Illum previous editions

ILLUM 19 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

Andy Ellul 23 opinjoni illum • IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 Il-Liġi il-ġdida dwar Children's House. X'differenza se tagħmel lil vittmi tfal? Andy Ellul huwa Kandidat tal-PL fl-1 u t-3 Distrett D in il-ġimgħa jiena kont preżenti għat-tnedija ta' Liġi ġdida dwar Chil- dren's House - li propju fassalt jien - u xtaqt nuża dan l-is- pazju fuq il-gazzetta ILLUM biex fil-forma ta' mistoqsija u tweġiba nfiehem aħjar lill-qarrejja x'inhu dak li qed jipproponi l-Gvern meta ħabbar il-liġi ġdida dwar Children's House. X'nifhmu eżatt meta ngħidu Children's House? Ħa nibda biex nispjega għalfejn tissejjaħ Children's House. Din tkun dar normali f 'post residenzjali u li jkollha ġewwa fiha dak kollu li nsibu ġo dar abitabbli, bħal kċina, kmamar tat-tfal, salott, televiżjoni, etc. Kif tidħol fis-seħħ din il-liġi, minuri li huma vittma jew li jiġu mitluba jagħtu x-xhieda tagħhom jiġu mitkellma f 'din id-dar minflok kif isir fil-preżent, fejn jiġu mitkellma jew ġewwa l-Kwartieri Generali tal-Pulizija, ġewwa l-Qorti tal-Minorenni f 'Santa Venera jew inkella fil-Qorti tal-Belt Valletta. Ovvjament m'għandniex xi ngħidu li dawn mhumiex positijiet adattati għal dan il-għan. Fl-opinjoni tiegħek, din id-dar kemm hi importanti? Aktar mill-binja per se, interessanti huwa l-ħsieb wara din il-liġi. Qabel xejn, irrid ngħid li qabel bdejna nfasslu din il-liġi żorna Children's House ġewwa l-Iżlanda u rajna kif taħdem fil-prattika. Morna f 'dan il-pajjiż partikolari għax dan il-kunċett beda minn hemmhekk, fejn fl-1998 diġà kellhom l-ewwel Children's House. Pajjizi Nordici oħra, fosthom l-Iżvezja, in-Norveġja, id-Danimarka, Greenland u pajjiżi oħrajn adottaw dan il-mudell. Dan il-ħsieb ġie promoss ħafna mis-Sur Bragi Gudbrandson, li kien Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Governattiva tal-Iżlanda Għall- Protezzjoni tal-Minuri. Kelli l-opportunità Ii naħdem miegħu fil-qrib meta kont nirrapreżenta lil Malta ġewwa l-Kunsill tal-Ewropa fil-Kumitat Lanzarote. X'se jsir differenti issa? L-ewwel nett minuri issa ser ikun qiegħed jiġi mitkellem f 'din id-dar, li hija child-friendly, jiġifieri daqs li kieku dħalt f 'dar normali. Il-liġi saħansitra tirregola l-wasla tal- minuri f 'din id-dar, per eżempju ma' min l-aħjar li jiġi, min għandu jwasslu, min m'għandux ikun miegħu u għandu jiġi milqugh u mdawwar mal-post. Imbagħad il-minuri jiġi mitkellem minn professjonisti fil-qasam, dawk li jissejjħu Forensic Interviewers. Il- liġi ma tiqafx hemm kif isir illum, fejn minuri jixhed u daqshekk. U hawn toħroġ id-differenza. Immedjatament professjonisti fil-qasam jagħmlu assessjar biex jiżguraw jekk il-minuri jkollux bżonn appoġġ mediku jew psikoloġiku, li jingħata f 'din id-dar stess li hija attrezzata bi klinika u apparat mediku fejn minuri jkun jista' jiġi eżaminat. Il-liġi tirregola dan kollu fid- dettal, saħansitra per eżempju anke x'għandu jagħmel il-Pedjatra fiċ-ċirkostanzi. X'inhuma l-aktar punti importanti mill-aspett morali? Dan il-mudell jassigura li minuri ma jgħaddix minn dak li jissejjaħ secondary victimisation. Fil-preżent minuri jiġi mitkellem ma' nafx kemm-il darba fuq l-abbuż li jkun ġarrab, u dan l-atteġġjament jista' joħloq ħsara f 'ċerti sitwazzjonijiet aktar mill-fatt innifsu li jkun ġarrab il-minuri. Issa l-prinċipju ġenerali huwa li l-minuri ser jiġi mitkellem darba biss, u dan kollu fil-parametri ta' regolamenti li ser jiżguraw li l-kontenut tal-intervista u d-dokumenti kollha relattivi jiġu miżmuma b'mod sigur biex imbagħad tkun tista' titlobhom l-awtorità li jkollha interess legali. B'hekk ser inkunu qegħdin nevitaw li minuri jkun mistoqsi fuq l-istess oġġett ħafna drabi inutilment. Apparti l-fatt li ser jintużaw linji gwida internazzjonali ta' kif għandhom isiru dawn l-intervisti. Il-Forensic Interviewers li ġew magħżula ingħataw taħriġ speċjalizzat ġewwa l-Istat ta' Alabama, fl-Istati Uniti tal- Amerika. X'inhuma l-aktar punti importanti mill-aspett legali? Mil-lat legali hemm ħafna xi tgħid. Ir-Regolamenti, li huma aċċessibli online, huma dettaljati ħafna. Punt importanti ħafna huwa li issa ser ikun hemm sinerġija bejn tlett awtoritajiet ewlenin f 'dan il-qasam, li huma l-Pulizija, il- Ġudikatura u l-Fondazzjoni Għas- Servizzi tal-Ħarsien Soċjali. Dan il-kunċett huwa wkoll imsejjes fuq dak li jissejjaħ 'intra- agency model', fejn il-professjonisti kollha involuti jaħdmu minn post wieħed u jmorru huma biex jassistu lill-minuri u mhux bil- kontra. Minn perspettiva legali l-aktar żewġ elementi importanti huma l-ġbir u l-preservazzjoni tal-provi u l-proċess ta' smigħ xieraq. Dan il-mudell jassigura b'mod riġidu dawn iż-żewġ prinċipji, biex b'hekk tkun qed issir ġustizzja ma' kulħadd. Il-liġi tistipula wkoll regoli stretti ta' kif għandha tinżamm id-data kollha, min għandu jkollu aċċess għaliha u saħansitra meta u kif għandha tiġi mneħħija. Minn min ser tkun qed titmexxa din id-dar? Il-liġi tispjega li għandu jiġi maħtur Amministratur li għandu jkun uffiċjal tad-Direttur Għall-Ħarsien tat-Tfal. Kemm l-Amministratur kif ukoll l-uffiċjali tiegħu għandhom jaġixxu b'mod imparzjali. Ser ikun hemm ukoll pedjatra involut, psikologu kif ukoll uffiċjali amministrattivi oħra. L-irwol tal-Amministratur huwa wieħed importanti ħafna, li ser iġorr miegħu obbligi u responsabbiltà kbira. Fil-fatt huwa regolat b'ċertu dettal fil-liġi l-ġdida. X'suċċess kellu dan il-mudell? Skont studju li sar mill-Kunsill tal-Ewropa irriżulta li fl-Iżlanda per eżempju, il-każijiet investigati u l-ħtija fil-Qrati irduppjaw, filwaqt li l-akkuzi quddiem il-Qrati triplaw. Dan għaliex il-minuri jiaħ qalbu aktar b'din is-sistema, ix-xhieda miġbura hija aktar b'saħħitha u dan kollu f 'ambjent fejn mhux qed issir ħsara lill-minuri u dejjem fil-parametri ta' qafas legali. Qed nassiguraw ukoll li min jabbuża mit-tfal tagħna jieħu dak li ħaqqu f 'ambitu ta' smigħ xieraq. Inħossni sodisfatt immens. Naħseb li bil-ħidma tiegħi u ta' ħafna oħra li ħadmu miegħi biex fassalna din il-liġi, ser inkunu qegħdin nagħtu rigal dejjiemi lill-minuri tagħna. Ma nistax ma niringrazzjax lill-Ministru Michael Falzon, li f 'din il-legiżlatura għamilna rivoluzzjoni fejn jidħlu liġijiet tat-Tfal.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 December 2021