Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444
25 illum • IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 kummerċjali L-Awtorità tal-Ippjanar timponi ordni ta' konservazzjoni għal tliet proprjetajiet li huma 'wirt f'riskju' L-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet Ordni ta' Konservazzjoni ta' Emerġenza (ECO) għall- protezzjoni immedjata ta' tliet proprjetajiet; Palazzina Vincenti f 'San Ġiljan u żewġ propjetajiet vernakulari fil- Qala, li huma mmarkati bħala "wirt li jinsabu f 'riskju". Mibnija eżatt wara t-Tieni Gwerra Dinjija, Palazzina Vincenti hu eżempju ċar ta' arkitettura modernista fejn ġie introdott l-użu sperimentali tal- konkrit rinfurzat għal skopijiet domestiċi. Il-Palazzina nbniet minn wieħed mill-aktar periti prominenti ta' Malta tal-ewwel nofs tas-seklu 20, Gustavo Romeo Vincenti. Il-proprjetà, li serviet bħala r-residenza tiegħu sa mewtu fl-1974, hija waħda mill-aqwa eżempji modernisti fil-Gżira, fejn il- l-forom ġeometriċi ta' Vincenti jintużaw f 'dimensjoni bla preċedenti, b'forom li jisporġu 'l barra u spazji b'skulturi. L-ECO inħarġet wara li ġiet preżentata lill-Awtorità tal- Ippjanar applikazzjoni għall- iżvilupp bil-ħsieb li titwaqqa' l-propjetà. Din l-applikazzjoni poġġiet il-proprjetà f 'riskju bit-telf irriversibbli tal-wirt kulturali ta' Malta. Għal dan il- għan, il-proprjetà qed titqies bħala proprjetà skedata ta' Grad 1 bis-saħħa tal-valuri storiċi, arkitettoniċi u kuntestwali tagħha. Din ma kinitx l-unika proprjetà li Vincenti iddisinja fiż-żona ta' Tas-Sliema – San Ġiljan. Kellu residenza privata tas-sajf aktar 'il fuq minn Triq Ġorg Borg Olivier li nbniet fl-istil Art Nouveau, u kien ukoll id-disinjatur ta' dar oħra skedata fi Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema. Vincenti huwa l-aktar magħruf għal "Vincenti Buildings", bini skedat li ħa post il-"Forni della Signoria" fi Triq id-Dejqa, l-Belt Valletta. F'Għawdex, l-Awtorità ħarġet Ordni ta' Konservazzjoni ta' Emerġenza (ECO) fuq żewġ propjetajiet vernakulari fi Triq Wied is-Simar, il-Qala. L-Awtorità temmen li dawn il- proprjetajiet ta' żewġ sulari, li huma ta' valur evidenti għal wirt storiku u li jinsabu f 'riskju, speċjalment minħabba li tressqet applikazzjoni ta' ppjanar li tipproponi t-twaqqigħ ta' waħda mill-proprjetajiet. Taħt din l-ordni, l-proprjetajiet għandhom status ta' Protezzjoni ta' Grad 2. Iż-żewġ proprjetajiet għand- hom karatteristiċi arkitettoniċi, rurali u tradizzjonali li huma tipiċi għal dan iż-żmien, ink- luż numru minimu ta' aperturi fuq il-faċċata bi proporzjonijiet żgħar. Il-binjiet huma msaqqfa b'kuruni sempliċi u m'għand- homx ħajt ta' 'parapett'. L-ECOs, li għandhom perjodu ta' validità ta' sena, se jippermettu lill-Awtorità, b'kollaborazzjoni mas-Supretendent tal-Wirt Kulturali, twettaq valutazzjoni sħiħa u bir-reqqa tal-binjiet biex tiddetermina l-livell ta' protezzjoni fit-tul li jistħoqqilhom il-proprjetajiet. L-ECOs jobbligaw ukoll lis- sidien tal-proprjetajiet biex jiżguraw li l-bini ma jġarrabx aktar ħsara u li l-manutenzjoni għandha tkun esklussivament ir- responsabbiltà tagħhom permezz ta' programm ta' manutenzjoni kontinwu.