Illum previous editions

ILLUM 2 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 analiżi illum • IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 ngħixu aħjar? Qed tgħinna nibnu is- jirriflettu b'mod kritiku fuq l-ambjent soċjali tagħhom sabiex isiru ċittadini attivi u jikkontribwixxu f 'soċjeta' demokratika. Finalment, ħadd ma jista' jikkontribwixxi għal bidla fis-soċjeta' li jgħix fiha jekk ma jiimx kif taħdem. Edukazzjoni li tagħti aktar importanza lis-saħħa emozzjonali Jiena nemmen li l-iskop ewlieni tal-edukazzjoni huwa li jagħmilna bnedmin aħjar, iktar kompluti. Irrid infisser li l-edukazzjoni għandha tgħinna f 'dawk l-aspetti fejn infallu fuq livell individwali, kif ukoll bħala poplu, fejn ikun jixirqilna nagħmlu u nkunu aħjar. Li ssir adult mingħajr ħiliet tekniċi jew professjonali tkun problema, kemm għall-persuna nnifisha, kif ukoll għas-soċjeta', iżda hemm nuqqasijiet oħra daqstant problematiċi li nistgħu inkunu affettwati minnhom. Wieħed mill-iktar importanti huwa dak tas-saħħa emozzjonali, li hemm bżonn ikun hemm iktar emfasi fuqu fis-sistema edukattiva, sabiex uliedna jkunu ippreparati aħjar għal uħud mill-iktar sfidi sinifikanti li niltaqgħu magħhom fil-ħajja tagħna. Dawn jinkludu: Kif insiru nafu u napprezzaw lilna nfusna; Kif tmexxi u tikkura relazzjoni; Kif tagħraf x'għandhom ikunu l-prijoritajiet tiegħek; Kif tiddiskuti b'mod rispettuż u intelliġenti; Kif tikkomunika b'mod ċar u effettiv; X'għandek tagħmel biex tikkontrolla l-istress żejjed f 'ħajtek. Għalkemm kull min għandu l-edukazzjoni għal qalbu jiem dan kollu, aktarx li ssib persuni li jaħdmu fl-edukazzjoni llum – saħħansitra numru ta' għalliema stess - li jgħidulek li dan it-tip ta' tagħlim mhux ta' min jinħela fuqu, mhemmx postu fil-kurrikulu, jew hemm prijoritajiet oħra li huma bil-wisq iktar vallapena. Persuni li huma emozzjonalment intelliġenti jmorru aħjar fl-iskola Għaliex huma tant importanti l-emozzjonijiet? Ir-riċerka turina li persuni li huma emozzjonalment intelliġenti jmorru aħjar fl-iskola, ikollhom relazzjonijiet iktar pożittivi, u jinvolvu ruħhom inqas f 'affarijiet li ma jagħmlulhomx ġid. Barra minn hekk, filwaqt li iktar xogħolijiet qed isiru iktar mekkanizzati, l-hekk imsejħa ħiliet 'rotob' — li jinkludu l-persistenza, l-immaniġjar tal-istress u l-komunikazzjoni — jagħmluha impossibbli għall-magni li jissostitwixxu lill- bnedmin. Uliedna spiss jiġu mgħallma li dak li jħossu aħjar jinjorawh (tatix każ, issa jgħaddilek) jew ma juruhx. Skont is-soċjologu omas Scheff, fis-soċjetajiet tal-Punent l-emozzjonijiet huma aktarx assoċjati mal-fsied jew mad-distrazzjoni. Niġu mgħallma biex ninjorawhom l-emozzjonijiet tagħna, minkejja li jistgħu jagħtuna informazzjoni prezzjuża dwar dak li jkun għaddej madwarna. Dan huwa perikoluż, jargumenta Scheff, bħal ma hija l-prassi li naħbu dak li nħossu. Huwa sab permezz tar-riċerka li meta l-irġiel - partikolarment - iħossu l-emozzjoni tal-mistħija, dawn jgħattuha jew jaħbuha wara r-rabja, imġieba aggressiva, u spiss wisq, wara l-vjolenza. L-isfidi elenkati iktar 'l fuq kulħadd jiltaqa' magħhom barra mill-iskejjel: jinsabu fuq websajts, f 'kotba, f 'films u kanzunetti b'xi mod jew ieħor – iżda rari jiġu preżentati lilna b'mod sistematiku. Tisma' ħafna nies li jgħidulek: 'tispiċċa jkollok fuq il-ħamsin sakemm fl-aħħar forsi tiltaqa' ma' tagħrif li kellek bżonn tisma' meta kont teenager, u mhux issa, wara li kellek taqla' tant fuq wiċċek!' Ħasra. Bnejna dinja intellettwali fejn istituzzjonijiet edukattivi rari jippermettulna nistaqsu, aħseb u ara jirrispondulna, l-iktar mistoqsijiet serji u profondi dwar in-natura tagħna. Dan jista' jikkontribwixxi għaż-żieda fil-problemi ta' saħħa mentali madwarna u fostna. Il-programm edukattiv 'Safe Dates' Huwa importanti ħafna li nkunu nafu x'jisimhom l-ibliet kapitali fl-Ewropa, il-grammatika tal-lingwa, jew il-ġometrija, iżda dawn mhux se jsaħħuna biex inkunu kapaċi nilqgħu l-isfidi varji tal-ħajja, jew jgħallmuna ngħixu l-ħajja bil-għaqal, b'inqas tbatija. Idealment, fi skola li tilqa' fiha tfal minn kulturi differenti (li hi r-realta' ta' żminijietna), apparti s-suġġetti tradizzjonali, titgħallem ukoll dwar l-isfidi kbar tal-ħajja – pereżempju kif tkun ħabib/a jew partner tajba/ tajjeb, kif ma titlifx rasek, kif tibża' għal saħħtek u għal dik ta' ħaddieħor, u l-valur tal- ħin. Dawn huma suġġetti li hemm bżonn nagħtuhom l-istess attenzjoni u importanza li qed nagħtu lill-marki tal- Matematika, tal-Malti u tal-Ingliż bħalissa. Fl-aħħar mill-aħħar il- ġid u l-livell ta' kuntentizza u ta' sodisfazzjon fis-soċjetà tagħna jiddependi minnhom, iktar milli mis-suġġetti kollha li mingħalina huma 'iċ-ċavetta'. Huwa ta' sodisfazzjon kbir għall-Kummissjoni dwar Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika, li ħadmet sabiex, flimkien ma' professjonisti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, tintroduċi programm edukattiv fl-iskejjel tagħna – Safe Dates - li se jżid iktar għarfien fost iż- żgħażagħ tagħna dwar kif ikunu relazzjonijiet sani speċjalment waqt in-namur, dwar id-drittijiet tagħhom, u dwar x'għandhom jagħmlu f 'każ ta' imġieba abbużiva jew vjolenti. Dan il- programm se jindirizza mill-qrib l-emozzjonijiet, sabiex inrawmu kultura fis-soċjeta' tagħna li ma tittollerax u ma taċċetta qatt il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika. Inħarsu 'l quddiem għal iktar ħidma u riċerka sabiex jinxtered dejjem iktar l-għarfien fis-soċjeta' li jista' jwassal għal bidla kulturali f 'dan ir-rigward. Il-ġenituri jistgħu jibdew jinkoraġġixxu l-għarfien tal- emozzjonijiet f 'uliedhom billi juru interess fil-ġurnata tagħhom, jistaqsuhom dwar dak li ġara, u kif ħassewhom. Importanti li nagħtu valur lill-emozzjonijiet negattivi ukoll, ikollna paċenzja waqt li uliedna jesprimuhom u nużaw l-esperjenzi tal- emozzjonijiet bħala opportunità biex inkunu iżjed viċin tagħhom u noffrulhom sapport u għajnuna waqt li jkunu qed iħossu l-emozzjonijiet tagħhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 January 2022