Illum previous editions

ILLUM 9 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1441470

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 TA' JANNAR 2022 l-agressur għandu problemi gravi u li mix-xejn' Is-saħħa mentali hi importanti, iżda qegħdin nwaħħlu din it-tikketta biex ngħattu l-problema jew qed noħolqu skuża? Friggieri saħqet li l-verità hi li d-dettalji kollha ma nafuhomx u hu importanti li qabel ma wieħed jifforma opinjoni, dak li jkun għandu jkollu l-fatti kollha f 'idejh. "Mill-it informazzjoni li ħarġet nafu li ntbagħat l-Isptar Monte Karmeli u l-professjonisti għamlu d-dijanjożi li hemm problemi ta' saħħa mentali. Jien għalija xorta ma tiskużahx, ma nistgħux inġibu l-mard mentali bħala skuża jew raġuni li b'xi mod tiġġustifika l-vjolenza domestika jew abbażi tal-ġeneru, kienet x'kienet. Hija faċli wisq," saħqet Friggieri. Intant hija qalet li għaliha huwa ta' dispjaċir kbir kif din il- persuna ma rċivietx l-għajnuna qabel. "Dan xejn ma jiġi waħdu. Jekk dan għandu 20 sena, jiġifieri it snin ilu kien qiegħed fi skola. F'kull kulleġġ hemm guidance counsellors u terapisti," kompliet tgħid. Kien hawn li hi staqsiet, "possibli li ħadd ma nduna li għandu problemi gravi u li riedu jieħdu ħsiebu? Nitħasseb u ngħid kif jista' jkun li dan żelaq minn tant idejn li qegħdin hemm biex jgħinu? Hemm il- familjari li jieħdu ħsiebu ukoll … ma ħadux ħsiebu dawn? Ma ġewx appoġġjati biex jieħdu ħsiebu? Ma setgħux?" Għalhekk din il-gazzetta staqsiet, f 'dan il-każ, dan qiegħed jirrifletti n-nuqqas ta' kuxjenza fuq uħud mill- problemi ta' saħħa mentali? Dan ma jistax iwassal għal problemi aktar serji? Hija wieġbet li, "bla dubju, però dan kien tifel. Meta jkun minorenni u jkun għadu l-iskola għad hemm iċ-ċans li jiġi identifikat u mgħejjun u għandna sistemi f 'posthom li jagħmlu dan. Allura qed nistaqsi jien, x'ġara? F'każi bħal dawn bilfors tistaqsi. Illum il-ġurnata għandu 20 sena, jekk inti ma tkunx ħadt ħsiebu, dan ser jikber u l-problemi se jikbru miegħu. Nafu anke b'każi fejn isiru adulti, jiżżewġu u l-problemi qatt ma jirrikonoxxuhom u jista' jkun anke jinħolqu problemi ta' vjolenza domestika. Filfatt il-vjolenza domestika nistgħu nipprevenuha meta nieħdu ħsieb liż-żgħażagħ tagħna." B'rabja l-Kummissarju tistaqsi: "Dan il-ġuvni, x'influwenza kellu f 'ħajtu? Minn xhiex għadda f 'ħajtu? Xejn ma jiskuża dak li għamel. Żgur li le! Però rridu nistaqsuhom dawn il- mistoqsijiet." Kien hemm min irrimarka li Paulina ġiet maqtula għax kienet fil-post il-ħazin u fil-ħin il-ħażin u li faċilment seta' kien raġel li ġie aggredit u stuprat. X'taħseb fuq dan? AF: X'jiġifieri li niddeċiedu li kienet fil-post il-ħazin fil-ħin il-ħażin? Aħna liberi, jekk jien għandi aptit noħroġ nagħmel passiġġata bil-lejl, m'għandix inħossni li m'għandix nagħmilha għax qed nibża'. Se ngħixu fi stat ta' biża' allura? Le. Din kellha d-dritt toħroġ tippassiġġa, titma' l-qtates, kif kienet tħobb tagħmel hi. Kwalunkwe persuna għandha tħossha libera li tgħix il-ħajja tagħha, tħossha sigura u tagħmel li għandha bżonn tagħmel. Id-dettalji għad m'għandniex jekk kienx jaa qabel jew jekk kienx jaf li se tkun hemm għax qaltlu li se tkun hemm. Ma nafux! Ma nafu xejn! Għax inzertat tfajla, għax kieku kien raġel l-agressur ma kienx jagħmel hekk aktarx, għalkemm ma nafux! B'hekk tqum mistoqsija oħra. Kif moħħok jgħidlek li lil din il- persuna nista' nattakkaha u lil oħra le? AF: Eżatt, x'kellu f 'moħħu biex lil Paulina jifgagħha u jistupraha? X'inkoraġġih li għamel dan? Kif issawwar dan il-ħsieb f 'moħħu u xi rwol għandha s-soċjetà? Għalhekk li tipponta s-swaba ma tagħmilx sens għax aħna lkoll kemm aħna qegħdin fis-soċjetà wkoll. Ħafna jgħidulek, 'mhux titlob l-għajnuna?' imma nafu li din mhix faċli. Ejja nsemmu l-każ tal-eks pulizija Glenn Carabott, li allegatament stupra mara li talbet għall- għajnuna. Dan jidher li ngħata ħelsien mill-arrest. Ma taħsibx li n-nies iħossuhom inqas siguri meta persuna li suppost qed tipporteġihom, hija akkużata b'reat daqstant serju? Vittmi kif se jagħmlu l-kuraġġ jirrapportaw, meta l-agressur jista' jiġi liberat u jpattijielek? AF: Wieħed irid iżomm f 'moħħu li l-professjonisti huma bnedmin ukoll. Ir-riskju dejjem qiegħed hemm li professjonist iġib ruħu b'mod li mhux xieraq. Dan jiġri kuljum. Jien mhux se niġġudika sintendi iżda dan xorta huwa kundannabbli. Jiena rrid li jekk ċempilt professjonist biex jgħinni, kien min kien, irrid li nserraħ moħħi li se jipproteġini. Filwaqt li ma niskużax dak li għamel, għax l-abbuż dejjem ħażin, dan hu bniedem u trid tara x'ġiegħlu jagħmel hekk. Probabbli huwa bniedem li għandu bżonn jew kellu bżonn l-għajnuna, forsi ma rċivijiex, forsi ma kienx jaf jitlob għall- għajnuna. Min jaf ? Xejn ma jiġi mix-xejn. Il-problema tkun ilha tinħema u tiżviluppa, l-imġieba finali tkun riżultat ta' ħafna affarjiet li ġraw qabel. Minn naħa l-oħra naqbel li jkun hemm pieni ħorox u rijabilitazzjoni. Filwaqt li jkollhom bżonn l-għajnuna, hemm bżonn ta' konsegwenza li tidher u li hija sinjifikanti, li tgħaddi messaġġi lis-soċjetà li issa aħna ma nittollerawhiex din il-ħaġa u mhux nibagħtek qisu ma ġara xejn jew intik it, meta inti ħafna drabi, tirrovina ħajja ta' persuna. Sintendi għad baqgħalna ħafna xogħol x'nagħmlu. Fis- sistema tal-pulizija irid ikun hemm protezzjoni ikbar, irridu naraw x'nagħmlu biex inżiduha. Xi kultant mhux faċli għax mingħalik li qed tagħmel ġid minn naħa u jkollok kumplessità n-naħa l-oħra, li mhux qed tindirizza. Għandek ħafna kwistjonijiet x'tikkunsidra u ovvjament irid ikollok djalogu mal- istakeholders kollha. Irid isir studju dwar kif nistgħu intejbu l-affarjiet. Dan id-djalogu ma jistax jieqaf, wisq aktar għax kull każ qiegħed jgħallimna xi ħaġa. Il-Kummissarju għall-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika Audrey Friggieri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 January 2022