Illum previous editions

ILLUM 19 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 oroskopju IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 L-aħħar Ġimgħa fiż-Żodjaku ta' Sagittarius Mill-Ħadd 19 ta' Diċembru sas-Sibt 25 ta' Diċembru Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din l-aħħar ġimgħa fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Aquarius ser ikun mument fejn ser tgħaraf iżjed dawk il-vantaġġi u żvantaġġi fil-madwar komplut tiegħek u b'hekk int issa tista' tesprimi b'mod aktar profond dak li verament qiegħed tħoss ġewwa fik sabiex b'hekk int tasal f 'dik id-direzzjoni idejali li tant tixtieq. L-aktar jum ideali għalik huwa Tnejn. Aquarius huma magħrufin għall-ispontanjeta' tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din l-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta' Sagittarius għalik Pisces ser ikun mument li int issib dak l-ispazju meħtieġ sabiex tkun tista' tgħaraf aktar il- bżonnijiet partikolari li fil-mument tant għandek bżonn u b'hekk int trid tasal sabiex issolvi xi sitwazzjonijiet li taf li l-lum jew għada dawn għandhom ikunu solvuti sabiex tkompli titkattar. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ġimgħa. Pisces huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sat-19 ta' April F'din l-aħħar ġimgħa fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Aries huwa mument fejn int ser tikseb aktar fiduċja fik innifsek. Meta int ser tieħu dawk id- deċiżjonijiet tant mistennija, int ser tgħaraf iżjed dik ir-responsabbilta' ta' dak kollu li hemm madwarek. Taqtax qalbek minn dan l-iżvilupp kollu. Dan huwa żmien feliċi li riesaq lejk iżda trid temmen fik innifsek. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tnejn. Aries huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din l-aħħar ġimgħa fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Taurus ser jagħmlek tgħaraf iżjed dik l-indipendenza tiegħek li żgur int magħruf għaliha. Din ser tkun qed twasslek aktar lejn dak il-bilanċ meħtieġ fil-preżent. Għalhekk għaraf in-neċessita' ta' dan sabiex int tkompli tissaħħaħ għal dak li għandek fil-preżent u għal dak li riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ħamis. Taurus huma magħrufin li huma persuni attivi. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal- 20 ta' Ġunju Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-Qamar Kwinta fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Gemini ser ikun il-waqt li int tibda tlaħħaq ma' l-aspettativa li int ikkomettejt ruħek għaliha. Dan jaf joħloq xi pressjoni madwarek, imma jekk minn issa int tibda tqassam u tippjana żgur kollox ser ikun imqassam kif għandu jkun u dan żgur ser jerġa jimlik b'dik il-motivazzjoni tant meħtieġa. L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. Gemini huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 22 ta' Lulju F'din l-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta' Sagittarius għalik Cancer ser ikun mument ta' aktar ispirazzjoni fejn żgur ser tagħmlek aktar organizzat u b'hekk ser tkun qed tħossok aktar pożittiv. Dan jagħmlek aktar iffokkat lejn dawk il-miri prinċipali li żgur int tixtieq tlaħħaq tagħmel qabel tmiem din is- sena. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Erbgħa. Cancer huma magħrufin għall-abbilta' tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din l-aħħar ġimgħa fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Leo ser ikun il-waqt li jimlik b'dik id- determinazzjoni sabiex tkun kapaċi biżżejjed tikkumbatti għal xi ntoppi li jistgħu jkunu qed iseħħu. Żomm lilek innifsek pożittiv sabiex din il-fażi tkun ikkumbattuta u b'hekk tħossok aktar immotivat u tkompli tavvanza fil-kapaċitajiet tiegħek. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Erbgħa. Leo huma magħrufin għall-attenzjoni li huma joffru. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru F'din l-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta' Sagittarius għalik Virgo ser iwasslek sabiex int tkun aktar żġur dwar dak li int ser tkun qed twettaq. Dan huwa importanti ħafna għalik li tibda tħossok hekk aktar u aktar meta l-ħajja ta' madwarek sejra tibda tieħu format differenti. Għalhekk tajjeb li int tgħaraf timxi f 'dak li verament tħoss ġewwa fik. L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. Virgo huma magħrufin għall-istabbilta' tagħhom. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'din l-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta' Sagittarius għalik Libra ser ikun mument ta' riflessjonijiet dwar dak li hemm riesaq lejk fil-ġimgħat li ġejjin. Issa trid tgħaraf tkun aktar imħejji minn qatt qabel għal dak li riesaq lejk sabiex b'hekk int tkun tista' tħares il-quddiem lejn dik l-istabbilta' mixtieqa, iżda għamel analiżi sew. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tlieta. Libra huma magħrufin għall-flessibbilta' tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-Qamar Kwinta fiż- żodjaku ta' Sagittarius għalik Scorpio ser ikun dak il-waqt li tgħaraf taħseb aktar dwar il-pass li issa hemm bżonn jitwettaq minħabba raġunijiet oħra li bħalissa hemm iduru madwarek. Int għandek tibqa moħħok iffokat u għaraf sew li tkun ippreparat sew għal dak li int tkun trid twettaq. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ġimgħa. Scorpio huma magħrufin għal burdata stabbli tagħħom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din l-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta' Sagittarius għalik l-istess Sagittarius ser ikun il-mument li issa tibda' twettaq dak li tant ilek tħejji għalih. Issa m' għandekx għalfejn toqgħod lura minn dak li int għandek f 'moħħok għax huwa ż-żmien opportun li tħares biss il-quddiem u twettaq dak kollu meħtieġ u hekk ser tgħaraf iżjed il-ħiliet tiegħek. L-aktar jum ideali għalik huwa Tlieta Sagittarius huma magħrufin kemm huma persuni umli. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din l-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta' Sagittarius għalik Capricorn ser ikun dak il-mument fejn int trid tgħaraf iżjed il-paċenzja u l-kontroll tiegħek. Jekk int f 'dawn il-ġranet li ġejjin tkun kapaċi żomm dan, is-sitwazzjoni ta' madwarek tista' tieħu xejra b'mod differenti minn dak li hemm fil-preżent. Għalhekk huwa ferm importanti li tgħaraf aktar lilek innifsek. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tnejn. Capricorn huma magħrufin għal-abbilta' organizzata tagħhom. Namaste L-ewwel Premju: Voucher bi skond fuq il-pubblikazzjonijiet kollha ta' PaulJon, flimkien mal-Kalendarju Żodjaku 2020. It-tieni Premju: Voucher bi skond fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon Marsascala, flimkien ma' tifkira tal-Kalendarju Żodjaku 2020. L-ewwel premju ntrebaħ minn: Gabby Sammut, iż-Żurrieq filwaqt li t-tieni premju ntrebaħ minn: Karen Callus, Ħal Lija Mistoqsija sempliċi ta' din il-ġimgħa hi: Iż-żodjaku tal-Milied huwa, Sagittarius, Capricorn jew Aquarius? Ibgħat it-tweġiba postali tiegħek lill: Kompetizzjoni "ILLUM", Po Box 27, Paola. Namaste L-AWGURI MINGĦAND PAULJON Qegħdin it ġranet il-bogħod mill-lejl tal-Milied. Lejl li jagħqad lil ħafna minna, lejl li jwassal dik l-għaqda mhux biss fir-rigali li nagħtu lil xulxin iżda jwassal lejla ta' mħabba li tagħmlek tħoss dak l-ispirtu ta' ħbiberija profonda. Iżda f 'dan il-lejl tal-Milied għal min ma' jirċievi rigali, la għandu kumpanija u ma' għandux dak l-ispirtu li ħafna minna jħossu. Għalhekk ikun tajjeb sabiex ikollna Milied komplut niakkru f 'dawk li ma għandomx min iddaħalom f 'dan l-isprtu tal- Milied. Għalhekk b'diversi modi li wieħed ikun jista', tajjeb li nagħtu it minn dak li għandna u naqsmugħ u żgur b'hekk inkunu qegħdin inwettqu Milied komplut. Awguri lilek u lil familja u l-ħbieb tiegħek. Bl-isbaħ xewqat imwassla minn għandi PaulJon. Namaste KOMPETIZZJONI MA' PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 December 2021