Illum previous editions

ILLUM 19 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

24 opinjoni IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Lejn kunsens wiesa' dwar il-kannabis G ħaddew iktar minn 10 snin mill-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kum- missjoni Globali dwar il-politika fuq id-droga liema Kummissjoni kienet immexxija minn Kofi Anan, ex-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda. Rakkomandazzjoni ewlenija ta' din il-kummissjoni kienet li tintemm darba għal dejjem il-kriminalizzazzjoni, il-marġinal- izzazzjoni u l-istigmatizzazzjoni ta' dawk li jagħmlu użu mid-dro- ga u li ma jagħmlu l-ebda ħsara lill-ħaddieħor. It-tibdil fil-liġijiet li ġie approvat mill-Parlament iktar kmieni din il-ġimgha u li permezz tiegħu il-pussess tal-kannabis għall-użu personali ġie dikriminalizzat hu pass f 'din id-direzzjoni, direzzjoni tajba. Dan ma jfissirx li dak kollu li ġie approvat hu tajjeb, imma li b'mod ġenerali l-liġi approvata hi tajba u aċċettabbli. Imma għad hemm x'tirranġa. Il-liġi approvata iktar kmieni din il-ġimgħa hi bidla radikali u allura hu inevitabbli li jkun hemm reżistenza kbira għaliha. Dan wieħed jimu. Imma minkejja dan, id-deċiżjoni favur id- dikriminalizzazzjioni tal-pussess tal-kannabis għall-użu personali ġiet aċċettata b'mod ġenerali. Dan hu rifless pożittiv tal-mod kif is- soċjetà tagħna qed tħares lejn ir- realtà. Huwa ukoll fatt li għandu u jista' jservi bħala bażi b'saħħitha għall-iżvilupp ta' kunsens wiesa' fil-pajjiż dwar kif inħarsu lejn il- kannabis. Il-każ ta' Daniel Holmes li bħala riżultat tiegħu numru ta' pjanti tal-kannabis li tkabbru minnu għall-użu personali tiegħu wasslu għal sentenza twila u esaġerata ta' ħabs hu riċenti wisq biex ninsewh. Sa din il-ġimgħa l-liġi dwar id- droga ma kinitx tirrifletti dak li tħoss u lesta li taċċetta is-soċjetà tagħna. Il-pubblikazzjoni tad- dokument ta' konsultazzjoni f 'Marzu li għadda biex jissaħħaħ il-qafas legali dwar l-użu responsabbli tal- kannabis m'għandux jitqies bħala eżerċiżżju li ntemm, iżda pjuttiost bħala l-bidu ta' proċess konsultattiv kontinwu mal-utenti kollha. Għandna nirrealizzaw ilkoll kemm aħna li minkejja l-ħidma siewja tal-għaqda ReLeaf Malta, f 'isem bosta konsumaturi tal-kannabis, hemm bosta persuni oħrajn li filwaqt li jagħrfu l-ħtieġa urgenti għal riforma kienu jippreferu pass iktar kajman, proċess ta' riforma gradwali. L-Oppożizzjoni Parlamentari, mhux biss m'għandhiex direzzjoni, imma fuq kollox m'għandhiex idea dwar x'inhu jiġri. Numru ta' għaqdiet, iżda, ippreżentaw diversi proposti lill-Parlament. Il-Parlament għamel żball oħxon li injora dawn il-proposti u baqa' għaddej minn fuq kulħadd. Din mhiex attitudni li twassal għall- governanza tajba. Il-Parlament messu sema' ħafna iktar qabel ma ddeċieda. Dan kien jagħmel sens irrispettivament minn kemm kien hemm proposti li dwarhom wieħed seta jasal biex jaqbel. Hemm proposti li setgħu ġew aċċettati facilment. Li dan sar kien jingħata messaġġ tajjeb. Opportunità li ntilfet. F'dan il-mument kritiku huwa essenzjali li r-riforma dwar id-droga tikseb l-ikbar appoġġ possibli. Il-kunsens jeħtieġ li jkun l-iktar wiesa' possibli. Dan hu meħtieġ biex possibilment ikunu iżolati dawk l-elementi tas-soċjetà li għandhom jemmnu li l-id iebsa tal-liġi tista' issolvi kollox u allura għalihom hu ġġustifikat li jibqgħu jopponu d-dikriminalizzazzjoni. Ġie stmat li fl-2021, f 'Malta hawn madwar 40,000 konsumatur tal-kannabis. Dan hu r-riżultat ta' 40 sena użu tal-frosta kontra dawk f 'Malta li jagħmlu użu mill-kannabis. L-id tal-ħadid, il-kriminalizzazzjoni tal-użu personali tal-kannabis ma tatx riżultati pożittivi tul is-snin. Kissret il-ħajja ta' diversi għalxejn. It-triq 'il quddiem f 'riforma dwar id-droga hi li l-pussess għall- użu personali jkun ittrattat b'mod differenti mit-traffikar tad-droga. Dan hu eżattament dak li tagħmel il-liġi li l-Parlament approva iktar kmieni din il-ġimgħa. Imma f 'din il-liġi għad hemm x'tirranġa b'mod partikolari biex ikun assigurat ħarsien aħjar tat-tfal u ta' persuni vulnerabbli. Dawn huma fost il-punti ewlenin li għamlu l-għaqdiet lill-Parlament. Dawn l-għaqdiet, b'responsabbilta' qablu mad-dikriminalizzazzjoni f 'każi ta' pussess ta' kannabis għall-użu personali. Dan hu pass kbir 'il quddiem. ADPD u l-predeċessuri tiegħu (AD u PD) dejjem appoġġjaw il-ħtieġa ta' riforma fil-politika tad-droga kemm b'mod ġenerali kif ukoll speċifikament id- dikriminalizzazzjoni tal-pussess għall-użu personali tal-kannabis. Fil-fatt il-Manifest Elettorali tagħna tal-2017 kien l-unika wieħed li tkellem fuq din il- materja bħala wegħda elettorali. Hi sfortuna li kemm il-Gvern kif ukoll il-Parlament tilfu opportunità unika biex jibnu u jsaħħu l-kunsens nazzjonali. Avolja tard għadu possibli li dan ikun irrimedjat. It-triq 'il quddiem f'riforma dwar id-droga hi li l-pussess għall-użu personali jkun ittrattat b'mod differenti mit-traffikar tad-droga. Dan hu eżattament dak li tagħmel il-liġi li l-Parlament approva iktar kmieni din il-ġimgħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 December 2021