Illum previous editions

ILLUM 16 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

22 kummerċjali IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 • illum Skopri l-Isla b'din l-app ġdida u ibqa' b'saħħtek Bħal ħafna mill-ibliet fortifikati f 'Malta, l-aħjar mod biex verament tesperjenza s-seħer u l-arkitettura tal-Isla u tapprezza l-veduti tal-Port il-Kbir huwa bil-mixi. L-Awtorità tal-Ippjanar (PA), b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Isla u d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard fi ħdan il- Ministeru għas-Saħħa u d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, nediet app ġdida għall- ismartphones, Healthy Cities Malta, li tgħaqqad il-ħtieġa ta' attività fiżika u stil ta' ħajja aktar b'saħħtu ma' postijiet interessanti u importanti fil-belt. L-app Healthy Cities Malta, li tista' titniżżel mingħajr ħlas mill- Play Store, tipprovdi lill-utent għażliet ta' rotot differenti bil- mixi ġewwa l-belt, kull wieħed b'livelli differenti ta' diffikultà, u tirrakkomanda eżerċizzji fiżiċi addizzjonali li jistgħu jsiru f 'ċerti postijiet tul ir-rotta. Għalhekk, meta l-utent ikun qrib waħda mill-ħafna toroq bit-taraġ fil- belt, huma mħeġġa biex iwettqu eżerċizzju qasir ta' 'step lunges'; filwaqt li fil-Ġnien tal-Gardjola huma rakkomandati il-'press- ups' ma' wieħed mill-bankijiet. L-eżerċizzji kollha jiġu bi struzzjonijiet dwar il-qagħda u s-sigurtà. L-app tagħti wkoll lill- individwu n-numru ta' kaloriji li tilef wara li segwa rotta partikolari. Perit Vincent Cassar, iċ- Chairperson tal-Bord tal- Ippjanar qal "illum l-aspett tal- benessri ħolistiku ta' ħajjitna sar importanti. B'tant nies li jbatu minn kwistjonijiet ta' saħħa mentali, sar importanti li wieħed ikun attiv u jibda jgħix stil ta' ħajja aktar b'saħħtu." Il-Perit Cassar irrimarka "din l-app bdiet bil- lokalità tal-Isla għax din il-belt hija ġawhra moħbija f 'dak li għandu x'jaqsam ma' wirt, arkitettura u spazji miuħa. Ladarba l-fondi meħtieġa jsiru disponibbli, fix- xhur li ġejjin qed nippjanaw li nżidu lokalitajiet oħra fuq din l-app, li nagħtu lill-utenti għażla usa' ta' rotot u postijiet ta' interess li jistgħu jesperjenzaw." Is-Sindku tal-Isla, is-Sur Clive Pulis qal "Aħna grati li l-lokalità tagħna kienet l-ewwel belt li ġiet inkluża f 'din l-app. Biex niżviluppaw din l-għodda diġitali flimkien mal-PA, involvejna numru ta' residenti minn ġewwa l-komunità tagħna li għenu biex jikkontribwixxu lejn l-informazzjoni li ssir disponibbli permezz tal-app. Ninsabu ottimisti li din l-app mhux biss se tippromwovi u tibbenefika stil ta' ħajja aktar b'saħħtu fost in-nies tal-lokal, iżda se tħeġġeġ aktar turisti li jżuru l-gżira tagħna biex jiġu l-belt tagħna u jiskopru għalihom infushom l-uniċità ta' dan il-post." "Din l-app kienet esperjenza ta' tagħlim mill-aqwa, peress li ppermettitilna nesploraw teknoloġiji ġodda u naħdmu ma' nies minn diversi oqsma. Barra minn hekk, hija opportunità biex titqajjem kuxjenza permezz tat- teknoloġija dwar l-importanza tas- saħħa u kif din tista' tiġi integrata mal-wirt tagħna filwaqt li in-nies jieħdu gost u jgħixu stil ta' ħajja aħjar," temmet is-Sinjura Karen Dimech, systems developer fil-PA. Din l-app ġdida ġiet żviluppata mill-URBACT Action Planning Network, li fih l-Awtorità tal- Ippjanar hija msieħba. Din ġiet finanzjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Programm URBACT. Dan il- programm URBACT ifittex li jippermetti lill-bliet madwar l-UE jaħdmu flimkien u jiżviluppaw soluzzjonijiet integrati għal sfidi urbani komuni, billi jagħmlu networking, jitgħallmu mill- esperjenzi ta' xulxin, jieħdu lezzjonijiet, u jidentifikaw prattiki tajbin biex itejbu l-policies urbani.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 January 2022