Illum previous editions

ILLUM 9 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1441470

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 TA' JANNAR 2022 'L-art hija tas-sid, imma x'jiġri fuq dik l-art, jaffetwa lill-poplu' – Edwin Vassallo Mistoqsi mill- ILLUM dwar il- liġi tal-qbiela, id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo, jaqbel ma' bidliet proposti mill- Ministru Refalo imma jaħseb li l-Gvern dam jaħsibha filwaqt li ammetta li l-proposta tal-PN ma kinitx perfetta lanqas MARIANNA CALLEJA Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Agrikoltura, Sajd u n-Negozji ż-Żgħar Edwin Vassallo qal lill-gazzetta ILLUM li bejn dak li qed jgħid il-Ministru Anton Refalo u l-fatti hemm baħar jikkumbatti. Din kienet waħda mir- risposti li ta Vassallo dwar il- liġi tal-qbiela, kif ukoll dwar dak li intqal mill-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd, Ikel u Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo mal-gazzetta ILLUM l-ġimgħa l-oħra. Fl-aħħar ġimgħa, il-gazzetta ILLUM żvelat illi bħalissa l-Gvern qed jaħdem fuq liġi ġdida tal-qbiela, hekk kif bdiewa qed jispiċċaw jitkeċċew mill-art agrikola li jaħdmu mis-sidien tal-art, li ħafna drabi jkunu jridu ħlasijiet ħafna ogħla. Kien il- Ministru stess li kkonferma dan mal-ILLUM filwaqt li ddeskriva l-liġi tal-qbiela bħala "emoloġija sħiħa li qed tokrob għal qafas leġislattiv." Jammetti li l-proposta tal-PN mhix perfetta, allura x'jagħmel differenti kieku Edwin Vassallo? F'Settembru tal-2021, il-PN kien ħareġ bi tlett proposti. Dakinhar ġiet proposta skema fejn il-Gvern jgħin lill-bidwi jixtri l-art agrikola li jaħdem. It-tieni proposta tikkonċerna l-Gvern li jista' jidħol parteċipi biex il-bidwi jkun jista' jħallas il-qbiela. L-aħħar proposta kienet talba għall-Gvern biex jara b'aktar serjetà l-proċess li għaddej bħalissa tar-regolazzjoni tal-qbiela. Xahar ilu, il-PN ġedded dawn il-proposti sabiex issa qed jipproponi li l-bdiewa attivi ikunu jistgħu jakkwistaw direttament ir-raba tagħhom b'self bla interessi u bla spejjeż, garantit taħt skema tal-Gvern minn fond apposta disponibbli bħala garanzija mal-banek. Mistoqsi mil-ILLUM x'jagħmel allura kieku qiegħed fil-Gvern bħalissa, Vassallo elenka tlett prinċipji li jimxi fuqhom. L-ewwel prinċipju hu li jara li legalment ir-raba jibqa' jinħadem. It-tieni prinċipju hu li jirrikonoxxi l-valur tal-xogħol mhux biss tal-bidwi iżda wkoll tar-raħħal u tas-sajjied għal valur soċjali. Hawn Vassallo jispjega li bidwi flimkien ma sħabu r-raħħal u s-sajjied ma jistax jibqa' jitqies bħala ċittadin sekondarju. Dan minħabba li "bħala poplu l-għixien tagħna jiddependi mill-ħidma tagħhom." L-aħħar prinċipju hu li jiġi stipulat il-prezz agrikolu. Fuq l-istess ħsieb tal-Ministru Anton Refalo, huwa qal li l-prezz tal- art agrikola ma jistax jibqa' jiġi spekulat skont il-prezz tas-suq preżenti. "Iħobbni jew jobgħodni min irid... imma taf li r-raba issa sar suġġett għal ħasil tal-flus? Mela tixtri tomna raba għal €60,000 mhux flus?" jistaqsi Vassallo. Hu jinsisti li bi prezzijiet bħal dawn, bdiewa mhux se jlaħħqu. Ifakkar li tomna art tipproduċi madwar €3,000 fis-sena, u lanqas "jekk jieħu pitkalija xogħol, mhux se jlaħħaq ma' prezz daqsekk għoli l-bidwi." Għaldaqstant hawn Vassallo ammetta li dan ifisser li l-proposta tal-Gvern innifisha mhux vijabbli minħabba li l-ewwel irid jitranġa l-prezz tal-art biex isseħħ. "Jien mhux se nidħak bin- nies, aħna qegħdin nagħmlu l-proposti tagħna imma issa ejja ma nagħmlux il-karrotta mdendla fejn il-fenek ma jilħaqx. Prezz tal-art agrikola ma jistax jibqa' kif inhu. Qed nitilfu l-aħħar it raba," tenna Vassallo. Hawn huwa jsemmi kif trid issir ġustizzja sħiħa, ma' sid l-art, mal-bidwi u l-prinċipju tad-dominju soċjali. Żied jgħid li "l-art hija tas-sid, imma x'jiġri fuq dik l-art hemm effett fuq poplu sħiħ." Ma jaqbilx li l-art għandna tiġi mikrija għal picnics Huwa fatt magħruf issa li hawn sidien li qegħdin ikeċċu lill- bdiewa u jikru l-istess art, ħafna drabi raba saqwi, għal picnics. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lid- Deputat Nazzjonalista jekk ma jaqbilx li dan jibqa jsir u jekk le x'għandu jsir biex dan jitwaqqaf. Huwa dlonk qal li ma jaqbilx avolja jirrispetta li sid l-art għandu drittijiet tiegħu. Minkejja dan ir-rispett, huwa iktar importanti għal Vassallo li nħarsu l-provvista tal-ikel frisk. Bl-istess appell, kemm tal- Ministru Anton Refalo u anke tal-koordinatur ta' Għaqda Bdiewa Attivi, Malcolm Borg, Vassallo jfakkar li f 'każ li xi darba f 'dan il-pajjiż jiġri xi ħaġa, simili tal-pandemija jew agħar, il-pajjiż jrid jiddependi fuq il-provvista tal-ikel Malti. Dan mhux se jkun possibli jekk "nibqgħu nitilfu r-raba', lill-bdiewa, lir-raħħala u lis- sajjieda." Mistoqsi x'jagħmel Gvern taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, r-risposta ta' Vassallo kienet qasira u sempliċi, "ma neħliex sena." Hawn fejn Vassallo reġa' dar fuq il-valur soċjali tal-bidwi Malti li skont hu mhux jiġi mifhum la mill-Qrati Maltin u lanqas mill-Ministru għax kieku "bil-konsulenti kollha li għandu l-Gvern suppost għamilha fi ftit ġimgħat." 'Meta l-gvern ried jieħu xi ħaġa bis-serjetà, ħadha u ressaq liġi .. allura issa għaliex sena?' Mistoqsi mill-ILLUM jekk jaqbilx ma' Anton Refalo meta qal li "l-kabinett hu konxju li ma għandhiex tittieħed l-art tal-bdiewa," Edward Vassallo fil- pront jwieġeb li ma jaqbilx. Skont hu, il-Gvern qiegħed jgħaddi biż-żmien il-poplu Malti anke jekk vera hu konxju li r-raba m'għandhux jittieħed. "Ir-raba baqa' jittieħed bħal mar-raba baqa' jittieħed minn Ian Borg. Ir-raba il-Gvern ma jimpurtahx minnu, kieku jimpurtah minnu ma kienx idum sena jiprepara liġi," tenna Vassallo. Żied jgħid li l-Gvern ma jridx isolvi l-problema għax kieku ried, solviha. Insista li fejn ried isolvi problema, il-Gvern daħal u għamel bidliet neċċesarji, f 'ċerti ċirkostanzi jonfoq ukoll miljuni ta' euros. "Allura, issa l-problema? Minn ħames snin idum sena biex tipprepara liġi b'dawk il-ministri kollha? U tridni nemmnek sur Gvern li inti u l-kabinett tiegħek preokkupat? Mhux vera! Kieku għandek rieda, kieku wasalt. Mela l-problema tiegħek, m'għandekx ħila, m'għandekx kompetenza u min m'għandux ħila m'għandhux iżomm dak il- post," qal Edwin Vassallo. Temm ifakkar li meta qed tagħti bis-sieq lil bidwi, lir- raħħal, lis-sajjied qed tagħti bis- sieq lill-ikel malti u "bħalissa hekk qed jagħmel il-Gvern." "Għandi rispett kbir lejk Ministru, meta trid niġi npoġġi miegħek, imma tgħaddinix biż- żmien." Il-Kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Agrikoltura, Sajd u n-Negozji ż-Żgħar Edwin Vassallo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 January 2022