Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000
11 analiżi illum • IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 iżda x'hemm iktar jistenna lin-nisa fl-2022? talbu wkoll lill-pajjiżi tal-UE biex jindirizzaw il-faqar mestrwali billi jipprovdu prodotti tal-period bla ħlas lil kull min għandu bżonn. Fuq dan, sa issa, l-Gvern Malti għadu ma għamel xejn. It-taxxa tat-tampun hija sfida oħra li l-mara qed tistenna li tiġi indirizzata kemm jista' jkun malajr. L-2022, se terġa tinsa' lill-vittmi tal-prostituzzjoni? Lura f 'lulju tal-2021, meta Owen Bonnici inħatar il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, kienet reġgħet feġgħet, għal it jiem biss, il- kwistjoni tal-prostituzzjoni. Dak iż-żmien il-Koalizzjoni Maltija dwar ir-Riforma tal- Prostituzzjoni Maltija u t-Traffikar Uman, ħeġġitu jbiddel il-pożizzjoni tal-Gvern li jiddikriminalizza kemm il- prostituzzjoni u anke x-xiri tas- sess. Ftit żmien qabel il-gazzetta ILLUM kienet tkellmet ma' voluntier f 'Dar Hosea li kienet spjegat kif liġi bħal din, jekk tgħaddi, "se tkun taqdi l-minoranza u tinjora l-maġġoranza." Dan kienet qalitu minħabba statistika mill- Assoċjazzjoni tal-Ugwaljanza f 'Malta li kienet turi li 99% tal- prostituti f 'Malta huma nisa filwaqt li l-maġġoranza tagħhom huma sfurzati fil-prostituzzjoni. Ma ninsewx ukoll li l-pandemija għal dawn in-nisa ġabet biss iktar abbuż, vjolenza kbira u ambjent iktar tossiku milli diġà kellhom. Il-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili, Drittijiet tan-Nisa u Ugwaljanza tal-Ġeneru fil- Parlament Ewropew, kien tkellem ukoll fuq dan u żied jgħid li fil-każ ta' restrizzjonijiet, vittmi tal-prostituzzjoni spiċċaw jiffaċċjaw faqar. Ġimgħa wara ġew implimentati direttivi sabiex l-Istati Membri jkollhom obbligu legali li jnaqqsu d-domanda għall- forom kollha ta' prostituzzjoni. Sintendi dan ma jsirx billi l-Gvern jagħmel il-prostituzzjoni illegali u daqsekk. Fl-2022, għandna ċ-ċans ngħinu lil dawn il-vittmi. Għandna tkun ferm interessanti kif il-Gvern se jnaqqas id-domanda għal- prostituzzjoni. Dan filwaqt li jipproteġi lill-vittmi u joffrilhom protezzjoni u għajnuna bla preġudizzju. Iktar bilanċ bejn is-sessi fil- Parlament ... tajjeb jew ħażin? Rapport wara l-ieħor, kemm tal-Eurostat u anke tal-Istitut Ewropej għall-Ugwaljanza bejn il- Ġeneru (EIGE) poġġew lil Malta fost l-inqas pajjiżi li għandhom nisa parteċipattivi fil-politika u dan minkejja li f 'Malta 60% tal- gradwati huma nisa. M'għandniex għalfejn nagħmlu artiklu ieħor dwar kemm hu importanti li ninnormalizzaw in- nisa fil-politika. Ovvjament mhux ngħidu li l-irġiel m'għandhomx dritt għall-opinjoni, iżda ma jistax ikun illi l-Parlament jiddiskuti suġġetti li jinvolvu prinċiparjament lin-nisa, bħall- abort, prostituzzjoni u t-taxxa r-roża meta fil-Parlament hemm biss 13% tad-deputati feminnili. Min-naħa l-oħra ma nistgħux nibqgħu kif aħna bħalissa, u ħadd ma jitkellem fuqhom għajr għal deputata waħda. Tħobbha jew tobodha, l-iktar deputata li kienet voċifera fuq dawn is- suġġetti kienet propju Rosianne Cutajar, li bis-saħħa tagħha mhux biss daħal dan il-mekkaniżmu iżda l-Parlament ddiskuta l-prostituzzjoni, il-kannabis, u – sa ċertu punt – l-abort. Il-mekkaniżmu jidħol fis-seħħ biss meta wieħed mis-sessi jikseb inqas minn 40% tas-siġġijiet parlamentari. F'każ li jiġri hekk, dan il-mekkaniżmu jippermetti li jiżdiedu sa massimu ta' 12-il siġġu addizzjonali, liema siġġijiet ikunu riservati għal kandidati mis- sess sotto-rappreżentat (bħalissa n-nisa). Riforma bħal din kienet bżonnjuża, anke jekk se tinħass qisha barmil silġ fil-kesħa ta' Jannar. Miżura drastika li għalkemm mhux se ssolvi kollox, għandha tħalli l-frott. Il-pass li jmiss pero' issa għandu jkun li l-Parlament ikun ambjent iktar attraenti biex taħdem mara fih. X'jiġifieri? Ġaladarba Malta għadha titfa' r-responsabbiltà tal-ulied fuq l-omm, kif fil-Parlament m'hemmx child care? Għaliex fil-Parlament lanqas biss hemm nappy changers? "Nuqqas ta' spazju," jgħidulek. Anke l-ħinijiet innifishom tas- seduti, mhumiex ideali għal mara li qed tieħu ħsieb il-familja u fil- Kamra tar-Rappreżentanti t-tfal lanqas biss suppost jidħlu. Ma ninsewx ukoll li riforma bħal din, se tqajjem sfidi ġodda. Diġà smajna b'kandidati li waqt home visits qalu lin-nies, "la darba xorta se titla' dik bla vot, mela għatih lili l-uno." Appart illi dik li hi magħrufa bħala 'l-kwotà tan-nisa' qed taħdem biss għall- partiti l-kbar. Sa dan il-mument, Sandra Gauci, kandidata mal-ADPD, tibqa' l-unika mara, li mhux mal-Partit Nazzjonalista jew Partit Laburista, u li tista' titla' biss fil-Parlament Malti bil-voti tan-nies. Gauci hija mara oħra magħrufa għal leħen voċiforu tagħha fuq bosta kwistjonijiet relatati man-nisa filwaqt li tikkritika kemm lill-Gvern u anke lill-Oppożizzjoni. Intant, se tkun interessanti, kif il-Gvern se jindirizza dawn l-problemi s-sena d-dieħla. Se tkun aktar interresanti kif lenti ta' mara se taffettwa numru ta' deċiżjonijiet meħudha mis-sena d-dieħla 'l quddiem.