Illum previous editions

ILLUM 16 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 jgħaddi l-artistrija tal-filugranu ċ-ċirku tal-ħajja." Uħud mill-istudenti ta' Attard spiċċaw jaħdmu fuq l-istess bank tiegħu bħala kollegi. Tant hu hekk li l-ILLUM iltaqgħet ma' Silvia Gálvová, li ġiet f 'Malta f 'Ottubru tal-2021. Gálvová tirrakkonta kif hija tgħallmet dwar il-filugranu meta kienet il-Portugall. Minkejja dan hija ġiet f 'pajjiżna permezz ta' internship. Tgħid li kollox inbidel meta ltaqgħet ma' Attard fis-suq tal-Milied, fejn hemm tirrakkonta li ddeċidew li jikkollaboraw flimkien. L-arti diġitali … il-futur tal- arti moderna? L-artist spjega li huwa jiffoka aktar fuq il-futur milli proġetti tal- passat u l-miri kollha li rnexxielu jilħaq. Parti mill-futur, għalih, jinkludi l-NFTs. In-Non-Fungible Tokens (NFTs), huwa sors ġdid ta' kif wieħed jista' jixtri oġġetti uniċi. Bid-differenza li dawn l-oġġetti jkunu f 'forma viżwali mhux fiżiċi, simili ta' kif taħdem il-Bitcoin. Jiġifieri l-persuna jkollha l-oġġett virtwalment u mhux l-oġġett fiżiku f 'idejha. Mistoqsi kif ġiet l-idea li jsir intraprenditur diġitali huwa wieġeb, "it ilu ġie Kanadiż fuqi u pproponieli li nagħmlu din il-biċċa tax-xogħol u qalli biex nipproduċi jigsaw puzzles tal- filugranu fiżiċi. Huwa ħa r-ritratt tagħhom u issa dawn qiegħdin għal bejgħ b'mod virtwali. Malli jinbiegħu, jiena nieħu persentaġġ." Huwa kompla jispjega li f 'Lulju 2022, huwa mistenni li jattendi konvenzjoni tal-jigsaw puzzles f 'Las Vegas fejn ibigħ il-biċċiet fiżiċi tal-fidda. "Jien ta' 50 sena qatt ma kont nimmaġina li se nkun involut fl-NFTs … Hija xi ħaġa eċitanti għalija," tenna Attard. Il-filugranu, 100 sena oħra, x'ser isir minnu? L-artist tal-opinjoni li sa' 100 sena oħra dan l-artiġjanat se jkollu metamorfosi totali, bħalma kellhom il-pitturi u l-fotografija. "Għall-bidu l-fotografija ma kinitx tiġi kkunsidrata arti għax kienet tintuża teknoloġija differenti però biż-żmien il- fotografija saret importanti daqs l-arti, jekk mhux aktar f 'ċertu kuntesti. L-istess se jsir fil- filugranu," kompla jispjega. Huwa qal li l-filugranu se jibqa' jinħadem bid-differenza li se jintużaw għodda aktar teknoloġiċi u moderni. "Li hemm interessanti hu li l-ġojjellier ta' llum jintefalek fuq bank, quddiem screen u l-għodda jaħdmu għalik. Jien għalija m'hemmx differenza. Xorta magħmulin b'idejn. Ħafna nies xorta jmorru għar-romantiċiżmu, ta' xi ħaġa li nħadmet bl-idejn meta fil-fatt ma tkunx inħadmet bl-idejn, tkun inħadmet b'pinzetta u b'xi tnalja. Bejn pinzetta u tnalja u bejn l-aktar għodda sofistikata jien ma narax differenza," insista Attard. Fl-aħħar tenna li se jkun hemm mument fejn il-ġojjellier l-antik u dak modern se jingħaqdu fejn il-filugranu jinħadem b'għodda klassiċi kif ukoll ġodda. Jgħid iżda li huwa ta' interess li din tista' ssir biss għal it ċentinarji. "Imbgħad, il-ġojjellier l-antik se jisparixxi kompletament u jiddomina l-ġdid," temm jgħid Kevin Attard. "Il-filugranu bdejt naħdmu 35 sena ilu, meta kelli 13-il sena. Missieri kellu workshop u kont ixxurtjat biżżejjed li kellu ħabib tiegħu jaħdem il-filugranu u għallimni hu"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 January 2022