Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000
27 films illum • IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 Carmel Bonnici Mary Poppins - Ħlewwa, dehen u maġija (1) Għalkemm dan ir-rapport hu ddedikat għall-film Mary Poppins (1964), se jkolli nsemmi wkoll Saving Mr. Banks (2013) li juri kif din il-fantasija affaxxinanti, bi tbatija kbira u bi sforzi ultra normali, sabet ruħha fuq il-liżar ċinematografiku. Lejn l-aħħar tas-snin ħamsin, il-films mużikali bdew isiru rarita' f 'Hollywood. Walt Disney kien evita li jipproduċi xi proġett mużikali b'atturi reali fuq skala kbira għaliex il-films animati (cartoons) tiegħu b'diversi kanzunetti memorabbli, dejjem għamlulu suċċess. Finalment, fil-bidu tas-snin sittin, storja dwar governattriċi (nanny) li tagħmel is-sħaħar, mill-kittieba Ingliża/ Awstraljana Pamela Lyndon Travers ipperswadiet lil Disney li kien wasal il-ħin propizju għall-produzzjoni mużikali, lussuża u spettakulari, xi ħaġa li qatt qabel m'għamel bħalha. Mary Poppins, addattat għal fuq il-liżar il-kbir mill-kittieba veterani Bill Walsh u Don Da Gradi, għamel suċċess kbir ta' malajr. Għalkemm membri oħrajn tal-istaff tal-istudjo tiegħu ma setgħux jimu kif Disney kien qiegħed jonfoq daqshekk flus fuq proġett li l-kumpaniji maġġuri l-oħrajn kien ikkonsidrawh xi ħaġa li żmienu għadda, l-istint tiegħu bħas- soltu laqat il-likk. L-udjenzi bi ħġarhom marru jaraw dan il-film u l-bejgħ tal-merkanzija abbinata ma' dan ix-xogħol kuljum żied fid-dħul fenominali tal-flus. Tant hu hekk li fl-Amerika biss - sal-1987 - għax Mary Poppins reġa' ħareġ kemm il-darba, daħħal is-somma enormi u sabiħa ta' $45 miljun dollari. Wara li sar premiere tiegħu kollu xinxilli f 'Londra, Mary Poppins kien innominat għal 13-il Academy Awards (Oscars) u rnexxielu jirbaħ f 'ħames kategoriji – l-Aqwa Attriċi (Julie Andrews fl-ewwel film tagħha), l-Aqwa Editjar, l-Aqwa Mużika, l-Aqwa Kanzunetta Oriġinali (Chim Chim Cheree) u l-Aqwa Effetti Speċjali Viżivi. L-istilla tal-film kienet, bla dubju ta' xejn, Julie Andrews, li bħall-karattru li nterpretat, kienet perfetta f 'kull manjiera, sew meta ttir u ġentilment tillandja fuq l-art, b'umbrella f 'id waħda u basket miżmum sewwa f 'idha l-oħra, kif ukoll meta tkanta jew tizfen f 'xi wieħed minn numri ta' din il-produzzjoni. Kellha wkoll sapport mill-aqwa minn Dick Van Dyke bħala Bert, dak li jnaddaf iċ- ċmieni u li jitkellem bil-Cockney (lingwaġġ mgħawweġ ta' Londra). Xi ħadd ta' talent inqas kien żgur ikun iddominat minn Miss Andrews u l-preżenza tagħha, imma r-rutina tiegħu fuq xogħlijiet mużikali magħha tassew huma ħelwin u li jaqbdu l-immaġinazzjoni ta' kulħadd. Barra dawn iż-żewġ protagonisti, parti oħra eċċellenti kienet dik ta' David Tomlinson u Glynis Johns, bħala Mr. u Mrs. Banks, il-ġenituri tat-tfal Jane u Michael, interpretati minn Karen Dotrice u Matthew Garber, Ed Wynn bħala z-ziju eċċentriku Albert u Hermione Baddeley, Ellen is-seura. Il-kanzunetti memorabbli tal-film, mużika u liriċi tal- aħwa Richard M. Sherman u Robert B. Sherman jinkludu Supercalifragilisticexpialidocious (kelma ta' 34 ittra li Julie Andrews anki taqraha bil-maqlub), Chim Chim Cheree, A Spoonful Of Sugar, Jolly Holiday, Let's Go Fly A Kite u dik li tqabbadlek dehxa ta' malinkolija Feed e Birds, barra oħrajn miktuba mill-aħwa Sherman. L-istorja tal-film isseħħ qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija, madwar is-sena 1910, ambjentata f 'Londra ta' żmien ir-Re Dwardu, b'sets imponenti mibnijin fl-istudios ta' Disney u l-apparenza tagħhom qishom ħerġin minn xi ktieb tal- ħrejjef jagħtu lil din il-produzzjoni atmosfera ta' fantasija matulu kollu. Wieħed jinnota sewwa din il-ħaġa fiż-żifna enerġetika u furjuża fuq il- bjut madwar iċ-ċmieni tal-kapitali Ingliża. Sekwenza speċjali oħra tasal fil-kanzunetta Jolly Holiday li tikkonċerna karattri reali jizfnu ma' oħrajn animati. Fi żmien qasir minn meta ħareġ dan il-film u l-mewt ta' Walt Disney fl-1966, hu warrab minn nofs il- ħsieb li jagħmel sequel, waqt li Julie Andrews, eżatt wara ħadmet f 'e Sound Of Music, wieħed mill-aktar films ta' suċċess għat- 20th Century Fox. Fis-snin ta' wara, l-kumpanija Disney reġgħet ippruvat taqbad l-ispirtu ta' Mary Poppins f 'numru mdaqqsa ta' xogħlijiet mużikali, fosthom Bedknobs And Broomsticks (1971) u Pete's Dragon (1977), imma l-falliment tagħhom kemm artistikament u kemm finanzjarjament, sempliċiment indika li Mary Poppins kien każ uniku u trionf kbir personali għall- mibki Walt Disney. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)