Illum previous editions

ILLUM 2 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 • illum L-2022: Ħarsa politika lejn dak li mistenni nitkellmu Elezzjoni ġenerali ġejja żgur, il-Covid-19 se tibqa' tiddomina l-ewwel ftit xhur, l-FATF se tiddetermina ħafna aktar milli naħsbu u Bernard Grech b'futur inċert... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Is-sena d-dieħla żgur li se tibda kif bdiet l-2021 u kif spiċċat - b'diskussjoni ma tieqaf qatt dwar il-Covid-19, pandemija li qed taħsad lid-dinja f 'mumenti meta nkunu bdejna naħsbu li bdejna t-triq għan-normalità. L-2022 żgur li se tibda b'numri kbar ta' każi ġodda - viċin dawk li qed naraw bħalissa - u li fil-fatt qatt ma konna rajna bħalhom mill-bidu tal-pandemija f 'Marzu 2020. Il-bidu tal-2022 għalhekk wieħed jistenna li se terġa' tkun ikkaraterizzata minn nies li jmorru jieħdu l-booster, bir-rittmu fil- fatt jkun ħafna iktar veloċi din il-ġimgħa hekk kif bdew jidhru wkoll il-kjuwijiet tan-nies. L-għoti tal-booster issa infetaħ għall- popolazzjoni kollha ta 'l fuq minn 18-il sena! L-ewwel it ġimgħat tas-sena mistennijin ikunu wkoll ikkaraterizzati minn miżuri restrittivi li jkunu daħlu qabel jew it wara l-ewwel tas-sena, jekk in-numri li qed naraw bħalissa jkomplu jippersistu. U dan mhux f 'Malta biss hekk kif il-każi tal- Covid-19 qed ikomplu jiżdiedu madwar l-Ewropa kollha u lilhinn! Fil-fatt l-Ewropa "iċċelebrat" il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas- Sena, taħt diversi kontrolli u restrizzjonijiet li ddaħlu mill-ġdid, b'negozji li qed ikunu ordnati jgħalqu fit-8:00 p.m fl-Irlanda, attivitajiet tal-Ewwel tas-Sena kkanċellati fi Franza, lockdown totali fl-Olanda, vaċċinazzjoni obbligatorja biex tidħol f 'barijiet u ristoranti fil-Portugall u diskoteki magħluqin fil-Ġermanja. Sal-ħin li fih kien qed jinkiteb dan l-analiżi, il-Gvern Malti ma żiedx aktar mir-restrizzjojinijiet li kien diġà ħabbar- fosthom għeluq ta' negozji fis-1:00 a.m - iżda x'se jkun qed iseħħ fil-bidu tal-2022, se jiddependi ħafna fuq jekk in- numri jerġgħux jibdew jonqsu minn dawk 'l fuq minn 700 u issa anke 'l fuq minn 1,000 każ kuljum, li esperjenzajna fl-aħħar ġranet tal- 2021. Dan kollu jfisser li l-bidu tal- 2022 se jkun ukoll wieħed kajman ekonomikament, hekk kif ħwienet li kienu bdew jaraw negozju qawwi f 'Novembru u ħafna minn Diċembru jduqu mill-effetti li ġġib din l-inċertezza, anke jekk jaf in- negozju ma jiħux l-istess daqqa li ħa meta żdiedu n-numri fl-2020 u l-bidu tal-2021. Dan kollu - flimkien mal-Wage Supplement li jaf ikollu jerġa' jkun estiż għal aktar mill-aħħar ta' Jannar - ikomplu jgħafsu fuq id-dħul tal-Gvern u allura s-saħħa finanzjarja tal- pajjiż. Almenu iżda wieħed jista' jirraġuna illi din il-pandemija hija forza maġġuri u allura Malta tinsab fl-istess ilma, mal-pajjiżi kollha Ewropej u ħafna mid-dinja. Naturalment il-bidu tal-2022 se toffri wkoll l-isfida u l-mistoqsija dwar l-iskejjel - jekk jiħux jew le. Uġigħ ta' ras kbira għall-Ministru l-ġdid Għalhekk l-Omicron ma tantx qed iħalli prospetti sbieħ għall- bidu tas-sena, b'imxija rekord minn kemm ilha li faqqgħet il-pandemija. Minkejja dan, rata għolja ta' teħid tal-booster jista' jfisser illi l-uġigħ ekonomiku u l-inċertezza, ma jdumux daqstant. Is-sena tal-elezzjoni! Ġejja f 'liema xahar ġejja, fl-2022 bilfors trid issir elezzjoni ġenerali u biex inkomplu mat-tema tal- Covid-19, il-pandemija se tkompli tilgħab parti importanti fuq meta loġistikament possibbli u anke politikament vantaġġjuż għall- Partit Laburista li ssir elezzjoni! Bin-numri kif inhuma bħalissa l-prospett ta' elezzjoni li tissejjaħ f 'Jannar qed issir dejjem aktar remota. L-ewwelnett elezzjoni b'500/700+ każ ġdid ta' Covid-19 kuljum ifisser illi se jkun kważi loġistikament impossibbli li tmexxi kampanja elettorali, b'attivitajiet - anke jekk josservaw protokolli. Ikun diffiċli wkoll biex il-partiti jikkonvinċu lil settur ta' nies jivvutaw, speċjalment jekk jafu li jridu jistennew f 'xi forma ta' kju u attivitajiet politiċi jridu jkunu limitati immens. Dan apparti li jekk l-pajjiż jibqa' jkollu eluf kbar ta' nies li jinsabu fi kwarantina - min għax huwa pożittiv, min għax kellu kuntatt ma' xi ħadd pożittiv kif ukoll familji ta' nies pożittivi għall- Covid-19 - se jkollok eluf li ma jistgħux jivvutaw, jekk ma tinħoloqx sistema virtwali ta' votazzjoni. Dan biex ma nsemmux il-fatt - ippruvat mis-sondaġġi - li fl-agħar tal-pandemija, u meta l-Gvern ikun qed jagħmel restrizzjonijiet ġodda, dejjem jara l-popolarità tiegħu tonqos. Elezzjoni fi żmien ta' dwejjaq ekonomiku u inċertezza, qatt ma tkun vantaġġjuża għall- partit fil-Gvern. Imma Robert Abela għandu l-lussu fuq żewġ binarji: L-ewwelnett il-lussu taż-żmien, fis-sens li teknikament elezzjoni tista' tissejjaħ għal Settembru, l-aktar tard possibbli, għalkemm il- leġiżlatura tispiċċa f 'Ġunju li allura jagħtih bejn wieħed u ieħor ħames xhur oħra fil-Gvern, qabel isejjaħ elezzjoni ġenerali. It-tieni lussu huwa d-distakk li qed juru diversi sondaġġi, u allura l-fatt li l-PL kważi dejjem qed iżomm vantaġġ ta' 30,000 vot jew aktar fuq il-Partit Nazzjonalista. Dan ifisser li jiflaħ jitlef appoġġ - sforz id-dwejjaq u d-diżillużjoni li qed iġġib magħha l-Covid-19 - sakemm tissejjaħ elezzjoni li huwa jikkalkula li ssir fi żmien meta s-sitwazzjoni tkun aħjar. L-elezzjoni tal-2022 mistennija tkun miġġielda l-aktar fuq ħames kwistjonijiet, probabbilment f 'din l-ordni ta' importanza: 1) Covid-19 u kif il-Gvern immaniġġja s-sitwazzjoni 2) ekonomija 3) flus fil-but u prezzijiet u kif il-Gvern immaniġġja din is-sitwazzjoni Pendergardens jeħtiegu Assistant Tekniku biex għin lill-uffiċjali oħra fiż-żamma ta' Kumpless kummerjcali, iwettaq kontrolli ta' rutina skedati ta' kuljum, jagħmel tiswijiet f'diversi appartamenti u jipprovdi appoġġ tekniku ġenerali. Il-kandidat ideali jrid ikollu personalità pjaċevoli, imur tajjeb mal-kollegi u l-klijenti, ikun motivat, u juri inizjattiva, jaf jikkomunika sew bil-kitba u bil-fomm kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, u ikollu ħiliet bażiċi fl-IT. Tingħata preferenza lil min għandu l-liċenzji A u B tal-Enemalta. Ibgħatilna ic-CV tiegħek fuq info@penderville.com u adrian.theuma@penderville.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 January 2022