Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000
IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 • illum aħbarijiet L-ADPD titfa' parti mill-ħtija tal-każi tal-Covid-19 fuq il-konferenza tas- Sigma f'Novembru ADPD - e Green Party fi stqarrija qalet illi stqarrija l-kritika lejn l-awtoritajiet tas-saħħa minħabba ż-żieda fil-każi tal-Covid-19 "mhix f 'postha" hekk kif ifakkru li l-ebda awtorità tas-saħħa fid- dinja ma tista' tagħmel dan. "Għalhekk għandna nuru l-appoġġ tagħna lill- awtorijiet tas-saħħa u lill-professjonisti f 'dan il-qasam fuq din il-materja," qalet l-ADPD. Madankollu, l-ADPD qalet illi l-Gvern hu responsabbli għall-fatt li ċeda għall- pressjoni ta' organizzaturi ta' taparsi konferenza "li kienet biss party massiv għal it privileġġjati" f 'referenza għall- konferenza Sigma fl-aħħar ta' Novembru. "Din iż-żieda setgħet bdiet aktar tard kieku il-Gvern ma waqax għal din il- pressjoni mill-industrija tal-igaming. Eluf ta' persuni minn industrija mimlija nies kontra l-vaċċinazzjoni u li jħobbu l-parties mid-dinja kollha spiċċaw f 'Malta," qal dan il-partit fi stqarrija. L-ADPD ikkritikat ukoll lill-Gvern għax għamel il-maskri obbligatorji saħansitra fil-miuħ, "filwaqt li ħalla lil Paceville u postijiet ta' divertimentoħra miuħa b'mod normali sakemm kien tard wisq." "Filwaqt li kien hemm xi wħud li gawdew mis-Sigma, il-kumplament tal-ekonomija batiet, biex ma jsemmux dawk li sfaw iżolati mis-soċjetà," sostniet l-ADPD. Intant l-istqarrija tfakkar li t-tilqima tal- vaċċin taħdem u tisħaq li skont riċerka fir-Renju Unit għandek 60 darba inqas ċans li tispiċċa fil-kura intensiva jekk tkun imlaqqam milli jekk m'intix "Ix-xjenza tat-tilqima hija waħda soda u kredibbli, imma n-nuqqas ta' aċċess għat- tilqima fil-pajjiżi foqra qegħda toħloq inġustizzja soċjali," sostna l-Partit. L-ADPD qalet dan fid-dawl ta' midja soċjali li tgħid illi hija miżgħuda "b'informazzjoni żbaljata dwar il-Covid." L-istqarrija fakkret li l-Covid-19 ħolqot numru ta' 'epidemiji' u traġedji f 'Malta, "ibda mit-traġedja ta' mwiet qabel iż- żmien, għall-effetti fit-tul fuq individwi ta' età żgħira li qabel kienu jarmu s-saħħa, anke meta dawn ġew milquta b'mod ħafif – xi ħaġa li l-professjonisti fil-qasam tas- saħħa qegħdin jiltaqgħu magħha." L-ADPD sostniet li hemm ukoll l-epidemija daqstant serja ta' mard mentali ikkawżat mill-esklużjoni soċjali li tfakkar illi wkoll għandha tiġi kkunsidrati fi kwalunkwe miżuri relatati mal-Covid." "ADPD – e Green Party tesiġi li l-awtoritajiet tas-saħħa jibqgħu jsegwu bir- reqqa l-istudji li qegħdin isiru globalment bil-għan li jitnaqqas aktar il-perjodu ta' iżolament, għal dawk li ħadu t-tilqim kollu meħtieġ u li m'għandhomx sintomi. ... imma tisħaq li l-kritika lill-awtoritajiet tas- saħħa għax żdiedu l-każi "mhux f'postha"