Illum previous editions

ILLUM 2 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 agrikola biex joqgħodu fih is-Sibt u il-ġustizzja' – Anton Refalo li din hi kwistjoni oħra li tinkwetah, "aktar tinkwetani illi fl-aħħar laqgħa bejn l-istati membri li saret, ma ġabet l-ebda riżultati." Huwa aċċerta li l-Gvern qiegħed jipprova jieħu miżuri ambjentali li fl-istess ħin jieħdu f 'konsiderazzjoni l-agrikoltura u anke s-sajd. Fost il-miżuri li semma Refalo, hemm il-miżura għas-sajjieda li jitilfu l-irkaptu tagħhom fil-baħar waqt sajda. "Jekk jibqa' hemm ikun nassa għal ħut ieħor u anke għall-għasafar, allura aħna qed ngħidulhom meta titilfu l-irkaptu tagħkom, avżawna, u aħna nibgħatu bastiment u niġbruh. Jekk ikun tajjeb intuhulkhom lura, jekk le, narmuh kif suppost." Skont Refalo miżuri bħal dawn jgħinu l-ambjent filwaqt li fl-istess ħin il-Gvern qed jeduka dwar l-isfida tat-tibdil fil-klima. 'Ir-riforma weħidha mhux biżejjed ... Il- Gvern ħass li għandu jkun hemm mutur wara r-riforma tal-pitkalija' Filwaqt li rringrazzja lill-Prim Ministru, Robert Abela, "għax kien hu li xprunana 'l quddiem," Refalo qal li din kienet ilha tinħass. "Bħal ma inħass in-nuqqas ta' trasparenza, traċċibilità u governanza ġewwa l-pitkalija." Irrakonta kif mawra waħda fil-pitkalija, meta waslet biex tagħlaq fl-aħħar tal-ġurnata, ddiżapuntatu bi kbir hekk kif ra "trakkijiet kbar ta' ħaxix jintrema għall-animali, u l-bidwi ma jafx x'sar mill-prodott tiegħu." Kien għalhekk li l-Gvern ħass li għandu jkun hemm mutur wara din ir-riforma, u hawn fejn daħlet fis-seħħ l-Aġenzija Maltija għall-Ikel. L-għan prinċipali ta' din l-aġenzija hu li tirregola l-prodotti tal-ikel tal-biedja u tas-sajd, filwaqt li tamministra wkoll operazzjonijiet inkluż tal-biċċerija. Għaldaqstant l-aġenzija għandha rwol ieħor issa, dak li ssib suq alternativ. Dan ifisser li la darba l-prodott tal-bidwi, tar-raħħal u tas-sajjied, sar traċċabbli u attraenti għas-suq, issa jmiss li jsib ruħu fuq l-ixkaffef barra minn xtutna. 'Mela Malta ma'aħniex kapaċi, li nibgħatu l-prodott tagħna barra?' "Bir-rispett kollu, il-prodott Malti hu ħafna itjeb minn ta' barra, imma l-isfortuna hi li l-għajn tiekol l-ewwel. Jekk tmur f 'supermarket tara ta' barra tgħid kemm hu sabiħ, kemm hu jleqq," beda l-argument tiegħu Refalo. Huwa argumenta li jekk irridu li dan is- settur jimxi 'l quddiem, irridu nsibu postna fis-suq barrani. Semma li bħalissa l-patata biss qed tiġi esportata, b'2% tal-patata tiġi esportata lis-suq barrani. Hawn staqsa, "għaliex prodotti oħra le?" u "jekk il-prodott tagħna hu iktar bnin, għaliex qed noqgħodu lura?" Huwa sostna li l-aġenzija qed taħdem biex il-prodotti lokali jappellaw aktar għal konsumatur filwaqt li kull prodott jingħata wkoll ċertifikat ta' kwalità, li hu prodott Malti u ta' kwalità tajba. Hawn fejn tidħol l-Istrateġija Nazzjonali tal-Ikel... Dan kollu li semmejna jwassalna għal dik imsejjħa bħala 'biedja organika.' Refalo qal li Malta għandha fejn tagħmel pass kbir fejn tidħol l-biedja organika anke minħabba li l-UE tesiġi li sal-2025, 20% tal-art ta' kull stat membru tkun art agrikola organika. "Għaqqadna kollox flimkien, taħt il- kuntest u l-kappa tal-ikel, u mexjin ukoll biex nagħmlu strateġija nazzjonali dwar l-ikel." Refalo ddeskriva li għal Gvern kien importanti li "jkollu viżjoni, imbagħad strateġija sostenibbli u ħolistika" li sservi għal-lum imma anke għall-ġenerazzjonijiet futuri. B'hekk dak kollu li qed jaħdmu fuqu, inkluż il-miżuri tat-tibdil fil-klima, ir-riformi tal-pitkalija u saħansitra l-liġi tal- qbiela "jwasslu għal politika nazzjonali tal- ikel b'saħħitha." Ammetta li jsib min ma jaqbilx mar- riformi, il-miżuri, u l-liġijiet. Intant, ma setax il-Gvern ma jagħmel xejn għax huma komdi dawk in-nies. "Ma stajniex bħala Gvern, inkomplu għaddejin kif aħna. baqgħalna x'nagħmlu, m'aħniex perfetti, imma mexjin." 'Il-Kabinett hu konxju li ma għandhiex tittieħed l-art tal-bdiewa' Il-gazzetta ma setgħetx ma tfakkarx lill- Ministru, li għalkemm dawn huma kollha aħbarijiet pożittivi, hemm ukoll bdiewa li huma rrabjati għax arthom sfat 'vittma' tal- iżvilupp. Fl-aħħar mill-aħħar, bdiewa bħal dawn mhux flus ikunu jridu, għax ir-rabta li jkollhom ma' arthom xejn ma tixtriha. Il-gazzetta staqsiet lil Ministru Refalo, 'ma tħossx li inqasthom lil dawn il-bdiewa?" Huwa pront wieġeb li jekk naqqashomx ma jafx għax hu dejjem prova jaħdem favurihom iżda jiem minn fejn ġejja din id-domanda. Huwa qal li jrid jinħoloq bilanċ bejn żvilupp sostenibbli u l-ambjent. "Fid-dinja, il-bilanċ huwa kollox. Irridu ngħidu li l-Ministru Ian Borg, pereżempju, jaħdem ħafna għar-rigward tal-iżvilupp pero' min-naħa l-oħra, rridu inkunu konxji tal-art tal-bdiewa, għax hi skarsa." Huwa temm l-intervista jgħid li l-Kabinett hu konxju li m'għandhiex tittieħed l-art tal- bdiewa, filwaqt li ammetta illi hemm il-bżonn għal aktar konsultazzjoni u aktar bilanċ. "Aħna konxji, l-ewwel wieħed jiena, li l-art agrikola m'għandhiex tittieħed, u naħseb li l-Gvern qiegħed imexxi sew dan is-sens." Il-prodott Malti hu ħafna itjeb minn ta' barra, imma l-isfortuna hi li l-għajn tiekol l-ewwel. Jekk tmur f'supermarket tara ta' barra tgħid kemm hu sabiħ, kemm hu jleqq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 January 2022