Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000
09 illum • IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 analiżi nitkellmu dwaru u naraw iseħħ fit-12-il xahar li ġejjin 4) ambjent u 5) korruzzjoni u governanza. Sa issa - u anke skont sondaġġ fuq il-gazzetta Maltatoday - jidher li l-Gvern qed jissodisfa lill-maġġoranza fl-ewwel tliet kwistjonijiet, b'azzjonietu, bil- miżuri li wettaq, ir-rata ta' vaċċinazzjoni u anke l-irkupru ekonomiku f 'nofs din is-sena. Dan filwaqt li - anke skont l-istess sondaġġi - qed ifalli t-test fuq ir- raba' u l-ħames punt, b'mod pjuttost gravi! L-FATF - it-tieni l-akbar sfida għall-2022 Peress li l-Covid-19 ma kinitx biċċa uġigħ ta' ras ta' proporzjonijiet kbar diġà, il-Gvern u anke l-pajjiż irid jiffaċċja test importanti ieħor din is-sena - dak tal-FATF. Id-deċiżjoni - xi it jew wisq mhux mistennija, minħabba li Malta kienet diġà għaddiet mit- test tal-Moneyval it biss qabel - poġġiet lil Malta fil-lista ta' ġurisdizzjonijiet dubjużi. Lilhinn minn kif spiċċajna f 'din il-lista fl-2022 se jasal il-mument tal-verità - jiġifieri l-mument li jkun deċiż jekk Malta toħroġx minn din il-Lista l-Griża jew le. Jekk pajjiżna joħroġ ikun ifisser li ssodisfa numru ta' kriterji u wettaq proposti li l-FATF kienet ipproponiet għal Malta, wara li fil-fatt diġà għamlet ħafna titjib f 'dan il-qasam qabel l-eżami tal-FATF. Ikun nifs ukoll għall-ħafna kumpaniji barranin li hawn Malta - speċjalment fis- servizzi finanzjarji - li l-aħbar illi spiċċajna fuq din il-Lista l-Griża heżżithom xi it, anke jekk sa issa, għad ma kienx hemm effetti ekonomiċi li huma riżultat ta' hekk, skont diversi aġenziji ta' kreditu. Jidher illi s-sinjali huma pożittivi, bl-FATF stess tinnota li Malta qed tagħmel progress. Jekk iżda Malta ma jirnexxiliex toħroġ minn din il-lista tkun disfatta politika għal pajjiżna u daqqa serja fuq is-settur li għadna kif semmejna. Dan ix-xenarju mbagħad jiaħ il-bibien biex jibdew jinħassu wkoll l-effetti ekonomiċi ta' din id-deċiżjoni, bil- probabbilità li jonqos l-investiment barrani u kumpaniji li kienu qed jistennew din id-deċiżjoni u li ma jistgħux joperaw f 'pajjiż fuq il- Lista l-Griża jroddu s-salib għal pjanijiet biex joperaw minn hawn u b'konsegwenza jintilfu l-impjiegi. Jiġifieri minkejja li mhijiex meqjusa bħala l-aktar kwistjoni popolari u forsi l-aktar kwistjoni li n-nies jitkellmu dwarha, id- deċiżjoni dwar l-FATF hija kruċjali u importanti ħafna għall-ekonomija Maltija u għal settur li skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kkontribwixxa €657 miljun fl- ekonomija fl-2019 u it iktar minn biljun ewro fl-2020. Dan ifisser li dan is-settur qed jara tkabbir konsiderevoli sena għal sena! Bernard Grech: Il-futur inċert ukoll! Naturalment jekk is-sena d-dieħla ġejja l-elezzjoni ġenerali jfisser ukoll li se tkun sena li matulha jkun hemm karigi politiċi li jispiċċaw u uċuħ li jinbiddlu. Fil-każ ta' Bernard Grech, is-sitwazzjoni hija it aktar kkumplikata minn hekk. Grech ilu biss fil-kariga sena u xaharejn, li sal-elezzjoni ġenerali li jmiss - tiġi meta tiġi - jfisser li jkun ilu l-inqas fil-kariga ta' Kap Nazzjonalista mill-Indipendenza. Dan il-fatt ser jintuża minnu (jekk jagħżel li jibqa' u jikkontesta elezzjoni għal Kap tal-PN) biex wara l-elezzjoni ġenerali jibqa' fil- kariga, anke jekk il-PN isofri minn telfa konsiderevoli. Naturalment iżda d-daqs tat-telfa se tagħmel id- differenza kollha. Jekk wara disa' snin ta' Gvern Laburista, tliet Kapijiet differenti tal- PN u elenku ta' tajjeb imma anke ta' skandli li heżżew lill-istess Gvern, il-PN ma jirnexxilux inaqqas id- distakk għal 25,000 vot jew inqas, is-sitwazzjoni tal-partit tibqa' xi it jew wisq mwiegħra. B'riżultat iżda ta' distakk ta' 25,000 jew inqas, Grech - f 'sena u nofs biss - ikun kiseb riżultat li ma rnexxilhomx jiksbu Lawrence Gonzi fl-2013, Simon Busuttil fl-2017 u lanqas Adrian Delia fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2019. Jiġifieri distakk li huwa 10,000 vot iżgħar ifisser li l-PN għadu għat-tela' u għadu lura, imma li beda jiċċaqlaq. Distakk li jkun bejn 15,000 u 20,000 vot - favur il-Partit Laburista - jagtħi impetu kemm lill-PN u anke lill-Grech, l-ewwelnett għax tkun l-ewwel darba mill-2009 li d-distakk reġa' lura għal-livelli "normali" u t-tieninett għaliex tkun vittorja personali għal Grech li jirnexxielu jnaqqas id-distakk b'daqstant voti, fi żmien daqstant qasir. Dan ikun xenarju tajjeb ħafna għal prospetti ta' Grech bħala Prim Ministru wara l-elezzjoni tal-2027. Jekk iżda, id-distakk fl-elezzjoni ġenerali tal-2022 jerġa' mill-ġdid jaqbeż it-28,000/30,000 vot dan ikun diżastru totali għall-Partit Nazzjonalista u probabbilment it-tmiem tal-karriera politika ta' Bernard Grech fit-tmun ta' dan il- partit! Diversi sondaġġi li saru minn e Times, Maltatoday u anke minn Vince Marmara (It-Torċa) matul l-aħħar xhur kienu qed juru lill-PL minn fuq b'madwar 46,000 vot u lil Abela minn fuq fil-fiduċja b'persentaġġ ogħla (f 'xi sondaġġi anke aktar minn 20%). L-inqas li niżel id-distakk kien f 'April tal-2021 - fl-eqqel ta' pandemija u semi-lockdown - meta l-PL iżda xorta baqa' 26,000 vot minn fuq! Jekk ir-riżultat ikun jixbaħ lis- sondaġġi, l-2022 mhi se tkun sena tajba xejn għal Bernard Grech.