Illum previous editions

ILLUM 9 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1441470

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 illum • IL-ĦADD 9 TA' JANNAR 2022 bijografija L-artist Malti Mario Zammit Lewis: Suċċessi f'Malta u lilhinn minnha Mario Zammit-Lewis twieled l-Imsida, Malta. Mar jgħix Turin fl-Italja fl-1963 meta kien għadu adoloxxenti. Hu beda jpinġi meta kellu 16-il sena u kien ħa sehem f 'eżebizzjonijiet waqt li kien qed jistudja fil-Liceo Artistico Vittorio Vento taħt is-superviżjoni tal- Imgħallem tal-Arti Raffaele Pontecorvo. L-ewwel esebizzjoni personali tiegħu ġiet imtellgħa fl-1970, seg- wita minn oħra fl-1971, it-tnejn ġewwa Turin. Fl-1979, irċieva midalja tad-deheb mill-Akkadem- ja Taljana u fl-1982 ġie maħtur Maestro di Pittura ġewwa Salso- maggiore Terme. Imbagħad hu- wa ħa sehem ukoll f'diversi ese- bizzjonijiet madwar id-dinja. Wara waqfa ta' diversi snin, reġa' beda jpitter fis-sena 2000 meta kien Hong Kong u anke fl- 2011 meta kien qed jgħix ġewwa l-Filippini. Fl-2015, irritorna lura Malta u minn dak iż-żmien baqa' jagħmel it-tpinġija biż-żejt. Fl- 2020 hu ħa sehem f'kompetizz- jonijiet varji: il-Premio Guglielmo II, f'Parlemo fil-Mużew Monreale (hu ġie fit-tieni post minn 680 art- ist) u ħa sehem f'kompetizzjonijiet oħra f'Ruma, Budapest, Firenze, Parma u Lussemburgu (2019 u 2020) u fi New York. F'Ottubru 2020, hu ppubblika l-biografija tiegħu, disponibbli fi tliet lingwi. Ix-xogħol tiegħu ġie ppubblikat f'rivisti bħal Il Narciso, TuttArte u Artes fl-1972, Il Centauro fl-1982 u fl-edizzjonijiet kollha ta' ART- NOW minn Marzu tal-2020 sa Awwissu tal-2021. Huwa deher ukoll f'Art Leader – gwida dwar l-investiment fl-arti ta' Angelo Crespi kif ukoll f'diversi gazzetti kemm fl-Italja kif ukoll f'Malta. Ħafna mill-pitturi tiegħu jistgħu jinstabu madwar id-dinja. Huwa deher ukoll fuq l-istazzjon ODE- ON TV waqt il-programm "Sto- rie di Artisti" b'kummentarju ta' Leonarda Zappulla. Huwa kien ukoll magħżul mis-Sa. Zappulla u Vittorio Sgarbi biex ikun fost ħamsin artist li kienu se jidhru fuq ART TV fil-progamm "I Narra- tori del nostro Tempo", b'kum- mentarju ta' Vittorio Sgarbi u li kien disponibbli fuq l-app għal se- na. Ix-xogħlijiet preżentati f'dan il-programm se jkunu ppubblikati fi ktieb esklussiv. Minħabba re- strizzjonijiet tal-COVID, huwa ppubblika sitt vidjos fejn kien muri x-xogħol personali tiegħu, kemm fuq Facebook kif ukoll fuq You- tube. F'Mejju tal-2021 hu ħa se- hem f'esebizzjoni ġewwa Palermo u fil-kompetizzjoni Premio Cara- vaggio ġewwa Cesenatico. Fl-ist- ess perjodu, waħda mill-pitturi tiegħu kienet preżentata f'gallarija tal-arti ġewwa Pariġi. F'Ġunju, hu ħa sehem fil-kompetizzjoni Pre- mio Michelangelo ġewwa Ruma. Fil-15 ta' Ġunju, it-triloġi- ja tiegħu dwar Dante Alighieri tpoġġiet fl-Istitut Taljan tal-Kul- tura fil-Belt Valletta, Malta u kienet disponibbli għall-wiri sal- 15 ta' Settembru. Din it-triloġija kienet impittra biex tikkommem- ora s-700 anniversarju mill-mewt ta' Dante. Fiha wieħed jista' jara l-Infern, il-Purgatorju u l-Ġenna u ġiet murija fuq l-istazzjon Malti Net TV waqt il-programm "Life & Style", ippreżentat minn Lea Hogg. F'Lulju, il-pittura li tirra- ppreżenta l-Infern intweriet per- mezz ta' projezzjoni tal-vidjo ġew- wa Firenze, l-Italja għall-okkażjoni tas-700 sena ċelebrazzjonijiet kif ukoll fil-Festival Cultura Identità Arte Viva ġewwa Casale Monfer- rato. F'Lulju u f'Awwissu, huwa ħa se- hem fil-Biannwali ġewwa Cesena- tico. Mit-2 ta' Lulju sas-7 ta' Lulju, tlieta mill-pitturi tiegħu kienu preżentati fil-Gallery Area Conte- sa Art ġewwa Via Margutta f'Ru- ma. Mill-10 ta' Lulju sal-10 t'Aw- wissu għaxra mill-pitturi tiegħu kienu murija wkoll waqt esebizz- joni virtwali waqt "Varaggio 2021" ġewwa Varazze fl-Italja. Fis-7 ta' Awwissu, hu mar Venezja biex jirċievi t-trofew "Leona d'Oro". Huwa ħa sehem fit-tmien ediz- zjoni tal-konkors Biancoscuro f'Montecarlo kif ukoll fl-Oscar Della Creatività fis-16 ta' Ottubru 2021 f'Montecarlo ukoll. Ħa se- hem fil-"Premio Eccellemze Stil- istiche 2021 – Sguardi sull'Arte Contemporanea". Mit-30 ta' Lulju sal-15 ta' Ottubru 2021, ix-xog- ħol tiegħu ġie muri fil-Feudo San Giorio, ġewwa Valle di Susa, fil-Piemonte. Din il-wirja seħħet eżatt ħamsin sena wara l-ewwel eżebizzjoni personali tiegħu f'Tu- rin fil-lukanda Alessandria, lura fl-1971. Din l-esebizzjoni ġiet mu- rija fuq Rete Sette TV fis-16 t'Aw- wissu, 2021. Leonarda Zappulla se tippubblika wkoll erba' paġni dwa- ru fir-rivista Artisti 22 imqassma minn MONDADORI b'koperazz- joni ma' ARTNOW. Mid-29 ta' Ottubru sal-1 ta' Novembru hu- wa ġie mistieden biex jippreżenta l-pittura biż-żejt tiegħu 60x80cm "S d'O RIP" fil-Premio Int.le Is- abella d'Este ġewwa Ferrara fil-preżenza ta' V. Sgarbi. Permezz tal-Malta Society of Art (MSA) li hu huwa membru tagħha, bejn l-1 ta' Novembru u l-31 ta' Diċembru ttellgħet eżebizzjoni bix-xogħlijiet tiegħu permezz ta' vidjo bit-titlu DREAM WORLD. Mill-11 sal-15 ta' Novembru, tnejn mix-xogħlijiet tiegħu kienu esebiti fil-31 edizzjoni tal-Wirja ta' Talent tal-Arti Kontemporanja f'waħda mill-kmamar fil-Gallerija ArtExpo ġewwa Padova. Mit-12 ta' Novembru kien fuq tour per- mezz ta' esibizzjoni ta' vidjo lejn Caltanissetta, Barletta u Padova grazzi għaċ-ċelebrazzjoni ta' Lui- sa Moncala ta' PitturiAmo. Mis-7 sat-23 ta' Diċembru fuq stedina tas-Societa Filarmonica Nazion- ale "La Valetta" ttellgħet esebizz- joni personali tiegħu. Fit-8 ta' Jannar, bil-miżuri tal-Covid, hu ġie magħżul sabiex jipparteċipa fil-"1st Trofeo Art in the World". Ix-xogħlijiet tiegħu se jkunu qed jiġu esebiti fid-daħla tal-bini tal-Parlament Malti ġewwa l-Belt Valletta. Aktar proġetti huma program- mati għas-sena 2022, kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Asja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 January 2022