogħol mużikali beda jintwera fit- teatru Victoria Palace, fit-3 ta' Mejju 1978. Andrea McArdle li kienet Annie l-oriġinali fuq Broadway fi New York, ħadmet din il-parti 40 darba. Il-Brittanika Ann Marie Swatkin ta' 12-il sena dehret bħala Annie. Fil- West End, Annie għalqet il-bibien nhar it-28 ta' Novembru 1981 wara 1,485 wirja. Wara, sar trasferiment għat- teatru Hippodrome ta' Bristol għall- wiri speċjali ta' żmien il-Milied, qabel din ir-reċta bdiet iddur mar- Renju Unit. Minħabba xi regoli ta' tħaddim għall-atturi tfal, suċċessjoni ta' tfal bniet daħħlu għal din il-parti u jinbiddlu kull 4 xhur. Din il-produzzjoni kull tant żmien baqgħet iddur mal-bliet ta' xi pajjiżi. L-aktar notevoli huma tours fl-Istati Uniti tal-Amerika ta' Fuq fl-1987 u madwar dan il-pajjiż kollu fl-1978, 1979, 1981, 2000, 2005-2010 u reġgħu rxuxtawha fuq Broadway fl-2012; fil-West End ta' Londra dehret ukoll fil-1983, 1998 u madwar il-Gran Brittanja fis-snin 2000 u 2001, sal-2010; f 'Madrid, Spanja saret fl-1981 u fi Buenos Aires, l-Arġentina fl-1982, waqt li fil-kontinent ta' taħtna, l-Awstralja fil-2000 u 2001. Il-karattri prinċipali ta' din ix- show huma dawn: Annie – Tifla b'xagħar aħmar, orfni ta' 11-il sena, ottimista u arjuża li qed tfittex il-ġenituri tagħha. Fl-aħħar tispiċċa addottata minn Oliver Warbucks. Oliver "Daddy" Warbucks – Negozjant biljunarju li jiaħ lil daru u fl-aħħar anki lil qalbu għal Annie. Grace Farrell – Is-segretarja fidila ta' Warbucks li mill-ewwel tieħu grazzja ma' Annie. Miss Agatha Hannigan – Dik li tieħu ħsieb l-orfanatrou tat-tfal bniet, diżilluża, tobgħod lit-tfal u tħobb tixrob ħafna. Daniel "Rooster" Hannigan – Ħu Miss Hannigan iż-żgħir, kalzrat li ħarab mill-ħabs u qed jippjana biex jisraq lil Annie. Lily St. Regis – Il-ħabiba ta' Rooster, dejjem tfittex fejn taqla' l-flus. Hi u Rooster se jippożaw tal-ġenituri ta' Annie biex tisloħ lil Warbucks u jaħtfu taħt idejhom rigal ta' $500,000. Franklyn D. Roosevelt – Il- President tal-Istati Uniti li qed jgħin lil Warbucks fit-tfittxija għall- ġenituri vera ta' Annie. Louis Brandeis – Imħallef tal- Qorti Suprema Amerikana li jingħajjat biex jgħin fl-adazzjoni ta' din l-orfni. Bert Healy – Xandar fuq ir-radju li jaċċetta li jxandar għat-tfittxija tal- ġenituri ta' Annie. Drake – Is-seur fil-villa ta' Warbucks u ħabib ħafna ma' Annie u ma' Daddy Warbucks. L-Ajjutant Ward – Pulizija li jmur għal Annie u jsibha fil-post ta' dawk bla dar (Hooverville). Sandy – Kelb abbandunat li ssalvah Annie u jsir il-ħabib fidil tagħha. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 December 2021