Illum previous editions

ILLUM 9 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1441470

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 9 TA' JANNAR 2022 jew test negattiv - din hija l-pożizzjoni Dan kulħadd jieħu gost li jmur jgħum u ma jkunx hemm bram imma l-fatt li ma kienx hemm, meta t-temperaturi kienu għolew juri illi hemm l-inkwiet fil- biodiversità tal-ibħra tagħna." Engerer fakkar illi l-Mediterran qed jisħon b'rata ħafna aktar mgħaġġla minn ta' ibħra oħrajn u allura dawn il-bidliet jikkonċernawna mill-qrib ħafna. "Din is-sena il-COP 26 se jkun qed isir fl-Eġittu u allura proprju fil-Mediterran, li hija xi ħaġa pożittiva," sostna l-MEP Malti li qal ukoll li l-Ewropa jeħtieġ tibqa' l-aktar blokk ambizzjuż fuq din il-kwistjoni. 'Ma tagħmilx sens li min ħoloq il-problema issa jimponi fuq min għadu qed jistejqer ekonomikament... ' Minkejja dan, il-gazzetta ILLUM tfakkru li l-Ewropa mhijiex l-akbar problema u l-akbar kontributur tat-tniġġiż u ħmieġ fl-arja. Tfakkru li ekonomiji emerġenti bħaċ-Ċina u l-Indja huma kontributuri kbar, bi bliet kbar fl-Indja per eżempju (Delhi u anke Mumbai) jkunu kważi permanentement mgħaddsa fi sħaba ta' tniġġiż. Allura l-Parlament Ewropew x'qed jagħmel biex dawn il-pajjiżi jġorru r-responsabilità tagħhom? Engerer xorta iżda jdawwar l-argument u jpoġġi t-tort fuq il-kontinent Ewropew u pajjiżi żviluppati bħall-Istati Uniti. Huwa jisħaq li fil-fatt dan huwa punt importanti ħafna li proprju dwaru ma ntlaħaqx qbil f 'dan is- summit. "Għal żmien twil pajjiżi bħall- Ġermanja, Franza, l-Italja u oħrajn bnew l-ekonomija fuq il-faħam u kien dan li wassal għas-sitwazzjoni tal-lum," sostna Engerer. Huwa qal li allura ma tagħmilx sens li min ħoloq il-problema issa jimponi fuq min għadu qed jistejqer ekonomikament u għalhekk "hemm bżonn li pajjiżi żviluppati jgħinu lil dawk li ma humiex." Imma kif ? Hu jwieġeb li hemm bżonn finanzjament biex isiru ċerti bidliet. Dwar iċ-Ċina iżda juri xettiċiżmu u jgħid li dan il-pajjiż ukoll bena ekonomija bil-faħam, bl-effetti kollha li dan iġib u llum "qed tilgħabha li għadha ekonomija emerġenti. Pero' iva, għall-Indja u pajjiżi fl-Ażja, l-Afrika u anke fl-Amerika ta' Isfel hemm bżonn għajnuna u finanzi," sostna Cyrus Engerer. Huwa kompla jispjega li hemm żewġ tipi ta' finanzjament: Finanzi biex pajjiż jaddatta għall- bidla fil-klima u finanzi sabiex tkun irranġata ħsara li diġà saret f 'pajjiżi u gżejjer differenti. "Aħna wara kollox dinja waħda, bl-istess ambjent u l-istess arja u allura bħala ċittadini rridu naraw li kull azzjoni tagħna tagħmel differenza." 'Id-deċiżjonijiet li nieħdu favur l-ambjent qed neħduhom favur tagħna stess' Kien hawn li Engerer ħeġġeġ sabiex kulħadd jirrealizza li l-biċċa żgħira tiegħu tista' tagħmel differenza kbira. Jgħid illi waqt is-summit intqal li l-miri jistgħu jintlaħqu jekk kulħadd fid-dinja jitfi' l-laptop għal madwar siegħa u nofs kuljum. "Issa jiena niem," beda jispjega, "li dan mhux kulħadd jista' jagħmlu. Imma nistgħu - per eżempju - nitfu affarijiet fid-dar li ma għandniex bżonn inħallu mixgħulin." Engerer staqsa jekk għandniex naċċettaw li nixtru xarbiet f 'kontenituri tal-plastik u qal li hu ħa deċiżjoni li ma jagħmilx dan. Il-gazzetta tirrimarka li 'on the ground' it huma dawk li ma jaċċettawx flixkun ilma jew luminata għax ikun f 'kontenitur tal-plastik, b'Engerer isostni iżda li jara d-differenza fiż-żgħażagħ. "Nara li fost iż-żgħażagħ hemm differenza, hemm kuxjenza akbar u nemmen ukoll li rridu nibdew minna nfusna," sostna l-MEP. Huwa qal li hu ma jaċċettax kontenituri tal-plastik u hemm numru ta' stabbilimenti li diġà ma huma jservu xejn fil-plastik. "Ma nistgħux noqgħodu nistennew lil kulħadd jagħmel xi ħaġa biex nibdew nagħmlu l-parti tagħna." "Jiena nitqażżeż xi kultant, tmur timxi fil-kampanja u tara l-affarijiet li ntremew kullimkien fil-it kampanja li għandna!" Huwa qal li l-S&D tadvoka dejjem li s-saħħa hija waħda: Dik tal-bnedmin, tal-ambjent u tal- annimali għax kollha jaffetwaw lil xulxin. "Importanti li nieħdu deċiżjonijiet - anke jekk b'mod egoistiku - għax id-deċiżjonijiet li nieħdu favur l-ambjent qed neħduhom favur tagħna stess," kompla jsostni. Soluzzjoni minflok il-karozzi? "Il-Metro" Finalment, dwar il-Bidla fil- Klima din il-gazzetta tfakkru li l-akbar kontributur għat-tniġġiż huwa minħabba l-karozzi. Il- Parlament Ewropew u anke aħna bħala pajjiż, x'nistgħu nagħmlu biex indawwru l-kultura prevalenti tal-karozza? Engerer qal illi waħda mill- aħjar soluzzjonijiet huwa trasport pubbliku effiċjenti, nadif u li jħeġġek tużah. Huwa qal li s-sistema ta' metro hija probabbli "l-uniku fattur li tista' tneħħi l-karozzi mit-toroq." Huwa jgħid li hu, fuq bażi personali, fejn jista' juża' mezzi alternattivi ta' trasport: mixi, scooter, tal-linja jew il-ferries - speċjalment meta jkun Tas- Sliema, fejn jgħix, jew il-madwar. "Imma finalment trasport pubbliku effiċjenti hemm bżonn. Nemmen li kien hemm titjib, pero' nemmen ukoll - kif ħafna jemmnu - li t-trasport pubbliku għadu ma laħaqx livelli aċċettabbli biżżejjed, sabiex tużah kuljum, għall-qadjiet kollha li jkollok bżonn," sostna Engerer. Huwa għalhekk qal li fil-każ ta' Malta l-metro hija s-soluzzjoni sabiex pajjiża jara tnaqqis qawwi fl-emmissjonijiet u jħeġġeġ lill- Gvern biex kemm jista' jkun malajr dan il-proġett jibda x-xogħol fuqu. 'Fil-Prim Ministru u l-Ministri Maltin sabu Gvern kollaborattiv li ried jimxi 'l quddiem' U finalment, ġieli jiġi akkużat li meta aċċetta li jmexxi rapporti - per eżempju - kontra l-Gvern Ungeriż ta' Viktor Orban kien qed joħloq għedewwa ġodda għall-pajjiżna u li kien qed "jindaħal" fuq kif Orban imexxi lil pajjiżu. Engerer jibda billi jispjega kif wieħed mill-irwoli tal- Parlament Ewropew huwa dak ta' moniteraġġ dwar drittijiet fundamentali, governanza, saltna tad-dritt u anke drittijiet ċivili. "Kont kuntent iżda li l-Parlament Ewropew u l-S&D għażlu propju Malti biex imexxi rapporti dwar l-Ungerija u l-islovenja u biex inkun in- negozjatur tal-S&D fuq dawn il-kwistjonijiet fil-Polonja," qal Engerer. Huwa fakkar kif kienet il- President tal-Kummissjoni Ewropea stess li faħħret lil Malta u qalet illi pajjiżna huwa eżempju tajjeb favur ħidma fuq il-governanza. Mal-ILLUM ikompli jgħid li fil-Gvern Malti l-UE sabet Gvern li kien lest jaħdem biex jirranġa fejn kien hemm meħtieġ. "Fil-Prim Ministru u l-Ministri Maltin sabu Gvern kollaborattiv li ried jimxi 'l quddiem. Dan ma kienx il-każ għall-Gvern Ungeriż, Sloven jew Pollakk." Huwa għalaq iżda din l-intervista billi qal illi hemm differenza ċara bejn l-MEPs Laburisti u dawk Nazzjonalisti, li jfakkar illi filwaqt li dejjem kienu fuq quddiem fi kwistjonijiet li jitrattaw lil Malta, "fuq il-vot dwar l-Islovenja Roberta Metsola ma vvutatx u David Casa astjena." "Jiġifieri dak li japplika għal Malta ma japplikax għall- Islovenja għal Metsola u Casa, sempliċiment għax hemm Gvern tal-Partit Popolari Ewropew?" Engerer temm l-intervista jakkuża l-MEPs Nazzjonalisti b'ipokrezija. Dawn l-artiklI jifformaw parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 January 2022