Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000
20 opinjoni IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 • illum Il-karità: twieżen u ssaħħaħ is-servizzi soċjali I lu li għadda ż-żmien meta l-karità kienet l-unika għa- jnuna għal dawk fil-bżonn u għall-vulnerabbli. Tul dawn l-aħħar ġranet fuq il-media elettroniċi osservajt xi kummenti li jemfasizzaw illi ġaladarba nħallsu t-taxxi, dawn għandhom ikunu biżżejjed bħala għajnuna għal dawk fil-bżonn u għall-vulnerabbli. Ma hemmx bżonn ta' karità, jgħidu. Ir-realtà, sfortunatment, kif kull wieħed u waħda minna jista' jara b'għajnejh, hi ħafna differenti minn hekk. Is-servizzi soċjali, ħafna drabi, huma mfasslin fuq il-ħtiġijiet tal- persuna medja. F'numru ta' każi, dawn is-servizzi ma jissodisfawx il- ħtiġijiet reali, għax il-persuna medja ma tezistix! Hu tajjeb li f 'numru ta' każi dawn is-servizzi huma supplimentati meta wieħed jagħti kas ta' ċirkustanzi partikolari. Il-ħidma soċjali tal-istat hi imwieżna u imsaħħa mill-karità, kemm dik individwali kif ukoll dik istituzzjonali. Dan ilu għaddej is-snin, saħansitra sa minn qabel ma kienu jeżistu s-servizzi soċjali nfushom. Ilu bosta magħruf li minkejja l-isforzi għall-ħidma soċjali mill-istat ikun hemm numru ta' każi li ma jkunux daqstant magħrufa jew li għalihom b'xi mod ma jkunux japplikaw l-inizjattivi soċjali fis-seħħ. Huwa f 'dawn iċ-ċirkustanzi li l-karità u l-inizjattivi tal-istituzzjonijiet karitatevoli huma indispensabbli. Żmien il-Milied, l-istaġun tas-solidarjetà, hu meta ħafna minn dawn l-istejjer isiru magħrufa. L-Istrina, l-għada tal-Milied, l-inizjattiva tal-patrijiet Franġiskani fil-Belt Valletta dwar platt ikel sħun lil min jeħtieġu (soup kitchen), id-Dar tal- Providenza fis-Siġġiewi, Hospice Malta u Puttinu Cares huma uħud mill-iktar inizjattivi ta' karità li tul is-snin laħqu ħafna mill-irkejjen li l-istat ma laħaqx jew skarta u b'hekk indirizzaw numru ta' ħtiġijiet soċjali essenzjali. Huwa sewwa li l-karità individwali u istituzzjonali tista' tagħmel tajjeb fejn l-istat ma wasalx. Imma jkun aħjar kieku l-istat jagħraf iktar dawn in-nuqqasijiet u jfittex li jirrimedjhom. It-taxxi li nħallsu għandhom iservu biex nilħqu l-irkejjen kollha, b'mod partikolari dawk li intesew inkella li ġew skartati. F'ċertu sens il-ħtieġa għall- karità hi bozza ħamra li tixgħel dwar oqsma fejn l-istat soċjali ma rnexxilux jagħmel differenza fil- ħajja tal-vulnerabbli fostna. Is-servizz soċjali għandu jkun personalizzat, fejn dan ikun possibli. B'hekk ikun iktar effettiv. Ħarsu, per eżempju, lejn l-inzjattiva Franġiskana fil-Belt Valletta li bdiet it tax-xhur ilu. Bdiet tipprovdi ikla sħuna lil min jeħtieġa: madwar 90 persuna kuljum. Magħha beda aċċess għall-faċilitaw ta' xower għal min jeħtieġa u issa qed jissemma servizz ta' psikologu. Dan is-servizz qed jikkontribwixxi, fis-sempliċità tiegħu, biex terġa' tinbena l-istima u r-rispett lejn id-dinjità ta' dawn id-90 persuna, u oħrajn li għad jistgħu jiżdiedu magħhom. Dinjità li s-soċjetà tagħna, mgħaġġla, irmiet bla ma ndunat. Huwa u jseħħ dan kollu hu possibli li billi tindirizza l-effetti, it it naslu biex nidentifikaw il-kawża ta' għaliex dawn id-90 ruħ sgiċċaw lix-xibka ta' protezzjoni soċjali li suppost jipprovdi l-istat. L-Istrina, l-għada tal-Milied, tiffinanzja lill-Community Chest Fund, li illum hi nkorporata bħala fondazzjoni. L-Community Chest Fund, taħt id-direzzjoni tal- Presidenza tar-Repubblika, matul is-sena twieżen lis-settur tas-saħħa, prinċipalment billi tiffinanzja x-xiri ta' mediċini essenzjali, imma li jiswew flejjes kbar, kif ukoll billi tassisti lil dawk li jfittxu trattament mediku barra minn Malta – dan b'żieda ma dak li jipprovdi l-istat. Jidher, kif jiena infurmat, li mill-Community Chest Fund m'għadhomx jitqassmu fridges jew cookers u lanqas m'għadu jkun hemm offerti ta' ħlas għal scholarships, kif ġieli ġara fil-passat. Aħna iffortunati li l-Presidenza għandha l-kapaċità li titgħallem mill-iżbalji li saru fil-passat mid-diversi emeriti predeċessuri. Min-naħa l-oħra naħseb li wasal iż-żmien li l-awtoritajiet tas-saħħa jibdew jerfgħu iżjed il-piż tal-mediċini, inkluż dawk li jiswew ħafna flus. Is-servizz tas- saħħa m'għandux ikun daqshekk dipendenti fit-tul fuq il-karità. It-taxxi, wara kollox għalhekk suppost li jiitħallsu. F'dan kollu l-politika dwar it-taxxa hi kruċjali. Il-partiti politiċi fil-Parlament ilhom is- snin f 'kompetizzjoni bejniethom b'wegħdiet dwar tnaqqis ta' taxxi. Kontinwament jaħarbu mill-fatt li l-miżuri soċjali jeħtieġu flejjes kbar li mingħajrhom il-batuti u l-vulnerabbli fostna jkunu ittraskurati. It-taxxi għandhom ikunu raġjonevoli imma għandhom jinġabru kollha. Hu essenzjali li tkun indirizzata bis-serjetà l-evażjoni tat-taxxa, inkluża dik sal-lum inkoraġġita mill-istat Malti. Kieku dan isir sewwa jkun hemm iktar minn biżżejjed biex ikunu ndirizzati in-nuqqasijiet fil- programmi soċjali. Dan ma jeliminax il-ħtieġa tal-karità u tal-istituzzjonijiet tal- karità. Dawk huma parti integrali mis-soċjetà tagħna. Bl-Istat li jerfa' iktar ikollhom iktar ħin u riżorsi biex jidentifikaw oqsma oħra traskurati jew injorati mill-istat soċjali. Jidher, kif jiena infurmat, li mill-Community Chest Fund m'għadhomx jitqassmu fridges jew cookers u lanqas m'għadu jkun hemm offerti ta' ħlas għal scholarships, kif ġieli ġara fil-passat Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD