Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1441470
03 illum • IL-ĦADD 9 TA' JANNAR 2022 aħbarijiet Il-PN jipproponi sa 15-il sena priġunerija għal dawk membri ta' assoċjazzjonijiet marbutin mal-mafja ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech waqt konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ ħabbar illi l-istess Oppożizzjoni fil- ġranet li ġejjin u hekk kif jerġa' jiaħ il-Parlament se tkun qed tressaq Abbozz ta' Liġi li fih hemm elenku ta' atti sabiex - fi kliem Grech - jiġu rrispettati u mwettqin il-konklużjonijiet tal-inkjesta pubblika fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, fost oħrajn. Fost il-proposti li se tkun qed tressaq 'il quddiem l-Oppożizzjoni hemm Att biex jipprovdi għall- ħolqien ta' reat ġdid kontra l-kriminalita organizzata billi jipprovdi għall-assoċċjazzjoni kriminali ta' bixra mauża. Fost oħrajn l-Oppożizzjoni qed tipproponi li persuni li jkunu membri ma' assoċjazzjonijiet marbutin mal-maa, meta akkużati fil-Qorti b'dan, jkunu suġġetti għal sentenza ta' priġunerija ta' bejn 10 snin u 15-il sena. Dan filwaqt illi dawk li b'xi mod jippromovu assoċjazzjonijiet ta' dan it-tip ikunu suġġetti għal sentenzi ta' priġunerija ta' bejn 12 u 18-il sena. Intant l-Oppożizzjoni qed tipproponi wkoll li jinħoloq Att li joħloq Gvern Interim mix- xoljiment ta' elezzjoni ġenerali sal-ġurnata li dan jerġa' jiaħ wara elezzjoni ġenerali biex b'hekk ma jkunx hemm lok ta' abbuż mill- poter waqt dan iż-żmien hekk politikament sensittiv. Fost l-Atti li qed iressaq il- PN hemm wieħed li jagħti protezzjoni lill-ġurnalisti, fosthom minn min ikun se jiaħ proċeduri magħmulin sabiex dak il-ġurnalist jiġi mkisser jew intimidat. Dan l-Att jikkorrispondi ħafna mal-ħidma wkoll li qed issir fil-Parlament Ewropew f 'dak li jirrigwarda leġiżlazzjoni anti-Slapp. Att ieħor apparti - iżda li jikkonċerna l-ġurnaliżmu wkoll huwa dak li permezz tiegħu tkun provduta l-ogħla protezzjoni possibbli għad-dritt ta' ġurnalizmu ħieles, indipendenti u imparzjali bħala wieħed mill-pillastri ewlenin tas- Saltna tad-Dritt, u dan billi d-dritt fundamentali għall-media ħielsa jkun ankrat fil-kostituzzjoni. Att ieħor li qed tipproponi l-Oppożizzjoni jistabbilixxi uffiċċju ta' Maġistrat Inkwirenti Speċjali kontra l-korruzzjoni b'setgħat kbar - fosthom li jibda proċeduri u investigazzjoni kontra korruzzjoni mingħajr il- bżonn u minn jeddu. Att ieħor huwa dak li permezz tiegħu jiġi maħluq reat meta persuna ma tiddikjarax xi ħaġa jew inkella tiddikjara falz quddiem awtorità ġudizzjarja fi proċedimenti kriminali meta dik il-persuna għandha d-dritt li tibqa' siekta u, jew id-dritt li ma tinkriminax ruħha, dak li jissejjaħ l-intraċċ tal-ġustizzja. Grech ħabbar ukoll li fost dawn l-Atti l-PN qed jipproponi wieħed li permezz tiegħu tinħoloq l-Ordni ta' Ġid mhux Spjegat li jilleġiżla kontra persuni li jkollha fil-pussess tagħha proprjetà li tkun ġejja minn fondi, minn reat serju ħafna li jġorr disa' snin priġunerija. Dan allura se jkun qed jattakka proprjetà u assi li jkunu ġew minn flus maħmuġin, bħal per eżempju, ħasil tal-flus. L-Oppożizzjoni se tkun qed tressaq ukoll Att biex jipprovdi għall-ħolqien ta' reati minn uffiċjal pubbliku inkarigat bl- infurzar tal-ligi li jonqos minn dmiru u Att li jipprevedi l-ħolqien ta' reati ġodda ta' użu illegali ta' riżorsi elettroniċi mhux uffiċjali minn uffiċjali pubbliċi. Il-Gvern jgħid li Grech mhux qed jgħid il-verità... Intant fi stqarrija l-Gvern sostna li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien jaf li mhux jgħid is-sewwa meta stqarr li l-Gvern m'għamel xejn fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika. "L-Uffiċċju tal-Prim Ministru kkonsulta kemm felaħ mal- entitajiet involuti, fosthom akkademiċi u ġurnalisti, kif ukoll istituzzjonijiet internazzjonali, biex ikun f 'pożizzjoni li jaħtar kumitat ta' esperti kif suġġerit mill-inkjesta pubblika nnifisha, kumitat li anke dwar il-membri tiegħu saret konsultazzjoni wiesgħa. M'hemmx dubju li l-Kap tal-Oppożizzjoni jaf sew b'uħud minn dawn il-konsultazzjonijiet," kompla jgħid il-Gvern fl-istqarrija tiegħu. Il-Gvern qal ukoll li f 'uħud minn dawn il-laqgħat ġew preżentati wkoll numru ta' abbozzi ta' liġijiet maħsuba biex jipproteġu lill- ġurnalisti. "L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jibqa' determinat li frott din il-konsultazzjoni issa jħabbar il-passi li jmiss fil-ġranet li ġejjin kif miiehem fil-konsultazzjoni." (Ara wkoll paġna 21) 'Marsaxlokk FC tippruvawx tgħaddu ż-żmien bina! Dar tal-anzjani mhi xejn ħlief bżar fl-għajnejn' L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) qed toġġezjona kategorikament għall-applikazzjoni sottomessa lill- Awtorità tal-Ippjanar (PA), mill-klabb tal-futbol ta' Marsaxlokk. Il-pjan wara din l-applikazzjoni hu li f 'żona pubblika tinbena hostel sportiva fiż-żona tal- ground ta' Marsaxlokk. F'dan il-proġett, il-ħsieb kien li jinkludi fih wkoll dar tal-anzjani, stands li jakkumpanjaw il- ground għas-supporters, sports child care centre, spazju għal għaqdiet soċjali, stabbilimenti relatati mal-isport, klinika tal-fiżjoterapija u spazji li jkunu jistgħu iservu ikel u xorb. Dan ma ntlaqax tajjeb mill-Assoċjazzjoni tant li tgħid li filwaqt li l-MDA taqbel li klabbs sportivi għandhom jingħataw appoġġ mill-Gvern, l-art li qiegħda tiġi proposta li tintuża hija waħda pubblika u parti kbira mill-użu ta' dan il-proġett se jkun għal skopijiet kummerċjali. "Għaldaqstant, dan l-iżvilupp se jara klabb sportiv li jkollu faċilitajiet, isussidjati mill-Gvern, li se jikkompeti b'mod inġust ma' żviluppaturi privati. Apparti minn hekk dan is-sit jinsab f 'żona ODZ u żoni bħal dawn m'għandhom qatt jintużaw għall- iżvilupp kummerċjali jew residenzjali," tgħid l-MDA. Intant l-għaqda mhux governattiva (NGO) Marsaxlokk Heritage, li oġġezzjonat għal dan l-iżvilupp ukoll, fi stqarrija saħqet li għal darb'oħra, "qed naraw attent ta' serqa ta' art pubblika u bini fuq ODŻ". Marsaxlokk Heritage tgħid li l-aħħar applikazzjoni hija simili ħafna ta' dik li ġiet sottomessa s-sena l-oħra. L-NGO fakket li l-applikazzjoni preċedenti ġiet oġġezzjonata bil-qawwi, b'aktar minn 350 oġġezzjoni mir-residenti, periti u entitajiet kompetenti. Tisħaq li kważi xejn ma nbidel fl-applikazzjoni l-ġdida, "xorta se tittieħed art ODZ, xorta se tittieħed art pubblika u xorta se jinsteraq il-ġnien ta' port Ruman." "Marsaxlokk FC tippruvawx tgħaddu ż-żmien bina! Dar tal-anzjani mhi xejn ħlief bżar fl-għajnejn. Il-motiv vera ta' dan il-proġett mhu xejn ħlief dak ta' profitt minn żvilupp estensiv fuq art pubblika u ODZ," tgħid l-NGO. Marsaxlokk Heritage spjegat li hija oġġezzjonat għal dan l-iżvilupp għal numru ta' raġunijiet. Fost dawn kien minħabba l-ġnien eżistenti f 'Port Ruman li jagħmel parti minn l-applikazzjoni. "Minkejja li Marsaxlokk FC m'għandu l-ebda titolu legali tal-art, il-ġnien se jitkisser, jitħaffer u jiġi żviluppat f 'żewġ sulari taħt l-art ta' pixxina u sawna b'xi erba' siġġijiet jiġru fil-livell tat-triq. Dan kollu se jagħmilha impossibli li l-ġnien ikollu siġar maturi, infatti l-PA ma tippermettix żvilupp taħt ġonna għal din ir-raġuni," kompliet tispjega l-għaqda. L-NGO żiedet li l-iskopijiet kummerċjali ta' dan il-proġett mhumiex kompatibbli mal- Local Plan ta' dik il-parti ta' Marsaxlokk. "B'din il-proposta, iż-żona mhix se tibqa miuħa iżda se tiġi mdawwra bil-bini u b'hekk din il-parti tar-raħal se tmur għall- agħar u tikrieħ. L-iżvilupp se jkollu effetti viżwali negattivi min-naħat kollha, prees li qiegħed fil-wied", temmet Marsaxlokk Heritage.