Illum previous editions

ILLUM 2 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 • illum Postijiet Vaganti fil-Ministeru tas-Saħħa Il-Ministeru għas-Saħħa qed ifittex li jimpjega: Uffiċjali Pubbliċi Irtirati/ li ser Jirtiraw fi ħdan il-Professjonisti tal- Kura tas-Saħħa biex iwettqu dmirijiet fuq bażi full-time/ part-time fi ħdan is- Sovratendenza tas-Saħħa Pubblika fil-Ministeru għas-Saħħa L-applikanti eliġibbli jridu jkunu: • Professjonisti tal-Kura tas- Saħħa li laħqu l-età tal-irtirar (mhux aktar minn 70 sena) jew li ħa jilħqu l-età tal-irtirar sal-31 ta' Diċembru 2021 U li kienu uffiċjali pubbliċi jew irtirati / li ser jirritiraw Kopja tas-sejħa kif reklamata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa, 24 ta' Diċembru 2021 tista' tinkiseb mill- People Management Division (dettalji ta' kuntatt hawn taħt). L-applikazzjonijiet għandhom jaslu permezz tal-Portal tar-Reklutaġġ tal-Gvern biss permezz tal- link https://recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard mill-17:15 (Ħin tal-Ewropa Ċentrali) tal- Ġimgħa, 7 ta' Jannar 2022 Kwalunkwe informazzjoni ulterjuri tista' tinkiseb mingħand: People Management Division 15, Palazzo Castellania, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, Malta Telephone: +356 22992604 Email: recruitment.health@gov.mt MINISTRY FOR HEALTH 15, Palazzo Castellania, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, Malta Tel: 22992604 Email: recruitment.health@gov.mt Graffitti b'appoġġ lill-KSU biex l-eżamijiet fl-Università jitmexxew online Studenti Graffitti, il-fergħa tal- istudenti tal-Moviment Graffitti sostniet li tappoġġja lill-KSU f 'sejħa biex jitmexxew l-eżamijiet onlajn. L-organizzazzjoni tal- istudenti sostniet li r-regola maħruġa mill-Università, li tgħid li studenti fi kwarantina ma jistgħux jagħmlu l-eżamijiet f 'Jannar, hija kemm inġusta kif ukoll illoġika meta teżisti għażla alternattiva aktar sigura. Dawn l-istudenti li se jiġu mġiegħla jagħmlu l-eżamijiet tagħhom f 'Settembru - tfakkar l-istqarrija ta' Graffitti - mhu se jkollhom l-ebda għażla biex jagħmlu l-eżami għat-tieni darba fl- istess sena fil-każ li sfortunatament ifallu. "B'numru sinifikanti ta' studenti li jkollhom placements tax-xogħol u practicals fil-perjodu tas-sajf, iż- żmien għall-istudju għall-istudenti jonqos b'mod sinifikanti fis-sajf. Din ir-regola ġġib ukoll riskju għas-saħħa għall-kumplament tal- popolazzjoni peress li l-istudenti u l-membri tal-familji tagħhom se jevitaw li jagħmlu l-iswab test biex l-istudenti ma jibqgħux imwaħħla fil-kwarantina u jitilfu l-eżamijiet tagħhom," sostniet l-istqarrija. Graffitti ttemm tfakkar li kemm fl-2020 kif ukoll fl-2021, l-eżamijiet saru onlajn u kienu ta' suċċess. Minħabba li n-numru ta' każijiet huwa l-ogħla li qatt kien. Studenti Graffitti temmen li l-istess għandu jerġa' jsir għall-istudenti kollha. 'Bħala prinċipju jiena dejjem nitlaq mill-punt li l-iskejjel għandhom jibqgħu miftuħin' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Ministru tal-Edukazzjoni Clion Grima rreżista talbiet biex l-iskejjel ma jiħux issa u minflok jiħu ġimgħa jew saħansitra ġimagħtejn tard. Din il-gazzetta hija infurmata li Grima u allura l-Gvern ukoll ried illi l-istudenti jidħlu nhar l-10 ta' Jannar, mhux wara. Jidher li wara diskussjoni li saret bejn il-Gvern, il-unjins u l-awtoritajiet tas-saħħa kien hemm il- qbil finali li l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi jerġgħu jiħu l-bibien tagħhom fl-10 ta' Jannar. F'kummenti mal-ILLUM qabel il-laqgħa l-Ministru Grima sostna li huwa dejjem jemmen li t-tfal għandhom ikunu fil-klassi, "u bħala prinċipju jiena dejjem nitlaq mill-punt li l-iskejjel għandhom jibqgħu miuħin." Huwa fakkar li l-importanza li t-tfal jieħdu l-edukazzjoni fil-klassi, skont protokolli tal-Covid-19 - hija kkonfermata wkoll mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Minkejja dan Grima qal ukoll li huwa jiem l-inkwiet tal-ġenituri, l-għalliema u l-edukaturi kollha u huwa għalhekk li fl- aħħar ġranet saru numru ta' laqgħat bejn il-Gvern, l-awtoritajiet tas-saħħa u anke l-unjins li jirrapreżentaw lill-edukaturi. "Pero jiena nemmen li rridu dejjem nimxu max-xjenza ." Mistoqsi minn din il-gazzetta jekk jarax il-ħtieġa ta' aktar miżuri fl-iskejjel Grima qal li l-protokolli li hemm fl-iskejjel diġà huma elevati u sar propju ħafna investiment biex l-iskejjel jilqgħu għall-Covid-19. "Se nkomplu bid-djalogu ma' dawk kollha involuti għax wara kollox dan il-virus mhux se jispiċċa mil-lum għall-għada u allura rridu nibqgħu dejjem nfittxu l-aqwa bilanċ fl-interess tal-istudenti u l-edukaturi." Il-każi tal-Covid-19 laħqu numri rekord fl-aħħar ġimgħa tas-sena 2021 hekk kif qabżu l-1,300 każ ġdid kuljum, u nhar il- Ġimgħa saħansitra qabżu l-1,400 każ ġdid. Dan ir-rekord ta' każi jirrifletti wkoll rekords li qed jintlaħqu madwar l-Ewropa kollha, fosthom fi Franza, l-Italja u anke r-Renju Unit. Minkejja dan, sa issa, l-ebda pajjiż għadu ma ħabbar li l-iskejjel mhumiex se jiħu. L-iskejjel se jkunu qed jiħu l-bibien għall- istudenti fl-10 ta' Jannar, minflok fis-6 ta' Jannar li ġej, jew inkella kwalunkwe ġurnata qabel din. Minkejja dan, dawk l-istudenti kollha li kienu skedati li se jibdew l-iskola nhar il-Ħamis 6 ta' Jannar jew is-7 ta' Jannar, f 'dawn il-jiem se jagħmlu l-lezzjonijiet onlajn. Ikun biss fl-10 ta' Jannar li l-istudenti jmorru lura l-iskola fiżikament. Dan jgħodd ukoll għal Junior College, MCAST u kwalunkwe istituzzjoni edukattiva oħra. Dan seħħ wara laqgħa il-unjins, il- Ministru tal-Edukazzjoni Clion Grima u l-awtoritajiet tas-saħħa, nhar il-Ġimgħa filgħodu. Fil-każ tal-Università l-practicals se jkunu qed isiru b'mod fiżiku, filwaqt li l-istudenti Universitarji se jkunu qed jirċievu komunikat mill-fakultà tagħhom fil-ġranet li ġejjin illi fiha jkunu infurmati bid-deċiżjoni dwar jekk il-lectures humiex se jsiru fl-Università nnifisha jew inkella onlajn. Dan skont id- daqs tal-klassi, f 'termini ta' studenti.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 January 2022