Illum previous editions

ILLUM 9 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1441470

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' JANNAR 2022 • illum Il-kuntrattur diġà kien ordnat iħallas €150,000 mill- Qorti fuq konvenju ieħor li sar fuq proprjetà fil-Mosta ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela - wara li ltaqgħet u tkellmet ma' persuni u sorsi differenti - illi għexieren ta' familji u koppji żgħażagħ ġew migduma bil- kbir hekk kif minkejja li ħallsu l-konvenju fuq proprjetà, huma mhux talli għadhom mingħajr il-proprjetà li dwarha ffirmaw tali konvenji talli ilhom xhur jekk mhux snin jiġru wara l-kuntrattur Alex Mercieca (mhux Alex Mercieca li huwa sid ta' showroom fiż-Żejtun!) għall- eluf kbar li ħallsu! L-istejjer tal-waħx li ltqagħet magħhom din il-gazzetta juru koppji żgħażagħ jew inkella xerrejja li ingidmu bil-kbir: Min ħallas €20,000 f 'depożitu mal- konvenju, persuna oħra ħallset €30,000, oħra €40,000 u saħansitra hemm każ ieħor fejn id-depożitu mħallas jaqbeż is-€60,000. Mhux hekk biss! L-istess Mercieca s-sena l-oħra kien ordnat iħallas lura €150,000 lil koppja oħra li għamlet konvenju miegħu fuq proprjetà li suppost kellu jibni fil-Mosta. Dawk kollha li tkellmu mal- ILLUM - ilkoll każi li mhumiex relatati ma' xulxin - kixfu xejra komuni fost dawk li ingidmu minn Mercieca, li qed isostni magħhom - permezz tar-rappreżentanti tiegħu u Amministratur ta' flusu illi falla u allura ma jistax iħallas dawn il-flus lura li ħa mill-konvenji. F'kull każ il-flus - jiġifieri l-10% imħallsa bħala depożitu, flimkien ma' miżati dovuti lill-banek - ingħataw b'ċekk lin-nutar jew direttament lil Mercieca, biċ-ċekk jiġi msarraf f 'kull każ li din il- gazzetta iltaqgħet miegħu. F'każ minnhom intalab aktar minn 10% tad-depożitu u l-persuna in kwistjoni ħallset mal-20%. Il-gazzetta ILLUM rat dawn il-konvenji li kienu jistipulaw proprju dan l-ammont imħallas. Fi tliet każi żgur ix-xerrejja kienu qed jixtru appartament fi blokka li Mercieca kellu l-permessi għalihom iżda fuq art li jew ma kinitx għadha tiegħu jew inkella li ix-xerejja ħasbu li fil-fatt se tkun tiegħu. Kemm fil-każi tal- Fgura, Ħal Qormi, Pietà u anke fl-Imsida - il-kuntrattur qal lix- xerrejja li jew il-bejgħ lilu tal-art waqa' jew inkella li fetaħ mandat ta' sekwestru kontra s-sidien tal-art/proprjetà għax dawn ma għaddewlux din l-art li fuqha suppost kellu jibni. Minkejja dan u minkejja ħafna wegħdi x-xerejja għadhom ma rawx sold u lanqas proprjetà! Dawn il-konvenji saru ma' Mercieca permezz ta' aġenzija tal- proprjetà li tinsab fis-Swieqi u fl- aħħar xhur Mercieca qabbad lill- amministratur sabiex ikun jista' jwieġeb lix-xerejja rrabjati għall- fatt li ħallsu dawn l-eluf kollha u baqgħu b'xejn. Dan l-amministratur qed jappella lix-xerejja biex iwaqqgħu l-Konvenju u jiffirmaw Kostituzzjoni ta' Debitu, li permezz tagħha jkun legalment rikonoxxut li Mercieca kellu jagħti tant fi flus lura lil xerrej partikolari. Il-problema hi li minkejja dan, u minkejja li skatta ż-żmien li fih il-kuntrattur kellu jħallas dawn il-flus skont dan id-dokument legali, fil-każi li tkellmu ma' din il- gazzetta għaddew xhur u x-xerejja għadhom ma rawx sold! Fil-fatt bosta persuni qegħdin issa saħansitra jisfidaw lil Mercieca quddiem il-Qorti sabiex dan jagħti lura l-flus li tħallsu f 'konvenji. Jidher, mill-informazzjoni li għandha din il-gazzetta, illi mhux kulħadd aċċetta li jwaqqa' l-konvenju u jiffirma l-Kostituzzjoni ta' Debitu, anke minħabba li dawk li ffirmaw xorta ma ħadux flushom lura. Dawk li tkellmu mal-ILLUM kollha esprimew l-għadab u r-rabja kbira tagħhom. "Għadna koppja qed nibdew il-ħajja, ħallasna aktar minn €20,000 u bqajna b'xejn. U ċċempillu u ma jaqbadx jew inkella l-amministratur jgħidilna li se jinbena l'hawn u l'hemm u ma jinbena xejn." Wieħed minn dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta saħansitra qalu li mir-riċerka li saret mill-avukat li qabbdu jirriżulta li Mercieca għandu djun konsiderevoli. Ħati! Diġa nstab ħati u ordnat iħallas €150,000 Aktar minn hekk iżda Mercieca, diġà, propju f 'Lulju 2021 instab ħati fuq każ simili ħafna għal dawk kollha li ġew jitkellmu mal- gazzetta ILLUM. Fil-fatt nhar is-6 ta' Lulju 2021 il- Qorti ppreseduta minn Francesco Depasquale innutat kif kien sar ħlas ta' depożitu ta' €150,000 waqt konvenju quddiem nutar minn Ivan Ghio et al, fuq il-bażi ta' blokka appartamenti u anke uffiċċini u garaxxijiet li kienu se jinbnew fi Triq it-Trinkatur, Tarġa Gap Estate, il-Mosta - suppost minn Mercieca. Tinnota fis-sentenza iżda li Alex Mercieca ma seta' qatt jittrasferixxi tali art biex jiżviluppaha għax ma kellu ebda titolu għaliha u tinnota li għalkemm kien interpallat mill- Qorti biex iħallas dawn il-flus lura huwa baqa' qatt ma ta r-rifużjoni. Il-Qorti għalhekk kienet iddikjarat li dan il-konvenju ma għadux jgħodd u allura li Mercieca għandu jħallas €150,000 lill-koppja Ghio. Dan il-kuntrattur qed jiffaċċja aktar każi quddiem il-Qorti u mistenni jkompli jiffaċċja aktar każi fil-ġimgħat li ġejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 January 2022