Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1441470
IL-ĦADD 9 TA' JANNAR 2022 • illum aħbarijiet 'Spiċċajna qisu kulħadd ħalliel' ... tal-pompi jiddepożitaw eluf kbar f'ATM u l-banek mhux jaċċettaw kontanti mingħand negozji! ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Hekk kif għaddejja l-ħidma biex Malta ma tibqax fil-Lista l-Griża tal-FATF, jidher li ċerti miżuri qed joħolqu dwejjaq fost in-negozji ż-żgħar, fosthom kif sidien tal-pompi tal-petrol qed ikunu kostretti jiddepożitaw eluf kbar ta' flus - xi kultant madwar €20,000 - fl-ATMs, b'perikli ovvji għas-sigurtà tagħhom u tal-flus li jkunu qed jiddepożitaw. Dan għaliex il-banek ma humiex jaċċettaw ammonti kbar ta' flus kontanti minn negozji Filwaqt li fuq il-karta dan jaf jagħmel sens fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, Paul Abela mill-Kamra tal- SMEs jispjega kif fil-prattika din qed toħloq problemi kbar, ladarba ħafna persuni għadhom iħallsu bi flus kontanti u ladarba l-ħlas bil-flus kontanti huwa leġittimu u kompletament legali. "Issa jekk il-pompa tal-petrol kulħadd imur bil-flus kontanti x'se jagħmel bihom il-flus sid il-pompa? Jekk immur għand aġenzija u nixtri cruise b'€2,000 u għandi flus kontanti, x'se jagħmel bihom tal- aġenzija?" staqsa Abela. Fil-fatt mhux xi sigriet illi minkejja li l-użu tal-kards tal- bank, visas u revolut qiegħed dejjem jiżdied - speċjalment fost iż-żgħażagħ - l-użu tal-flus kontanti għadu predominanti f 'diversi negozji, f 'diversi żoni (speċjalment irħula) u fost etajiet aktar anzjani. "Spiċċajna qisu kulħadd ħalliel," ipprotesta Abela mal-gazzetta ILLUM li saħaq illi hu qed jinsisti illi biex pajjiżna jgħaddi mit-test tal-FATF m'għandhomx jitkissru ż-żgħar filwaqt li n-negozji kbar jilħqu arranġamenti u ehim fuq miljuni kbar ta' taxxa mhux imħallsa fuq medda ta' snin. Għalhekk Abela qed jipproponi aktar sens komun f 'din is- sitwazzjoni. Ifakkar li fil-każ tal- pompi, per eżempju, dawn ikollhom il-meterage ta' kemm-il litru petrol biegħu, xi ħaġa li l-Enemed tkun tista' tikkonferma. Dan allura jkun qed juri lill-bank minn fejn ikunu ġejjin il-flus. Jisħaq ukoll li l-bank għandu jkollu - bil-provi tal-kontijiet, ta' kemm huwa d-dħul ta' negozju fil-ġimgħa jew fix-xahar - u allura meta negozju jmur jiddepożita dan l-ammont fi flus kontanti l-bank jaċċetta. "Jiġifieri jekk per eżempju, ħanut tal-merċa li ħafna drabi jitħallsu mill-klijenti bi flus kontanti - għandu dħul ta' €500 kuljum u jmur jitfa' dan l-ammont fil-bank - jew bejn wieħed u ieħor - dan għandu jiġi aċċettat. Issa jekk minflok €500, tmur tiddepożita miljun niem li jsiru l-mistoqsijiet u jqumu d-dubji." Huwa qal li hu jemmen li din tkun soluzzjoni ħafna aħjar, u rrakkonta anedottu li seħħ it ilu f 'ħanut partikolari fejn persuna marret tħallas kont partikolari u kellha nota ta' €500, liema nota tal-ħanut ma riedx jaċċetta. Abela jfakkar li din id-denominazzjoni hija legali u wżata u ma hemm xejn xi jwaqqaf persuna milli jużaha u lanqas tal-ħanut milli jaċċettaha. Sorsi qalu li r-raġuni għaliex il- banek qed ikunu ħafna iktar iebsin ma' negozji bħal pompi tal-petrol huwa għaliex dawn huma ħafna aktar suxxettibbli għall-ħasil tal- flus. Dan hekk kif, anke rapport tal-FIAU jelenka l-pompi, flimkien ma' ristoranti, ħwienet li jbigħu bl-imnut u anke garaxxijiet għall- ipparkjar, bħala negozji "cash- intensive." Il-fatt li Malta tpoġġiet fil-Lista l-Griża tal- FATF poġġiet pressjoni akbar fuq pajjiżna biex ikun konformi ma' regolamenti li jiġġieldu l-ħasil tal- flus. Malta bħalissa hija l-unika pajjiż fl- UE li jinsab fuq din il-lista, bl-Iżlanda wkoll tispiċċa fil-Lista l-Griża lura fl-2018 u bl-istess mod kellha ssegwi u tadotta numru ta' rakkomandazzjonijiet. Lura f 'Ottubru li għadda l-FATF kellha kliem ta' tifħir għall-progress ta' Malta fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, bil-President tal- istess FATF Marcus Pleyer jgħid li "Malta għamlet progress tajjeb fuq il-pjan ta' azzjoni tagħha." Huwa semma' l-impożizzjoni ta' aktar penali u multi f 'każi fejn persuna iddaħħal informazzjoni żbaljata fuq Ultimate Beneficial Ownership ta' kumpanija. Pleyer faħħar ukoll l-għoti ta' aktar intelliġenza finanzjarja lill-Korp tal-Pulizija f 'dak li jirrigwarda ħasil ta' flus, b'aktar investigazzjonijiet ta' ħasil ta' flus. M i n k e j j a dan Pleyer kien qal ukoll, li għad fadal xi jsir biex Malta toħroġ minn din il-Lista l-Griża hekk kif l-ebda pjan ta' azzjoni ma kien indirizzat b'mod mill-aktar estensiv. Għalhekk Pleyer kien ħeġġeġ lill-Gvern Malti biex ikompli bit-titjib u jindirizza l-kwistjonijiet kollha tal-Pjan ta' Azzjoni maqbul miegħu. Finalment, Abela appella mal- gazzetta ILLUM sabiex il-Gvern kemm jista' jkun u sa fejn huwa possibbli jinforma lill-Kamra tal-SMEs dwar pjanijiet u bidliet imposti fuq in-negozji minħabba rakkomandazzjonijiet tal-FATF. Hekk kif pajjiżna qed jipprova joħroġ mill-Lista l-Griża l-Banek qed ikomplu jgħafsu kontra ħlas minn negozji bi flus kontanti, minkejja li ħafna klijenti għadhom qed iħallsu bi flus kontanti. Il-Kamra tal-SMEs tipproponi alternattivi... Paul Abela