Illum previous editions

ILLUM 2 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 • illum 'Li jkeċċu bidwi mir-raba agrikola l-Ħadd hi inġustizzja f'isem il-ġustizzja' MARIANNA CALLEJA Fl-aħħar ġimgħat tas-sena 2021, il-gazzetta ILLUM żvelat illi bħalissa l-Gvern qed jaħdem fuq liġi ġdida tal-qbiela, hekk kif bdiewa qed jispiċċaw jitkeċċew mill-art agrikola li jaħdmu mis-sidien tal-art, li ħafna drabi jkunu jridu ħlasijiet ħafna ogħla. Fil-fatt kien il-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd, Ikel u Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo stess, li kkonferma dan mal-ILLUM. Issa l-gazzetta reġgħet tkellmet ma' Refalo dwar din il-liġi ġdida, li hu ddeskriva bħala "emoloġija sħiħa li qed tokrob għal qafas leġislativ." 'Qed narawh issa r-riżultat ... il-bdiewa jitkeċċew u r-raba għoliet infern' Viżibilment irrabjat, il-Ministru ammetta li l-kwistjoni tal-qbiela żammitu mqajjem għal jiem sħaħ. Mal-ewwel insista li għalkemm hu ġej mill-kamp legali, u li dejjem kien mgħallem li jrid josserva l-liġi filwaqt li jirrispetta s-sentenza tal-Qrati, xorta għandu d-dritt li ma jaqbilx. "Qed nagħmlu inġustizzji f 'isem il- ġustizzja," qal b'diżappunt Refalo waqt li rrefera għas-sidien li jkeċċu lil bdiewa mill- artijiet li jaħdmu bi qbiela, sabiex l-istess art tiġi mikrija għal picnics u l-BBQs. Huwa sostna li dan kollu qed jagħlaq il-passaġġi tal-bdiewa, bil-konsegwenza li l-bdiewa u l-biedja jmorru lura. Riżultat ta' dan, "ir-raba għoliet infern. Biex illum tixtri tomna raba bagħal, jiġifieri raba li ma jinħadimx, trid tħallas għalih €50,000 jew €60,000 it-tomna," qal il-Ministru Refalo. Huwa spjega li hemm nies li għandhom il- mezzi li jixtru dan ir-raba, ikeċċu lill-bidwi, jagħmlulek kamra biex imorru joqgħodu ġo fiha s-Sibt u l-Ħadd, u din hi "l-inġustizzja f 'isem il-ġustizzja." "Jekk inti tara s-sentenza ta' Pulis, din is-sentenza, bir-rispett kollu lill-ġudikant, m'għamlitx differenza li hija għalija primarja, bejn art li hija għall-ekonomija u art li hija għall-agrikoltura." Huwa ċċarra li minħabba li hu jiġi mill- qafas tal-liġi, ra li l-unika mod li jiġġieled din "l-inġustizzja" hu li joħloq qafas legali, u din id-darba jkun kostituzzjonali. Huwa ma qabilx mal-mod ta' kif ġiet deċiża s-sentenza ta' Pulis. Dan għaliex, skont hu, din ħadet biss il-fattur tal-qligħ skont kemm tinbiegħ l-art u kemm iġġib il-valur tas-suq meta kkumparata, mhux ma' għelieqi fil-viċinanzi imma inġenerali. Il-każ ta' Nazzareno u Antonia Pulis kien meqjus bħala wieħed uniku hekk kif kien dan il-każ li beda' dan kollu. Qabel il-liġi tal-qbiela kienet dejjem tiffavurixxi lill-bidwi iżda dan il-każ fetaħ il-bieb sabiex numru ta' bdiewa jiġu żgumbrati. Nazzareno u Antonia Pulis kienu bdiewa f 'art bil-qbiela f 'Ħaż-Żabbar. Is-sid tal-art, J&C Properties, rebaħ każ kontra l-Avukat Ġenerali wara li argumenta li l-liġi preżenti kienet qed tmur kontra d-dritt fundamentali tiegħu li jgawdi artu. Il-Ministru Anton Refalo jħoss li la l-ġudikanti u saħansitra lanqas il-Qorti Kostituzzjonali, mhux qed jikkunsidraw l-aspett kollu tal-biedja u dak li jġib miegħu. "M'għandekx biss l-aspett ekonomiku, imma għandek ukoll l-aspett soċjali," żied jgħid. Huwa dar għal-fatti u tkellem dwar l-1,500 bidwi li jidħol il-pitkalija, b'20 miljun prodott agrikolu, "hemm tara kemm hemm familji jiddependu fuq l-art tagħhom, dak hu l-aspett soċjali," qal Refalo. Għaldaqstant il-liġi tal-qbiela ma tolqotx biss lill-familji ta' dawk il-1,500 biss, "għax fuq kollox dan hu l-ikel tal-pajjiż." Spjega li għandek il-katina tal-ikel, dik li l-Unjoni Ewropea ssejjaħ bħala l-Istrateġija tal-Farm to Fork, li wkoll tiddependi fuq l-artijiet tal- bdiewa. Imma għaliex il-Gvern ma jistax jaqbad u joħloq riformi simili ta' dawk li saru fil-liġijiet tal-kirjiet l-antiki? Hawnhekk il-Ministru fiehem li l-kwitsjoni tal-qbiela hi ferm aktar ikkumplikata mir- riforma li saret fil-liġijiet tal-housing. Dan għaliex dawk il-liġijiet jippermettu li l-Gvern jintervjeni għad-differenza fil-prezz tal-kera' imma f 'dan il-każ, flus min-naħa tal-Gvern, hu meqjus bħala state-aid. "Tirriżulta f 'state-aid għax bħala bidwi qed taqla' l-flus minnha l-art. Malli tagħmel profitt minnha, tiġi awtomatikament state- aid u l-Gvern ma jistax jipprovdi state-aid f 'suq kompetittiv, skont ir-regoli tal-UE." Dan ifisser li l-Gvern ma jistax joffri għajnuna lill- bdiewa skont l-ammont ta' flus li jaqilgħu lanqas, għax ikun qed joħloq inġustizzji ġodda. Allura x'se jagħmel il-Gvern? L-għan tal-Gvern, fil-preżent, huwa li joħloq liġi li ma terġax tiġi attakkata kostituzzjonalment. Kif fakkar sewwa Refalo, m'għandniex għalfejn nerġgħu insemmu lil Pulis, għax din seħħet anke riċentament fil- kwistjoni tal-kirjiet tal-każini tal-banda. "Dan hu eżempju ċar fejn saret liġi, ġiet attakkata kostituzzjonalment, u issa l-Gvern se jkollu jixtri l-każini tal-banda," tenna. Kompla jirrakkonta kif il-Gvern beda' jistudja x'għamlu pajjiżi oħra u hemm fejn sab ruħu Franza. Bdiet il-kommunikazzjoni bejn il-Gvern u l-aġenzija Franċiża, Safer, illi taħdem fuq kwistjonijiet agrikoli u li għamlet ukoll liġi f 'dan ir-rigward. Għarraf ukoll li beda' d-diskussjoni mal- Ministru l-ġdid għall-Agrikoltura Franċiż, Julien Denormandie, li xahar ieħor se jieħu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri tal- Unjoni Ewropea. "Dawn ġew Malta, tkellmu mal-uffiċjali kollha li huma involuti, mad- Dipartimenti anke tal-artijiet u ħadna l-pariri tagħhom." Issa l-Gvern qiegħed jaħdem fuq qafas ta' liġi regolatorja li wara twassal għal white paper. Bl-ewwel ħidma se tkun fuq sempliċiment definizzjoni ta' 'art agrikola.' Imbagħad se jkun deċiż x'valur se jkollha dik l-art agrikola, b'distinzjoni ċara bejn valur tas- suq u valur tal-art agrikola. "Irridu nagħmlu wkoll xi restrizzjonijiet oħra, li għalissa ma nistgħux nitkellmu fuqhom, imma malli jkollna qafas legali nkunu nistgħu nxandruhom," temm jgħid Refalo. 'Għandna ġlieda kbira biex indaħħlu nies f'dan is-settur' Intant, wieħed mill-effetti sekondarji li ħalliet il-liġi Franċiża hu li fiż-żmien it-80ijiet ġiet inutata żieda qawwija fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli. Din waslet għal kriżi kronika ta' produzzjoni żejda li intremiet u ħalliet effetti negattivi fuq l-ambjent. Dan il-punt ġie mqajjem mill-gazzetta ILLUM filwaqt li staqsiet lill-Ministru jekk Malta hux lesta għall-effetti sekondarji bħal dawn. B'daħka, Anton Refalo wieġeb li f 'Malta din ma tistax issir għax għal kuntrarju ta' Franza, f 'Malta "għandna ġlieda kbira biex indaħħlu nies f 'dan is-settur għax bħala pajjiż għadna niġġieldu l-mentalità u l-preġudizzji." Il-Ministeru u t-tibdil fil-klima Il-gazzetta għafset ukoll fuq l-impatt li jħallu r-raħħala, il-biedja u s-sajjieda fuq it-tibdil fil-klima. Il-Ministru Refalo stqarr L-ILLUM titkellem ma' Anton Refalo fuq dak kollu li hu jgħid li qed jinkwetah. Il-Qbiela, ir-riforma l-ġdida tal-pitkalija, l-art misruqa minn ħalq l-bdiewa bl-iskuża tal-iżvilupp u ħafna iktar ....

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 January 2022