Illum previous editions

ILLUM 16 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 • illum F'diversi postijiet f'pajjiżna se tkun trid turi ċ-ċertifikat li ħadt il-vaċċin. Hekk għandu jkun u l-PN żbalja bil-kbir meta qed jgħid li dawn il-miżuri jnaqqsu xi libertajiet jew drittijiet. Ma jafux x'qed jgħidu Fr Joe Borg Fr. Joe Borg huwa eks Editur u lettur anzjan fl-Università ta' Malta L-antivaxxers 'vittmi tal-immaġinazzjoni tagħhom' "Q ed tneħħulna l-libertà," għaj- tu l-antivaxxers il-Ħadd li għadda waqt dimostrazzjoni li għamlu fit-toroq tal-Belt Valletta. Xi ħadd minnhom, f 'dimostrazzjoni oħra, kien qal li din hija "pandemija taparsi". Dakinhar filgħodu, iltqajt ma' raġel li kellimni bid-dmugħ f 'għajnejh hu u jirrakkontali dwar ibnu li miet bil-Covid. Dan ir-raġel żgur ma jaħsibx li l-pandemija li għaddejjin minnha hija waħda "taparsi". Lejliet il-bawxata tal-antivaxxers fil-Belt, il-virologu Chris Barbara kien il-mistieden ta' Andrew Azzopardi fil-programm tiegħu fuq 103 Malta's Heart. Barbara, bħax- xjentisti kollha li jiswew xi ħaġa, qalilna li mhux veru li bil-vaċċin u bil-booster u mingħajrhom l-istess. Lis-semmiegħa qalilhom li s-seba' persuni li dakinhar kienu fl-ITU tal-isptar Mater Dei kienu kollha kemm huma nies li ma ħadux il-vaċċin. Dawn huma l-fatti u mhux il-fantasiji tal-antivaxxers. Dawn huma l-fatti li qed joħorġu mir- riċerka mad-dinja kollha. Obbligu morali li titlaqqam – il-Papa Huwa għalhekk li l-Papa Franġisku fil-ktieb tiegħu Let us Dream kiteb li l-antivaxxers huma "vittmi tal-immaġinazzjoni tagħhom stess u ta' xejn aktar". Fl-istess ktieb, il-Papa kiteb kliem aktar iebes dwarhom. Il-Papa qal li: • l-antivaxxers jew qed jinsew jew ma jimpurtahomx minn dawk li tilfu x-xogħol minħabba l-Covid; • l-antivaxxers mhumiex kapaċi jħarsu lil hinn mill-interessi tagħhom; • l-antivaxxers huma nies b'qoxra ħoxna ħafna li jaħsbu biss fihom infushom. Meta fl-10 ta' Jannar – l-għada tad-dimostrazzjoni tal-Belt Valletta – il-Papa kellem lid-diplomatiċi mill-180 pajjiż akkreditat mill- Vatikan, huwa enfasizza li hemm "obbligu morali" li n-nies jieħdu l-vaċċin. Huwa qal li għandna obbligu nitlaqqmu biex inħarsu saħħitna u saħħet l-oħrajn. Imbagħad il-Papa wissa kontra dik li ddeskriva bħala "informazzjoni bla bażi u fatti dokumentati b'mod ta' kaaf." Il-Papa sostna li huwa evidenti li l-vaċċin inaqqas b'mod effettiv ir-riskji li joħorġu mill-virus. "Il- vaċċini mhumiex fejqan maġiku, iżda m'hemmx dubju li flimkien ma' kuri oħrajn jirrapreżentaw l-aktar soluzzjoni raġonevoli għall- mard," qal il-Papa li ħa l-vaċċin bħal daż-żmien sena. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li l-Papa ta f 'Settembru li għadda, meta kien qed jirritorna l-Italja mis-Slovakkja, huwa qal li ma jistax jiem kif hemm xi kardinali u nies oħra fil-Knisja li huma kontra l-vaċċin. "Hija ironika," qal Franġisku "li wieħed minnhom spiċċa fl-ITU minħabba l-Covid-19!" Għalkemm ma semmiex ismijiet, huwa ċar li l-Papa kien qiegħed jgħid għall-Kardinal arċikonservattiv Raymond Burke. Kien hemm konservattivi oħra fil-Knisja li ħaduha kontra l-vaċċinażżjoni. Agħar minn hekk, kien hemm min saħansitra qal li huwa moralment ħażin li tkun vaċċinat! Mill-banda l-oħra, il- maġġoranza assoluta ħarġu stqarrijiet favur l-obbligu morali li tieħu l-vaċċin. Kien hemm ukoll min ta direttivi iebsa. Ftit ġranet ilu, pereżempju, l-Isqof Taljan Giacomo Cirulli ipprojbixxa lis- saċerdoti, lid-djakni u lil-lajċi li ma ħadux il-vaċċin milli jqarbnu, jgħallmu l-katekiżmu u jagħmlu attivitajiet pastorali oħra fid- djoceżi ta' Teano-Calvi f 'Caserta. 'Din ħajti ... tindaħallix' L-argument li jużaw l-antivaxxers huwa argument komuni ħafna fil-kultura kontemporanja. Jgħidulek, "din ħajti u nagħmel li rrid ... tindaħallix". Dan huwa argument falz u perikoluż immens. Dan l-argument huwa mibni fuq il-premessa falza li ma tagħrafx li aħna l-bnedmin marbutin flimkien u li dak li jagħmlu wħud iħalli effett fuq dak li jagħmlu oħrajn. Kemm il-kriżi ambjentali kif ukoll il-Covid-19 urewna kemm hu veru li dak li jiġri f 'parti mid-dinja jolqot partijiet oħra jekk mhux lid-dinja kollha kemm hi. Ejjew, bħala eżempju, nieħdu lil dawn li qegħdin l-ITU għax ma ħadux il-vaċċin. Hemm it-tbatija personali tagħhom u l-uġigħ tal-qalb tal-familjari tagħhom. Iżda hemm ukoll il-pressjoni fuq il-ħaddiema fis-saħħa pubblika. Hemm it-tbatija ta' pazjenti oħra li minħabba l-pressjoni fuq il-ħaddiema li jridu jiddedikaw ħinhom għall-pazjenti tal- Covid-19 ma jkunux jistgħu jagħtu kura tajba biżżejjed lill- oħrajn. Barra minn hekk, pazjent fl- ITU jqum eluf lill-Gvern. Dawn l-eluf inħallsuhom aħna li ħadna l-vaċċin. Għalhekk għandu raġun il-Gvern tal-provinċja ta' Quebec fil-Kanada li se jibda jitlob ħlas għall-kura mingħand dawk li jimirdu għax ma jkunux ħadu l-vaċċin. Qed jagħmel tajjeb il-Gvern Malti, u qed jagħmlu tajjeb ħafna gvernijiet oħra, li jagħmlu restrizzjonijiet fuq dawk li ma jiħdux il-vaċċin ħlief għal dawk li ma jeħduhx minħabba xi kundizzjoni medika. Minn hawn u it ieħor biex tmur f 'diversi postijiet f 'pajjiżna se tkun trid turi ċ-ċertifikat li ħadt il-vaċċin. Hekk għandu jkun u l-PN żbalja bil-kbir meta qed jgħid li dawn il-miżuri jnaqqsu xi libertajiet jew drittijiet. Ma jafux x'qed jgħidu. Il-President Franċiż Macron qal li mhux se jagħmel il-vaċċin obbligatorju iżda b'lingwaġġ kulurit qal li jrid idejjaq lil dawk mhux vaċċinati għax huma ta' periklu għas-soċjetà. Għandu raġun. Dan il-periklu tkellmu ħafna dwaru. Fuq CNN, il-Professur William Schaffner mid-Diviżjoni tal-Mard Infettiv f 'Vanderbilt University Medical Center qal li: "Dawn li ma jitlaqqmux huma potenzjalment fabbriki tal-varjant. Aktar ma jkun hemm persuni mhux imlaqqma aktar aktar ikun hemm ċans li l-virus jimmultiplika lilu nnifsu". U l-virus ikun aktar kattiv ma' dawk li ma jitlaqqmux milli ma' dawk li jitlaqqmu. Cirsten Weldon, esponenta ewlenija tal-grupp tal-lemin estrem QAnon, kienet tiżżuetta b'dawk li jitlaqqmu. Hija saħansitra kitbet li lix-xjenzat Amerikan Anthony Fauci għandhom jgħallquh għax jippromwovi l-vaċċinazzjoni! Fis-6 ta' Jannar id-Daily Beast irrappurtat li Weldon mietet kawża tal-Covid-19. Antivaxxers, tibqgħux tipperikolaw ħajjitkom u ħajjitna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 January 2022