Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068
28 IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum kummerċjali Tour f'Tal-Pietà: Mixja bi gwida li u kulturali tal-passat Fil-periferija tal-Belt Kapitali ta' Malta, bejn il-Floriana u l-Imsida, tinsab il-belt storika Tal-Pietà. Matul ix-xhur li ġejjin, din il-lokalità se tingħata iktar attenzjoni, hekk kif l-Awtorità tal-Ippjanar ser terġa' tibda l-mixjiet edukattivi popolari tagħha. L-organizzatriċi tal- avveniment, Maria Spiteri, taqsam xi għarfien interessanti dwar għaliex il-pubbliku għandu jattendi għal waħda minn dawn il-mawriet fil-Ħdud li ġejjin. Tal-Pietà hija belt relattivament żgħira tul xatt il-baħar bejn il- Floriana u l-Imsida. Il-lokalità fformat kważi immedjatament wara l-Assedju l-Kbir tal-1565, l-aktar minħabba l-viċinanza tagħha mal-Belt Valletta li kienet bdiet tiġi ppjanata u mibnija. Għalkemm imfixkla darbtejn mill-pesta, iż-żona rat tkabbir fil-popolazzjoni, tant li nbniet kappella u kunvent iddedikati lill-Madonna tad-Duluri. Għal xi żmien, il-Kappella serviet ukoll bħala viċi parroċċa għall- knisja tan-Nawfraġju ta' San Pawl fil-Belt Valletta. Tant kienet importanti din il-kappella li spiċċat tat isimha lill-lokalità. "Ħafna Maltin għandhom tendenza li juru interess biex iżuru postijiet kulturali bħall- Belt Valletta u l-Imdina, magħrufin għall-arkitettura Barokka u l-awra storika għanja tagħhom, iżda għandhom it- tendenza li jkunu jafu ħafna inqas dwar l-ibliet inqas frekwentati mit-turisti. B'hekk jinsew postijiet bħal Tal-Pietà, li hija lokalità residenzjali antika b'bini arkitettoniku mill-isbaħ," tenfasizza Maria Spiteri. "Dawn il-mixjiet huma verament affaxxinanti għaliex jagħtu lill-parteċipanti ċ-ċans li jesperjenzaw b'mod dirett l-istorja, l-arkitettura u l-kultura tal-lokalità. L-esperti tal-wirt tagħna jirnexxielhom jikxfu l-istejjer għonja u vibranti marbuta mal-bini u s-siti storiċi," tispjega s-Sinjura Spiteri. Fl-aħħar tas-snin għoxrin tas-seklu l-ieħor, il-gvern Ingliż iddeċieda li jibni Sptar Ġenerali ġdid u, minħabba l-pożizzjoni strateġika Tal-Pietà f 'Malta, għażel sit fin-naħa ta' fuq Tal- Pietà. Dan wassal għall-ħolqien ta' insedjament urban ġdid b'popolazzjoni li kibret malajr u li ħa l-isem ta' Gwardamanġa. Il-mixja ta' tliet sigħat se tieħu lill-viżitaturi f 'postijiet li mhumiex faċilment aċċessibbli għall-pubbliku. Waħda mill-waqfiet se tkun Villa Guardamangia, residenza li kienet laqgħet lill-Prinċipessa Eliżabetta mill-1949 sal-1951 meta żewġha, il-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh, kien stazzjonat Malta bħala uffiċjal tar-Royal Navy. Il-Villa dalwaqt se tgħaddi minn proċess estensiv ta' restawr. Tul ir-rotta, il-parteċipanti se jżuru wkoll żewġ ċimiterji. Iċ-ċimiterju Ta' Braxia kien iddisinjat u ppjanat mill-perit rinomat Malti Emanuele Luigi Galizia lejn nofs (1857) tas- seklu dsatax. Huwa wieħed mill- it ċimiterji li jħaddnu iżjed minn reliġjon waħda fil-gżira, u l-post fejn huma midfuna personalitajiet prominenti, inkluż il-ballerina Russa, Prinċipessa Natalie Poutiatine. Ċimiterju ieħor, li jinsab tefgħa ta' ġebla 'l bogħod, huwa ċ-ċimiterju militari f 'Tal-Pietà. Dan iċ-ċimiterju għandu aktar minn 2,000 qabar li minnhom 1,300 kienu suldati li ġġieldu fl- Maria Spiteri - Organizzatur tal-mixja