Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444
17 opinjoni illum • IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 Familji qed iħossu l-impatt dirett tal-prezzijiet dejjem jiżdiedu. L-agħar ħaġa hi li dawn il-prezzijiet qed jiżdiedu fuq prodotti essenzjali ta' kuljum bħal ikel Nifs ġdid lill-finanzi tal-Gvern B dejna l-2022 b'numru ta' sfidi: il-governanza tajba u l-iskandli tal-Gvern Laburista, il-pan- demija COVID-19, il-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-fatt li skont studju, pajjiżna m'għadux wieħed attraenti biex tgħix fih u l-preka- rjat fost oħrajn. F'dan l-artiklu se niddiskuti tlett sfidi ewlenin oħra: id-dejn ta' pajjiżna li splo- da, l-inflazzjoni u l-femiċidju. Aktar minn €8 biljun dejn Statistika ppubblikata mill- Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, tikkonferma kif id-dejn ta' pajjiżna qiegħed dejjem jiżdied. Sal-aħħar ta' Novembru 2021, id-dejn tal-Gvern qabeż it- €8.15 biljun, żieda ta' aktar minn €1.4 biljun fuq l-istess perjodu fl-2020. Dan ifisser żieda ta' aktar minn 20% f 'sena waħda biss. Id-defiċit tal-Gvern bejn Jannar u Novembru 2021 kien ta' aktar minn €1.12-il biljun. Dan hu kollu piż żejjed fuq il-finanzi tal-pajjiż. Bla dubju li l-pandemija COVID-19 ħalliet impatt fuq il-finanzi ta' pajjiżna. Iżda, skont il-kliem tal-istess Ministru tal-Finanzi, Clyde Caruana, l-impatt tal-pandemija ma jispjegax iż-żieda daqstant kbira fid-dejn ta' pajjiżna. Il-kelliem tal-Oppożizzjoni Mario de Marco fi stqarrija saħaq li dan kollu hu frott l-inkompetenza tal-Gvern u t-tberbiq ta' fondi pubbliċi. Hi tassew ħasra li biex jaqdi erbgħa tal-qalba, il-Gvern Laburista qed ikompli jitfa' aktar piżijiet fuqna u fuq uliedna. Id- dejn sploda u jekk dan ma jkunx ikkontrollat, jista' jkollu impatt fuq il-kwalità tal-ħajja mhux biss tagħna imma tal-ġenerazzjonijiet futuri wkoll. Irridu nagħtu nifs ġdid lill-finanzi tal-Gvern. L-inflazzjoni Jeħtieġ li nindirizzaw l-isfidi li qed jiffaċċjaw kemm is-self- employed u n-negozji żgħar u medji, kif ukoll il-konsumatur. L-inflazzjoni qed taffettwa lil kulħadd. Lil uħud iktar minn oħrajn. X'inhi l-inflazzjoni? Il-Bank Ċentrali Ewropew jiddeskrivi l-inflazzjoni hekk: "L-inflazzjoni sseħħ jekk ikun hemm żieda fil- wisa' fil-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi, mhux biss ta' oġġetti individwali; dan ifisser, inti tista' tixtri inqas b'€1 llum milli kont tista' lbieraħ. Fi kliem ieħor, l-inflazzjoni tnaqqas il-valur tal- munita maż-żmien". L-inflazzjoni jew kif jirreferu għaliha bosta, l-għoli tal-ħajja, qed tagħfas liż-żgħir. Skont l-aħħar statistika uffiċjali tal- Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, ir-rata annwali tal- inflazzjoni f 'Novembru li għadda kienet dik ta' 2.38%. L-għola żieda kienet dik fuq l-ikel b'4.5% u spejjeż relatati mad-dar bħal kirjiet u xogħol ieħor li jkun hemm bżonn li jsir b'rata ta' 2.96%. Familji qed iħossu l-impatt dirett tal-prezzijiet dejjem jiżdiedu. L-agħar ħaġa hi li dawn il-prezzijiet qed jiżdiedu fuq prodotti essenzjali ta' kuljum bħal ikel. Riċentament, bosta kienu dawk fuq il-media soċjali li bdew jikkummentaw dwar iż-żieda fil- prezzijiet ta' prodotti relatati mal- ħalib. Dawn iż-żidiet kienu minn 13.1% sa 57.1%. Dawn mhux lussu, imma prodotti essenzjali biex tgħix! Din il-ġimgħa kont qed nitkellem ma' anzjana li qaltli kif iż-żieda fl-għoli tal-ħajja kienet ta' sfida kbira għaliha. "Ma nafx kif nista' nlaħħaq. Noqgħod attenta u nixtri dak li veru għandi bżonn. Ma naħlix u ngħix waħdi. Kuljum qed jogħlew l-affarijiet. Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk". Din l-anzjana għandha raġun Minkejja ż-żidiet li ngħataw lill-pensjonanti, li huma tajbin, dawn mhumiex biżżejjed biex itaffu l-piż esagerat li qed iġġib miegħu l-inflazzjoni għolja fuq ċerta prodotti. Il-pensjonanti, il-vulnerabbli u dawk fil-bżonn, jeħtieġ li jkunu ta' prijorità għall- Gvern u jingħataw attenzjoni xierqa. Strieħ fis-sliem Paulina Fl-ewwel ġimgħa tas-sena 2022, minbarra l-isfidi li għadha ġġib magħha l-pandemija COVID-19, partikolarment il-varjanti l-ġodda u minbarra l-ftuħ tal-iskejjel; fuq fomm kulħadd il-qtil brutali ta' Paulina Dembska. Paulina, deskritta minn dawk li kienu jafuha bħala persuna ġentili, persuna li tħobb il-qtates u li b'xi mod kienet qed tati kontribut lill-komunità, billi kull filgħodu titma lill-qtates fi Ġnien l-Indipendenza, Tas- Sliema. Kien propju f 'dan il-post fejn ma tlugħ ix-xemx, waqt li kienet għaddejja bir-rutina tagħha, inħasdet il-ħajja ta' din it-tfaljla innoċenti. Hi inqatlet bl-aktar mod viljakk. Skont dak li rrappurtaw il-ġurnali, Paulina ġiet attakkata b'mod vjolenti, stuprata u fgata. Paulina ġiet brutalment attakkata, stuprata u maqtula għax kienet mara. Diversi sorsi qalu li l-investigaturi kienu qed isibuha diffiċli ferm biex isibu konnessjoni bejn l-allegat qattiel u l-vittma. Bosta teoriji qed ikunu kkunsidrati, fosthom il-fatt li l-vittma f 'dan id-delitt setgħet kienet magħżula bl- addoċċ jew b'mod mill-aktar każwali. Din in-nuqqas ta' rabta tista' timplika li Paulina setgħet kienet kull mara oħra. Bħal ħafna oħrajn ma' kontx naf lil Paulina Dembska, qatt ma ltqajna u lanqas konna ħbieb fuq il-media soċjali. Imma ninsab urtat għall-fatt li b'mod vjolenti għall-aħħar żagħżugħa ġiet maqtula u familja mkissra għal dejjem. Dan kollu wriena realtà kiefra. Il-femiċidju hu l-agħar forma ta' vjolenza kontra l-mara. U iva, Malta mhix eċċezzjoni. Sa mis-sena 2000, f 'pajjiżna seħħew 27 femiċidju: fl-2001 Vanessa Grech u bintha Ailey, fl-2002 Rachel Muscat u Pauline Tanti, fl-2003 Josette Scicluna, fl-2004 Patricia Attard, fl-2008 Charlene Farrugia, fl-2009 Lyudmila Nykytiuk, Theresa Vella u Catherine Agius, fl-2010 Christine Sammut, fl-2011 Irena Abadzhieva u Karen Cheatle, fl-2012 Yvette Gajda, Margaret Mifsud u Meryem Bugeja li kienet tqila b'tewmin, fl-2015 Silvana Muscat, fl-2016 Caroline Magri u Eleanor Mangion, fl- 2018 Maria Carmela Fenech, Antonia Micallef, Shannon Mak u Lourdes Agius, fl- 2019 Marija Lourdes Bonnci u Angele Bonnici, fl-2020 Chantelle Chetcuti u issa Paulina Dembska. Ejja niftakruhom u naraw li nagħmlu dak kollu possibbli biex nindirizzaw il-problema minnufih. Jerome Caruana Cilia Jerome Caruana Cilia huwa kandidat tal-PN għall-elezzjoni ġenerali fuq is-sitt distrett u Minority Leader Ħal Qormi