Illum previous editions

ILLUM 19 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 kummerċjali illum • IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 turi l-wirt arkitettoniku, militari Ewwel u t-Tieni Gwerer Dinjija. Il-parteċipanti se jitgħallmu wkoll japprezzaw mhux biss l-arkitettura sabiħa Barokka u Neoklassika ta' wħud mill-binjiet uniċi f 'Tal-Pietà, bħal Villa Frere, iżda bini protett bħall-kumpless industrijali Blackley Bakery, kif ukoll modernist bhal Television House u l-Isptar San Luqa. Din l-arkitettura u d-disinn Modernist ġew introdotti fil-bidu tas-seklu għoxrin b'reazzjoni għall-bidliet fuq skala kbira fit- teknoloġija u s-soċjetà. Matul il-mawra, il-parteċipanti se jitgħallmu wkoll dwar id- diversi inizjattivi li għalihom l-Awtorità tal-Ippjanar tat kontribut fil-lokalità, permezz tal-iskedar, jew inkella bil- proġetti li saru permezz tal- Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp, jew l-iskema ta' għoti ta' fondi 'Irrestawra Darek'. Fosthom, il-viżitaturi se jkunu jistgħu japprezzaw ix-xogħlijiet ta' restawr u tisbiħ li ġew iffinanzjati reċentement fuq il-faċċata tal- kunvent u r-rikostruzzjoni tal- funtana tal-ilma tax-xorb li ġiet installata barra l-kappella fi tmiem is-seklu dsatax. Din il-funtana tal-ilma tax-xorb kienet waħda minn numru ta' funtani li tpoġġew f 'diversi ċentri u punti strateġiċi f 'Malta wara li l-Istat kien, skont l-istudji u s-suġġeriment tal- inġinier Oswald Chadwick, beda jipprovdi pompi tal-ilma fit- toroq u l-kantunieri tal-bliet u l-irħula. Maria Spiteri tirrimarka li "l-mixja hija għal persuni ta' kull età. Nitolbu biss lill- parteċipanti iġibu magħhom par żarbun komdu tal-mixi, plug- in ear phones, maskra u flixkun ilma. Nipprovdulhom receivers tar-radju portabbli biex ikunu jistgħu jsegwu u jisimgħu b'mod ċar dak li se jkunu qed jispjegaw ir-rappreżentanti tat-tours. L-użu tar-receivers jippermetti wkoll lill-parteċipanti jżommu d-distanza soċjali bejniethom." Biex tirriżerva post żur www. pa.org.mt. Il-parteċipanti huma mitluba jagħtu donazzjoni ta' €5 b'risq id-Dar tal-Providenza. Dati tat-Tours: 9 ta' Jannar 2022 6 ta' Frar 2022 6 ta' Marzu 2022 3 ta' April 2022 8 ta' Mejju 2022

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 December 2021