Illum previous editions

ILLUM 2 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 Jingħafas iċ-ċinturin ma' min ma jridx jitlaqqam ma jagħmlux dan jeħlu multa ta' €100. Ġermanja: Trid tara logħba futbol? Araha fuq it-TV! Fil-Ġermanja wkoll saru restrizzjonijiet fuq nies li jiltaqgħu flimkien fil-privat għal mhux aktar minn 10 minn nies filwaqt li d-diskoteki ġew kollha magħluqin qabel iċ-ċelebrazzjonijiet tal- Ewwel tas-sena. Avvenimenti kbar bħal logħob tal-futbol ma jistgħux jsiru b'udjenzi, filwaqt biex tidħol fi stabbilimenti li ma jbigħux prodotti essenzjali - allura mill- ġdid ristoranti, barijiet u aktar - trid turi l-prova ta' vaċċinazzjoni. Dawk deħlin mir-Renju Unit jeħtieġ juru test PCR negattiv li jkun sar mhux aktar minn 48 siegħa qabel, anke jekk ikun ħa l-vaċċin, filwaqt li xorta jagħmlu kwarntina ta' 14-il jum. L-istess dawk deħlin minn Franza u d-Danimarka. Portugall: Tista' tiċċelebra, imma bit-test negattiv! Il-Gvern tal-Portugall ħabbar restrizzjonijet ġodda, fosthom li x-xogħol mid-dar - għal dawk li jistgħu jagħmlu dan - huwa issa mandatorju, filwaqt li l-barijiet u d-diskoteki ġew ordnati jgħalqu għall-Ewwel tas-Sena. In-nies jridu jkollhom test negattiv għall-virus sabiex ikunu jistgħu jidħlu f 'teatri, tiġijiet u avvenimenti sportivi, filwaqt li dawk kollha li jridu jattendu ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas- sena jridu bilfors juru test negattiv. F'lejlet l-elezzjoni, mhux aktar minn 10 persuni jistgħu jinġabru fit-toroq u jixorbu l-alkoħol flimkien. Il-Portugall, bħal Malta, għandha rata għolja ta' vaċċinazzjoni. Irlanda: L-aħħar Guiness fit-8 p.m! L-Irlanda wkoll imponiet curfew fuq il-pubs u r-ristoranti li jridu jgħalqu fit-8 p.m - allura fost l-aktar curfews stretti f 'pajjiż fejn il-kultura tal-pubs hija waħda popolari ħafna. Attivitajiet fuq ġewwa huma ristretti wkoll. Mis-7 ta' Diċembru l-pajjiż kien diġà għalaq id-diskoteki filwaqt illi fil-pubs, ristoranti u lukandi reġgħet ġiet stabilita id-distanza soċjali. L-ispettaturi f 'avvenimenti sportivi kellhom jitnaqqsu b'50%, filwaqt li l-Irlanda wkoll qed timponi l-użu tal-Health Pass biex wieħed jidħol fi stabbilimenti tad- divertiment. Il-miżuri se jibqgħu fis-seħħ sat-30 ta' Jannar 2022. L-Olanda: Lockdown! L-Olanda tinsab f 'lockdown nazzjonali. Il-Prim Ministru Mark Rutte qal li dan il-lockdown kien pass li l-Gvern ma setax ma jiħux minħabba dik li sejjaħ "il- ħames mewġa tal-Omicron." L-aktar li kien hemm każi ta' Covid-19 kienet fost it-tfal Permezz ta' dan il-lockdown barijiet, ristoranti u postijiet oħrajn jridu jgħalqu fil-5:00 p.m. Attivitajiet sportivi ma jistgħux jsiru bejn il-5:00 p.m u l-5:00 a.m u sports professjonali jista' jsir imma mingħajr spettaturi. Ċipru: Għadhom "komdi"! Wieħed jista' jgħid li sa issa Ċipru huwa fost l-aktar pajjiżi Ewropej li għadhom pjuttost "komdi" hekk kif ir-restrizzjonijiet li saru sa issa huma fuq turisti ingliżi deħlin fil- pajjiż. Minkejja li Ċipru qed tesperjenza żieda, fl-aħħar jiem tal-2021 dawn kienu qed ilaħħqu medja ta' 600 każ kuljum, li huwa ħafna inqas minn aktar minn 1,000 li kienu qed jiġu reġistrati f 'Lulju li għadda! Protesti kbar fil-Ġermanja kontra restrizzjonijiet marbutin mal-pandemija - Fl-italja inħareġ Super Pass biex tkun tista' tidħol fi stabbilimenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 January 2022