Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000
19 opinjoni illum • IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 Ħaġa waħda li tagħmel differenza K ull sena li tgħaddi ġġib magħha s-sabiħ u l-ikrah. Ħafna drabi l-ikrah jispikka fuq is-sabiħ. Bosta drabi oħra s-sabiħ ta' madwarna ma' jasalx sal-ġur- nali jew il-portals biex b'hekk il-perspettiva tagħna tad-dinja tkun waħda mimlija mrar, stejjer negattivi li joħolqu narrattiva li ddejjaq u li taqta' qalb dak li jkun. Bħal ħafna pajjiżi oħra Malta għandna ħafna difetti. Iżda pajjiżna għandu ħafna sabiħ ukoll u għandu l-potenzjal li dan ikattru f 'ġid li jiġi trażmess minn ġenerazzjoni għall-oħra. Iżda bħal kull talent ieħor, il-potenzjal trid tindukrah u mhux ittih bis- sieq biex irrendilek il-ġid lura. Ftit ġimgħat ilu kont f 'diskussjoni ma' grupp ta' studenti fejn iddiskutejna x-xenajru politiku ta' pajjiżna u x'rwol jista' jkollha Malta fl- iżvilupppi globali li għaddejjin bħalissa. Wieħed minn dawn iż-żgħażagħ staqsieni xi tkun dik il-ħaġa waħda li nemmen li jekk tinbidel tkun tista' tagħmel id-differenza kollha. Mistoqsija pertinenti iżda li ttik perspettiva ta' kif il-ġenerazzjonijiet il- ġodda huma aktar iffukati fuq kif nistgħu nsolvu l-problemi u mhux biex nixtarru kif dawn inħolqu. Mir-reazzjoni tagħjom kien ċar li t-tweġiba tiegħi kienet waħda li ma' tantx stennew: neqirdu t-tribaliżmu, inħallu lin-nies aktar liberi li jaħsbu b'moħħom u mhux bil-kulur politiku u nabbraċċjaw ir-riġenerazzjoni fil- politika. It-tribaliżmu għajjieh lil dan il-pajjiż, fuq kull livell u fuq kull aspett. Massa kbira tal-poplu huwa mgħammad mill-kulur politiku tagħhom fejn dak li jgħid il-partit huwa vanġelu u m'hemm l-ebda lok jew bżonn għalfejn taħseb biex tixtarr dak li qed jingħadlek u dak li qed jgħidulek tirrepeti. Dan il-fenomenu tribali jirriduċi l-politika qisha partita football fejn jiġri x'jiġri s-supporter ma' jbiddel qatt lit- tim tiegħu anke jekk jinqabad jagħmel affarijiet li mhux suppost jagħmel. L-effett tat-tribaliżmu f 'pajjiżna issa laħaq livelli tossiċi, imbuttat l-aktar mill-għodda tal-midja soċjali. L-ispazju tad-dibattitu ittikel u l-ħtieġa ta' l-analiżi ġiet relegata għal-'Likes' fuq il-paġni soċjali. Storja diviżiva wara l-oħra l-qasma tkompli tikber u l-vuċi tar-raġuni tkompli tiġi maħnuqa. Iżda fil-verita, bi it sforz mill-mexxejja fis-soċjetà tagħna, jistgħu jagħmlu qabżiet kbar 'il quddiem biex nibdew intaffu l-ħsara tat-tribaliżmu u ndaħħlu politika li tkun dejjem aktar mibnija fuq is-sens komun milli fuq id-diktat politika u l-qadi partiġġjan. Dan ma' jfissirx li ma jkunx hemm partit politiċi jew li ma' jkunx hemm perspettivi diverġenti. Jekk dawn l-aspetti jkunu assenti jkunu soċjeta artifiċjali u mhux tan-nies. Iżda jekk isir sforz ġenwin ibbażat fuq numru żgħir ta' prattiċi u regoli li jelevaw flok innaqqru l-politika nistgħu nagħmlu differenza kbira. Għandna provi biex inbiegħu li meta warrabna it it-tribaliżmu, pajjiżna għamel kisbiet kbar. Jekk biss biss wieħed isemmi s-settur ekonomiċi l-ġodda li nħolqu f 'dawn l-aħħar 25 sena f 'pajjiżna, bħas-settur tas-servizzi finanzjarji, l-użu tat-teknoloġija, il-qasam tal-online gaming, dak marittimu u dak tal-avjazzjoni mill-ewwel tirrejalizza iex nistgħu nsarrfu l-enerġija tagħna. F'daż-żmien tas-sena, ejja niefqu it u naħsbu kif għandna tabilħaqq inwarrbu l-preġudizzji u nixtarru kif nistgħu nibdew inżarmaw it-tribaliżmu u dan x'jista' jagħmel għal pajjiżna. Għal dan m'hemmx bżonn budgets ta' miljuni jew pjanijiet grandjużi. L-unika ħaġa li hemm bżonn hija r-rieda li dan isir għaliex nemmnu fil-potenzjal ta' dan il-pajjiż u għaliex naspiraw li, minkejja ċ-ċokon tiegħu, jkun pajjiż rispettat fuq skala globali. F'dan -ispirtu, nawgura sena mimlija saħħa, paċi u hena lill-edituri u l-ħaddiema ta' MediaToday kif ukoll lill-qarrejja kollha ta' din il-gazzetta. Massa kbira tal-poplu huwa mgħammad mill-kulur politiku tagħhom fejn dak li jgħid il-partit huwa vanġelu u m'hemm l-ebda lok jew bżonn għalfejn taħseb biex tixtarr dak li qed jingħadlek u dak li qed jgħidulek tirrepeti Claudio Grech Claudio Grech huwa Deputat Nazzjonalista responsabbli għat-Trasformazzjoni u l-Innovazzjoni tal-Politika tal-PN