Illum previous editions

ILLUM 9 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1441470

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 rakkont illum • Il-ĦADD 9 TA' JANNAR 2022 Sharon Calleja It-Tlett Pitturi (IT-TIENI PARTI MINN ERBGĦA) L -ewwel ġurnata xogħol kienet għaddiet wisq malajr. Kont kważi ħadt gost. Kważi. Kont sibt xi persuni li kienu ġew jaraw il-mużew li kienu xi it fitti, dawk li qagħdu jsaqsu wisq domandi jew oħrajn li kienu ħaduli s-sentimenti ta' moħħi. Imma kull ċans li kien qed ikolli, kont qed immur inħaffef lejn dik l-imbierka kċina u nagħmel kafe' qawwi ħalli għajnejja jibqgħu miuħin beraħ u n-ngħas ma jieħux kontroll ta' ġismi. U kien propju dak il-ħin, wara li kienu telqu l-aħħar persuni minn ġol-mużew, għalaqt il-bieb ta' barra b'firroll fih kważi daqs sieqi kollha mill-għarqub 'l fuq, li nnutajtu. Kien qiegħed moħbi wara kantuniera. Bil-purtieri ħoxnin tad-damask ħomor nirien, lanqas biss kont indunajt bih meta kont qgħadt indur dan il-mużew kollu ħalli niffamiljarizza ruħi miegħu. Kien hemm garigor! Garigor tal-ħadid kemmxejn żgħir u wieqaf mhux it. Il-kurżita reġgħet bdiet tegħlibni ħalli niskopri aktar. Fil-bidu ersaqt pass lura u ħadt nifs twil, imbagħad għamilt l-almu tiegħi u poġġejt sieqi l-leminija fuq l-ewwel staffa tal-garigor. Deher sod. Għax fil-bidu, anke fuq dwar kemm kien robust kont inċert. U ma ridtx nitla' fuqu u nagħmel xi praspura. U bdejt tiela' 'l fuq. Tiela'. U tiela' iżjed. Sa xħin kont wasalt f 'post mudlam. Dlam ċappa. Kwiet. U kalma. Bdejt inxomm riħa ta' trab. U nkwetajt mhux it. Tgħid fejn kien jagħti dan il- garigor? Daħħalt idi fil-but tal-qalziet, ħriġt il-mowbajl u xegħelt it-torċ tiegħu ħalli nkun nista' nara xi it aħjar fejn kont qiegħed. Kamra kbira. Bla twieqi. Le. Le, stenna! Kien fiha twieqi. Imma kienu jidhru mgħottija b'xi drappijiet ħoxnin. Bdejt nimxi it 'l quddiem, nagħmel passi għomja f 'din il-kmajra u nfittex bit-torċ tal- mowbajl ħalli nara xi stajt insib quddiemi. Imma hawn fuq ma kien hawn xejn. Baħħ. Kamra għarwiena minn kull tip ta' għamara jew ornamenti. U dort biex nerġa' ninżel isfel. Ma kellix x'noqgħod nagħmel hawn fuq. U hekk malli wasalt biex nerġa' ninżel minn fejn kont tlajt, rajtha mal-art. Kaxxa żgħira. Kaxxa żgħira fil-ġenb tal-kamra. Qisu xi ħadd kien waddabha hemm bl-addoċċ għax kienet tidher rasha 'l isfel u bil-bieba ta' fuq miuħa għal mal-art. Malli ersaqt lejha, b'għajnejja mberrqin iżjed minn qatt qabel, inżilt kokka u missejtha b'subgħajja, indunajt li kienet magħmula mill- injam u kellha xi tinqix fuq il-ġnub tagħha. Eżatt malli għollejtha 'l fuq, rajt xi ħaġa tleqq mal-art, tirrifletti mad-dawl tat-torċ. Qalbi għamlet tikk! Muieħ! Kien muieħ! Qbadtu b'idejja, ħarist lejh bit- torċ u flejtu sew. Tgħid...........? Tgħid kien il-muieħ............? U nżilt niġri lura l-garigor, bil-muieħ f 'idi, inħossni qisni wieħed li kont għamilt xi skoperta meraviljuża. U mort bih mill-ewwel quddiem dak il-bieb. Il-bieb skur u tqil tal-injam mastizz li kien jidher iżjed antik mill-kumplament tal-palazz kollu. U kelli qalbi kienet qiegħda tħabbat mija mija. Daħħalt il-muieħ fis-serratura bilmod. Fil-bidu bdejt naħseb li ma kienx ser idur. Li ma kienx ser jinfetaħ. Li kont sibt muieħ b'ieħor. Imma mhux għax ma kienx jaqbel. Mhux għax ma kienx ser jinfetaħ. Imma għax kien ilu żmien twil ma jidħol ġos-serratura. Għax din il-kamra kien ilha żmien twil imsakkra. Żmien twil magħluqa. U bdejt indawwar il-muieħ fis- serratura sakemm smajt il-ħoss ta' klikk jinfetaħ. Sakemm stajt nimbotta l-bieb tqil 'l ġewwa. Sa' xħin smajt żaqżiqa kbira li dwiet mal-palazz kollu. Sa' xħin sibt ruħi nħares lejn sala kbira quddiemi. Sala sabiħa. Rikka. Kienet sala miżbugħa bl-istess kuluri tal-kumplament tal-palazz, bl-irħam mal-ħitan, purtieri sbieħ u tqal quddiem aperturi kbar u arjużi. Tapit aħmar tal-bellus kien jiksi l-art tal-kamra kollha. U għalkemm fil-ġnub tal-kamra ma kienx hemm gradenzi, xi armarju jew xi tip ta' għamara oħra sabiħa bħall-kumplament tal-palazz, fin-nofs tal-kamra kien hemm huma. Kienu qegħdin jistrieħu fuq tlett riġlejn tal-injam, miżmumin wieqfa 'l fuq, it-tlieta li huma donnhom eżatt faċċata tiegħi, ċioe' faċċata tal-bieb. "Dawn x'inhuma?" smajt leħni stess jidwi fis-sala. Kienu tlett pitturi iffrejmjati b'bordura tad-deheb. Minn fejn kont, ma stajtx nara sew x'kien hemm impitter fuqhom. Ma tantx kont nara sew id-dettal mill-bogħod. U għalhekk għamilt pass lejhom. Passtejn. Tlett passi. U waqa. Ħassejt ġismi jqum xewk xewk. Dawn x'kienu? Għalfejn kienu qegħdin hekk? Forsi............ Minjaf? Ħassejtni nibża'. Ħassejtni ninkwieta. Bdejt miexi b'lura. Mank kont indunajt li bil-biża' li kienet ħakmitni, kont wasalt sa' ħdejn il-bieb li kont dħalt minnu f 'din il-kamra! Dort malajr, ħriġt niġri minn ġol-kamra u ħaffi 'l barra b'kemm kienu jagħtuni saqajja! Lanqas biss ma kont erġajt sakkart il-bieb bil-muieħ! Tlaqt niġri 'l barra minn ġol- palazz, għalaqt il-bieb ta' barra warajja u ħadt nifs twil hekk kif sibt ruħi hemm fid-dawl! Qalbi kienet għadha qiegħda tħabbat b'mod qawwi! Bdejt miexi lejn il-venda tal- karozzi tal-linja, fl-oblivju tan-nies li kien hemm madwari. Fl-oblivju tal-ħajja li kien hemm barra fil-Belt Valletta għalkemm kien diġa qabad jidlam sew. Imma għalfejn kont qed inħossni hekk? Għalfejn kont inħsadt b'dan il-mod? Għax hemm ġew. Hemm ġew kont rajthom. Tlett pitturi. U fuqhom......... Fuqhom ma kont rajt xejn. Ċappa swidija. Xejn iżjed. Tlett pitturi miżbugħin bl-iswed. Mela għalfejn kien qabad jitlagħli l-istonku hekk kif kont rajthom? Għalfejn kont ħassejtni nirtogħod? U kont bdejt nibża'? Issa għada............għada kif kont ser nerġa' mmur xogħol f 'dak il-post? Ma kontx naf għalfejn kont qed inħossni hekk. Imma dawk it-tlett pitturi kont ħassejtni nistmerrhom. Kont ħassejthom jimpressjonawni. Imma l-għada kont qomt għax- xogħol bħal ġurnata ta' qabel. U kont għamilt l-almu tiegħi biex inneħħi dawk it-tlett pitturi minn quddiem għajnejja. Ridt ninsihom u ma naħsibx iżjed fihom. Ma ridthomx joqgħodu jittormentawni. Ftaħt il-bieb ta' quddiem malajr u dħalt ġewwa, ippreparat sabiex inlesti ruħi għal ġurnata xogħol oħra. Imxejt 'l ġewwa ħalli nlesti l-biljetti u l-affarijiet hekk kif kelli suppost nagħmel. Imma eżatt malli ppruvajt naljena rasi fuq dawn l-affarijiet, ittawwalt kemmkemm ħalli nħares lejn dak il-bieb l-antik. Lejn il-bieb tal-muieħ. U qalbi reġgħet għamlet tikk. Il-bieb it-tqil tal-injam kien miuħ beraħ. U minn fejn kont stajt nerġa' narahom. It-tlieta li huma. It-tlett pitturi. U din id-darba ma kienux suwed. Tgħid għajnejja kienu għarrqu bija lbieraħ?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 January 2022