Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1441470
06 analiżi IL-ĦADD 9 TA' JANNAR 2022 • illum MILL-2003 SAL-2017: IL-PN GĦARKUPPTEJH IŻDA JIRNEXXIELU JŻOMM APPOĠĠ QAWWI FID-DISA' DISTRETT Jekk fl-2008, il-Partit Nazzjonalista rnexxielu jirbaħ biss l-elezzjoni ġenerali bi it għexieren ta' voti, fid-disa' distrett irnexxielu jżomm appoġġ b'saħħtu u saħansitra jżidu meta jqabblu ma' dak tal-2003. Fil-fatt, f 'din l-elezzjoni ġenerali, il- Partit Nazzjonalista kiseb l-appoġġ ta' 61.12% tal-votanti f 'dan id-distrett, jew aħjar kiseb 13,388 vot. Il-Malta Labour Party kiseb 7,928 vot jew 36.19% tal- voti. Forsi waħda mir-raġunijiet għaliex il-Partit Nazzjonalista kompla jżid l-appoġġ tiegħu f 'dan id-distrett, minkejja r-riżultat li kiseb il-PN fuq bażi nazzjonali, kien il-fatt li kkontesta fuqu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Huwa kważi kiseb l-ewwel preferenza ta' dawk kollha li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista f 'dan id-distrett. Gonzi kien elett fl-ewwel għadd b'10,901 vot. It-tieni kandidat elett kien Leo Brincat li kien elett fid-19-il għadd bi 3,845 vot. Il-Malta Labour Party eleġġa wkoll lil Adrian Vassallo li sal-21 għadd kien kiseb 4,358 vot. Apparti lil Gonzi, għal darb'oħra, il- Partit Nazzjonalista eleġġa lil Dolores Cristina li kienet għadha kemm serviet bħala Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali. Cristina kienet eletta fl-24 għadd b'4,190 vot. Fil-fatt, kienet hi l-kandidata l-aktar li wirtet mill-voti ta' Lawrence Gonzi. Din id-darba, ikkontesta wkoll fuq dan id-distrett Robert Arrigo u mar minn taħt Francis Zammit Dimech, li din id-darba ma kienx elett minn dan id-distrett. Hekk kif apparti Gonzi, il-voti fost il- kandidati Nazzjonalisti kienu mifruxa, Arrigo ma laħaqx il-kwota ta' 3,651 vot, iżda xorta waħda ġie elett fil-25 għadd wara li kiseb 3,040 vot. Eventwalment, Arrigo, li kien ġie elett ukoll mid-distrett tiegħu ta' Tas-Sliema, kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett u wara li saret elezzjoni każwali, kien elett Joseph Falzon. Fl-2008, fuq id-disa' distrett, il-Malta Labour Party ħareġ tmien kandidati, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ħareġ ħmistax-il kandidat. Kif spjegajna fl-introduzzjoni ta' dan l-artiklu, il-Partit Nazzjonalista minn dejjem kellu maġġoranza komda f 'dan id-distrett. Fl-elezzjoni ġenerali tal-2003, meta l-Partit Nazzjonalista kien fl-aqwa tiegħu hekk kif kien għadu kemm rebaħ referendum għas-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea, kiseb l-appoġġ ta' aktar minn 57% tal-votanti fid-disa' distrett. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista kiseb 11,948 vot, filwaqt li l-Malta Labour Party (kif kien jissejjaħ dak iż-żmien) kiseb l-appoġġ ta' 8,723 vot jew inkella 41.83% tal-voti. Il-Partit Nazzjonalista, mal-ewwel għadd, eleġġa minnufih lil Joe Borg li kiseb 4,753 vot. It-tieni kandidat elett f 'dan id-distrett, kien Leo Brincat, diġà veteran tal-Partit Laburista hekk kif kien ilu jiġi elett mill- 1982 u anke serva bħala Ministru fi żmien il-Gvern ta' Alfred Sant. Brincat kien elett fit-12-il għadd wara li kiseb 3,629 vot. Warajh, għall-Malta Labour Party, kien elett ukoll Adrian Vassallo li sal-15-il għadd kien kiseb 3,613-il vot. Il-Partit Nazzjonalista eleġġa wkoll lil Francis Zammit Dimech, dak iż-żmien Ministru għall-Ambjent. Huwa kien elett fl-20 għadd wara li kiseb 4,106 voti. Eventwalment, Zammit Dimech kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett u minfloku ġie elett Joseph Falzon. Warajh fit-22 għadd, kienet eletta wkoll Dolores Cristina. Cristina kienet għadha kemm serviet l-ewwel leġiżlatura tagħha iżda ma kellha l-ebda rwol fil-Kabinet. Hija kienet eletta b'2,788 vot, jiġifieri b'inqas voti mill-kwota, li kienet ta' 3,476 vot. Fil-fatt, f 'din l-elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista kellu 12-il kandidat. Apparti Joe Borg, il-bqija tal-voti nqasmu fost għadd ta' kandidati oħra, li kienu popolari, fosthom anke George Pullicino. Ta' min jgħid kif fl-ewwel għadd, George Pullicino kien kiseb aktar voti minn Dolores Cristina, iżda wara li ġie elett Joe Borg fl-ewwel għadd, Cristina wirtet aktar voti minnu u eventwalment spiċċat biex qabżitu u ġiet eletta. Il-Malta Labour Party kellu disa' kandidati. 2003: Maġġoranza komda għall-PN; Jeleġġi tliet siġġijiet b'mod komdu 2008: Il-PN jitlef ħafna appoġġ fuq bażi nazzjonali iżda jsaħħaħ l-appoġġ fid-disa' distrett Il-gazzetta ILLUM tkompli bil-ħarsa tagħha distrett distrett lejn ir-riżultati li kisbu ż-żewġ partiti l-kbar fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali. Din il-ġimgħa jmiss id-disa' distrett MLP PN 41.83% 57.30% MLP PN 36.19% 61.12%