Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000
06 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 • illum L-Ewropa tagħlaq is-sena bl-Omicron: Jingħafas L-Omicron mhuwiex qed iżid il-każi f'Malta biss imma qed ikun kaġun ta' żieda u rekords fil-każi f'ħafna mill- Ewropa. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn in-numri u r-restrizzjonijiet madwarna fl-aħħar ġimgħa tal-2021 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-2021 għalaqniha nitkellmu fuq il-Covid-19 u l-2022 aħniha nitkellmu fuq l-istess ħaġa, proprju minħabba ż-żieda qawwija fil-każi tal-Omicron. F'dan l-ispazju l-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa lejn is- sitwazzjoni madwarna f 'termini ta' każi u anke restrizzjonijiet. Franza: Jekk bla ċertifikat lanqas croissant fil-Cafè ma tista' tieħu! Franza rat rekord ta' każi din il-ġimgħa b'208,000 każ ġdid f '24 siegħa bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, wara li ġurnata qabel kienu rreġistrati 179,807 infezzjonijiet ġodda. Franza daħlet diversi miżuri, fosthom: Il-perjodu bejn l-ewwel u t-tieni doża tniżżlet għal tliet xhur, attivitajiet ġewwa kienu limitati għal 2,000 persuna u barra għal 5,000, barijiet u kafejiet jistgħu biss iservu klijenti li jkunu bilqiegħda mit- 3 ta' Jannar, kunċerti bilwieqfa huma projbiti, filwaqt li persuni ma jistgħux jikkunsmaw ikel f 'teatri, ċinemas, fuq it-trasport pubbliku u f 'faċilitajiet sportivi. Persuni li jistgħu jaħdmu mid-dar għandhom jagħmlu dan għat-tliet ġimgħat li ġejjin, filwaqt li kull avveniment relatat mal-Ewwel tas-sena kien ikkanċellat. Id-diskoteki kienu ordnati jgħalqu għal erba' ġimgħat u din il-ġimgħa tħabbar li se jibqgħu magħluqin għal tliet ġimgħat oħra. Il-Gvern Franċiż qiegħed ukoll jippjana li jbiddel il-Health Pass għal Vaccine Pass - biex b'hekk - persuni li ma jkollhomx ċertifikat validu tal-vaċċin ma jkunux jistgħu jidħlu f 'ristoranti, barijiet, teatri u postijiet oħrajn. L-Italja: Issikkar taċ-ċinturin għal min mhux imlaqqam u diskoteki bis-'Sorry we're closed' L-Italja wkoll kompliet tagħfas fuq dawk li ma ħadux il-vaċċin, hekk kif mhux qed tħalliehom jmorru fi spazji pubbliċi. L-Italja qed tobbliga wkoll lil kulħadd jilbes il-maskra fuq barra, filwaqt li l-attivitajiet kollha tal-Ewwel tas-Sena u d-diskoteki se jibqgħu magħluqin sal-31 ta' Jannar. Nhar Il-Erbgħa l-Italja esperjenzat rekord ta' 98,030 każ ta' Covid-19, żieda ta' 25% f 'ġurnata waħda biss. L-Italja ħarġet is-Super Health Pass li permezz tagħha trid turi li inti vvaċċinat biex tkun tista' tmur ristoranti, ċinema jew avvenimenti sportivi. L-Italja issa estendiet wkoll dan għall- ħaddiema fl-iskejjel, għal dawk kollha li jaħdmu fil-forzi tal-ordni kif ukoll dawk kollha li jaħdmu f 'ambitu ta' kura u saħħa. Spanja: Tinżel tgħin l-armata u buenas noches fis-1:00 a.m. f 'Barċellona! Spanja qed tara l-istess sitwazzjoni, b'214,619-il każ f 'erbat ijiem bir-rata tkun 1,206 każi kull 100,000 resident Spanjol. Fl-agħar tal-pandemija qabel, ir- rata kienet ta' 900 każ għal kull 100,000 resident. Fil-kapitali Madrid l-ilbies tal-maskri reġa' sar mandatorju, filwaqt li l-Prim Ministru Pedro Sanchez offra li juża lill-armata sabiex tgħin lil reġjuni differenti fit-teħid tal-vaċċin. Fil-Katalunja, bil-Kapitali Barċellona u wieħed mill-aktar reġjuni b'popolazzjoni kbira fi Spanja (7.6 miljun), reġgħet ddaħlet curfew sas-1:00 a.m - għal ġimagħtejn fejn hemm iktar minn 250 każ għal kull 100,000 resident. Fost protesti, xi reġjuni għamlu ċ-ċertifikat tal-vaċċin obbligatorju biex tkun tista' tmur f 'ristorant jew bar. Ir-Renju Unit: Idoqqu t-tokki tal- Big Ben u naraw minn hemm! Minkejja numri kbar li qabżu l-100,000 kuljum il-Gvern Ingliż qal li ma kienx se jdaħħal miżuri sal-aħħar tas-sena l-oħra. Is- Segretarju tas-Saħħa Sajid Javid qal illi ladarba tibda s-sena 2022 jerġa' jsir ri-eżaminazzjoni tas- sitwazzjoni. Aktar kmieni s-Sindku ta' Londra - l-aktar post fejn hemm imxija f 'dan il-pajjiż - ħabbar li l-festi kollha tal-aħħar tas-sena kienu qed jiġu kkanċellati! Fl-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta' Fuq is-sitwazzjoni hija differenti hekk kif dawn imponew restrizzjonijiet fuq kafetteriji u pubs, fosthom b'distanzi soċjali u limiti fuq kemm jistgħu jiltaqgħu nies f 'daqqa. Belġju: Reżistenza! Fil-Belġju wkoll nhar il- Ħadd li għadda daħlu fis-seħħ restrizzjonijiet ġodda li jaffetwaw ċinemas, ċentri tal-arti u swali tal-kunċerti. Iżda l-Gvern iffaċċja protesti minn uħud fid-dinja tal-arti, tant li xi swali u ċentri baqgħu miuħin Protesti ġew organizzati l-għada tal-Milied wara dawn ir-restrizzjonijiet. Il-Gvern ġie kkritikat ukoll mill-Kunsill tal- Istat għax qies il-miżuri bħala mhux proporzjonati. Il-Greċja: Sejjer tara l-Acropolis? Test wara jumejn u ieħor wara erbat ijiem li tasal Fil-Greċja il-kunċerti tal-Milied kienu kkanċellati kollha, filwaqt li l-maskra trid tintlibes barra u fil- postijiet kollha pubbliċi. Dawk deħlin il-Greċja jridu jagħmlu testijiet oħrajn fit-tieni u r-raba' jum wara li jaslu l-Greċja. Il-Ministru tas-Saħħa anos Plevris qal li dawn il-miżuri huma ġustifikati hekk kif il-Milied iġib flimkien folol ta' nies. Miżuri oħrajn jinkludu l-użu ta' maskri ta' protezzjoni għolja f 'supermarkets u trasport pubbliku, stabbilimenti ta' divertiment jridu jgħalqu f 'nofs il-lejl, l-istadiums iridu jdaħħlu 10% inqas nies, filwaqt li viżitaturi se jitħallew jidħlu fi djar tal- anzjani biss jekk ikun sar PCR test li jirriżulta negattiv. Huwa qal li aktar minn hekk ma kinux se jsiru aktar restrizzjonijiet fl-2021. Dawk kollha li għandhom aktar minn 60 sena jridu bilfors jieħdu l-vaċċin sas-16 ta' Jannar u jekk Rekord ta' 208,000 ta' każi fi Franza