Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1441470
10 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' JANNAR 2022 • illum 'Possibli li ħadd ma nduna li l-agressur riedu jieħdu ħsiebu?… Xejn ma jiġi mix-xejn' ANTHEA CACHIA Għal ħafna l-ewwel jum tas- sena jġib il-ferħ. Ħafna minn dan il-ferħ jista' jkun li huwa attribwit għall-fatt li lkoll ikollna x-xewqa u t-tama li f 'din is-sena ġdida se ntejbu lilna nfusna, ntejbu l-mod ta' kif inħarsu lejn il-ħajja u fuq kollox niprogressaw. Minkejja dan, fit-2 ta' Jannar, Malta qamet għall-aħbar kerha u xokkanti li Paulina Dembska, żagħżugħa Pollakka ta' 29 sena, inqatlet kiesaħ u biered fi Ġnien l-Indipendenza, Tas- Sliema. Tul din il-ġimgħa sirna nafu, minn rapporti tal-awtopsja, li Paulina sfat vittima ta' stupru u kellha marki madwar għonqha li jindikaw li ġiet fgatha. Filwaqt li ma kien hemm ebda arrest uffiċjali sa' issa, is-suspettat ewlieni huwa Abner Aquilina, żagħżugħ ta' 20 sena. Il-Pulizija ma stabbiliet l-ebda konnessjoni bejn il-vittma u s-suspettat u kien għalhekk li nqala' furur kbir fuq il-pjattaformi tal-midja. Diversi nies, għaqdiet u politiċi ikkundannaw dan il- femiċidju filwaqt li oħrajn irrimarkaw li dan il-qtil insensat jirrifletti l-problemi ta' saħħa mentali li seta' kellu Aquilina u li qatt ma ġew indirizzati. Dan wara li professjonisti mediċi għamlu d-dijanjożi li kellu bżonn jingħata l-kura u kien għalhekk li ntbagħat l-Isptar Monte Carmeli. "Ħbieb", "kumpanija ħażina", "ġenituri falluti", "misoġenija" u "ħdura" … dawn kienu uħud mill-kundanni li diversi Maltin u Għawdxin qalu li seta' wassal biex is-suspettat qatel lill-mara innoċenti li kienet miexja f 'dan il-ġnien. Kien hawn li l-gazzetta ILLUM poġġiet bilqiegħda mal- Kummissarju għall-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika Audrey Friggieri fejn iddiskutiet x'seta' wassal għal dan kollu u n-nuqqas ta' ħarsien tas-saħħa mentali fl-irġiel. Fuq kollox l-ILLUM tistaqsi jekk dan kienx attakk fuq mara jew sempliċiment għax Paulina kienet fil-post il-ħażin, fil-ħin il-ħażin. L-Istat lil min falla lill-vittma jew lill-qattiel? L-ILLUM, sebat 'ijiem wara l-ewwel femiċidju tas- sena, tpoġġi mal-Kumissarju Audrey Friggieri u tiddiskuti dak kollu li seta' wassal għal dan il-qtil makabru u jekk nistgħux nipprevjenu milli jsir ieħor Fid-dawl tal-qtil ta' Paulina, il-politiċi kkummentaw fuq Facebook li bħala soċjetà għandna nagħmlu aktar. Iżda x'hemm bżonn li jsir? Is-sistema edukattiva qiegħda taħdem? Friggieri qalet illi kieku qiegħdin ngħixu f 'soċjetà ideali, fejn għandek rispett reċiproku bejn il-ġeneri u edukazzjoni fuq dan is-suġġett, "xorta ma nistgħux ngħidu li reat bħal dan żgur mhux se jsir. Għas-sempliċi raġuni li qed nitkellmu fuq il- bniedem. Il-bniedem huwa kumpless, għandek ħafna emozzjonijiet u allura fejn jidħol il-bniedem l-imġieba tiegħu hija imprevedibbli. M'għandekx garanzija li se teradika l-vjolenza domestika jew il-vjolenza abbażi tal-ġeneru." Friggieri, li hija edukaturiċi wkoll, saħqet fuq l-importanza tal-edukazzjoni u li fl-iskejjel għandna nħaddnu valuri essenzjali u ma nħarsux biss lejn l-aspett akkademiku. Hija rreferiet għal valuri li l-iskola tirrikonoxxi bħala 'soft skills' fosthom li nkunu assertivi, li ma nweġgħux lil xulxin, ma numiljawx lil xulxin u li ma niġġudikawx. "Mingħajrhom is-soċjetà tikrolla. Kien pass kbir li daħlu l-lezzjonijiet tal-PSD u tal-etika iżda, ma nistgħux nieqfu hemm," kompliet tgħid. "Imbgħad għandek kwistjoni oħra. It-tfal, l-istudenti u ż-żgħażagħ tagħna jirċievu dan it-tagħlim biex imbgħad joħorġu hemm barra u jsibu l-midja soċjali tgħidilhom mod ieħor. Forsi fil-klassi u d-dar qed nirċievi messaġġi li 'jien ħaqqni r-rispett, jiena maħbuba' imbgħad niġi bbumbardjata b'kummenti negattivi tgħajjir. Bħalissa hemm ħafna messaġġi kunflinġenti. Il-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija nfluwenzata minn dawn l-affarjiet kollha," kompliet tispjega il-Kummissarju. Paulina Dembska, it-tfajla li nqatlet brutalment f 'Tas- Sliema fit-2 ta' Jannar