Illum previous editions

ILLUM 9 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1441470

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 TA' JANNAR 2022 George Hyzler "Ħadna l-vaċċin, ħadna l-booster mela issa ħalluna ngħixu mhux titfawna fi kwarantina' YENDRICK CIOFFI Il-President tal- A s s o ċ j a z z j o n i Maltija għal- Lukandi u r - R i s t o r a n t i (MHRA), Tony Zahra, saħaq mal- gazzetta ILLUM li dawk kollha li huma mlaqqma kompletament u saħansitra ħadu l-booster, ma għandhomx jibqgħu jintefgħu fi kwarantina. Fil-kummenti tiegħu, Zahra kien pjuttost skjett. "Ma jistax ikun. Irridu nkomplu ngħixu. Ħadna l-vaċċin u ħadna l-booster. Issa ħalluna naħdmu u mhux tagħlquna fi kwarantina," insista. Kien hawn li saħaq li kmieni din il-ġimgħa, l-MHRA se tkun qed tiltaqa' mal-awtoritajiet tas-saħħa u dan se jkun l-argument ewlieni li se jagħmlu. "Jekk ħadna l-vaċċin u ħadna l-booster u xorta waħda se tpoġġina fi kwarantina, mela allura x'ħadnihom nagħmlu?", staqsa l-President tal-Assoċjazzjoni. Filwaqt li insista li jilqa' l-fatt li l-kwarantina diġà tnaqqset għal dawk li ħadu l-booster, insista li issa l-pass li jmiss huwa li dawk li huma mlaqqma kompletament u ħadu l-booster, sakemm ma jkunux pożittivi, ma jibqgħux jintefgħu fi kwarantina. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Zahra hekk kif diversi sidien ta' negozji, inkluż ta' ristoranti, qed jilmentaw li qed jispiċċaw taħt pressjoni kbira minħabba li jkun hemm diversi impjegati tagħhom li jinqabdu fi kwarantina. "Din mhijiex problema ta' settur wieħed. Ir-riskju li tinqabad kwarantina qiegħed kullimkien taħdem fejn taħdem," insista l-President tal-MHRA. "Hija sfida ta' kulħadd." Fil-fatt, l-ILLUM tkellmet ma' Zahra dwar il-fatt li qed ikun hemm ċertifikati tal-kwarantina li qed idumu ma jinħarġu u li dan qed ikompli jikkawża problemi bejn l-impjegaturi u l-ħaddiem. Zahra insista li jiem li s-sistema mhux qed tlaħħaq u kkonferma li kien hemm min tkellem miegħu dwar sfidi bħal dawn. Madanakollu saħaq li kull negozju jrid jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u kull impjegatur irid jiddeċiedi jekk jistax jafda lill-ħaddiem jew le, iżda insista wkoll li jaqblu li kull min qiegħed fi kwarantina jippreżenta ċertifikat lil min iħaddmu. 'In-nuqqas ta' ħaddiema minħabba l-kwarantina qed jinħass' Dwar l-istess sfidi, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, Paul Abela li kkonferma li l-problema ta' nuqqas ta' ħaddiema minħabba l-kwarantina hija reali u qed tinħass. Propju għalhekk li kkritika d-direttiva tal-Unjin Ħaddiema Magħqudin (UĦM) biex ġenituri jaħdmu mid-dar sakemm uliedhom jirritornaw fiżikament fil-klassi minn għada. Fi kliem Abela, direttiva bħal din tkompli żżid il-pressjoni fuq in-negozji u mhux tnaqqashom. Insista li hemm negozji li jifilħu jekk ikollhom it nies kwarantina, imma għal negozji oħra, li forsi huma iżgħar, kull impjegat fi kwarantina, jinħass. 'Min jinqabad fi kwarantina għandu jippreżenta ċertifikat tal- kwarantina ... għandu jkun hemm kontroll' Rigward iċ-ċertifikati tal- kwarantina, Abela insista li ma jistax ikun lanqas li persuna taqbad u ma tmurx għax-xogħol mingħajr ma tippreżenta ċ-ċertifikat tal- kwarantina. "Niem li hemm ħafna każi u l-awtoritajiet qegħdin b'lura. Imma naf nies li ħarġu mill-kwarantina u baqgħu mingħajr ċertifikat f 'idhom. Is-sidien u min iħaddem għandu jkollhom f 'idhom dan iċ- ċertifikat," saħaq. Filwaqt li faħħar il-fatt li minn din il-ġimgħa tnaqqset il-kwarantina għal dawk li ħadu l-booster, Abela fakkar li l-effett ekonomiku tal- pandemija fuq in-negozji, għadu mhuwiex magħruf għal kollox. "Konnha mexjin tajjeb u erġajna waqajna koppi," insista. Ir-regoli dwar il-kwarantina jridu jkunu aktar ċari Apparti minn hekk, Abela saħaq li hemm bżonn li r-regoli l-ġodda dwar il-kwarantina jkunu spjegati u jkunu aktar ċari, għax fi kliemu, mhux kulħadd qed jiem xi jrid isir. "Hemm min ma għandux għaliex jagħmel kwarantina, ma jafx dan u mhux imur għax-xogħol u qed jibqa' jistenna ċ-ċertifikat. Għalhekk importanti li l-affarijiet ikunu ċari u min qiegħed kwarantina, ikolli ċertifikat f 'idu. Ma tistax taqbad u ma tmurx ix-xogħol. Irid ikun hemm kontroll," kompla Paul Abela. Appella biex f 'dan il-mument, kulħadd jiġbed ħabel wieħed u mhux kulħadd jaħdem għal rasu. "Irridu nagħmlu l-almu tagħna biex il-problemi li hawn u li qed jolqtu lil kulħadd, insolvuhom. Kulħadd irid jagħti sehemu. Hemm bżonn niltaqgħu aktar ta' spiss. Meta ltqajna dejjem wasalna għal soluzzjonijiet. Kulħadd irid li noħorġu minn din l-isfida," temm jisħaq Abela. X'inhuma r-regoli l-ġodda dwar il-kwarantina? Aktar kmieni din il-ġimgħa tħabbar li dawk li jirriżultaw pożittiv għall-Covid-19 mhux se jkunu qed jirċievu notifika separata dwar il-kwarantina. Minflok, il- messaġġ li jinfurmahom li huma pożittivi għall-Covid-19, se jagħti struzzjonijiet lilhom u anke lil dawk li jgħixu magħhom biex jagħmlu kwarantina. Dan ifisser li l-pazjenti u dawk li jgħixu magħhom, se jikkalkulaw huma stess iż-żmien tal-kwarantina tagħhom skont is-sitwazzjoni tagħhom, fosthom jekk ħadux il-booster. Din l-istess notifika se tkun tista' tintwera lill-impjegaturi. Il-ġurnata tat-test se tkun ikkunsidrata bħala l-ewwel ġurnata tal-kwarantina. Intant, mit-Tnejn li għadda, il- perjodu tal-kwarantina tnaqqas minn 14 għal 10 ġranet. Dan jgħodd għal dawk pożittivi għall- virus u li jkunu ħadu l-booster. Biex joħorġu mill-kwarantina wara għaxart ijiem, iridu jkunu żguri li ma jkollhomx sintomi fl- aħħar tlett ijiem. Dawk li jgħixu ma' persuni li joħorġu pożittivi, ukoll se jkunu jistgħu joħorġu mill-kwarantina wara għaxart ijiem, dejjem jekk huma u min ikun pożittiv, ikunu ħadu l-booster. Jekk ma jkunux ħadu l-booster, kull min jgħix taħt l-istess saqaf, irid jagħmel kwarantina ta' 14-il ġurnata. Dawk li ma ħadux il-booster iridu jagħmlu awtomatikament kwarantina għal 14-il ġurnata. Il-kuntatti primarji li jkollhom ċertifikat tal-vaċċin validu, jistgħu joħorġu mill-kwarantina sebat ijiem wara l-aħħar kuntatt mal-persuna pożittiva u wara li jagħmlu test rapidu li jirriżulta negattiv. Kuntatti sekondarji, li jkunu ilhom erbatax-il ġurnata li ħadu l-booster, mhux se jkollhom bżonn jagħmlu kwarantina. Dawn jistgħu jkunu dawk li jgħixu fl-istess residenza ma' persuni li kienu f 'kuntatt dirett ma' persuna pożittiva. Il-President tal- Assoċjazzjoni Maltija għal- Lukandi u r-Ristoranti, Tony Zahra, jgħid mal- gazzetta ILLUM li dan huwa l-argument li se jinsistu fuqu hekk kif fil-jiem li ġejjin se jiltaqgħu mal-awtoritajiet tas-saħħa Tony Zahra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 January 2022