Illum previous editions

ILLUM 16 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 opinjoni IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 • illum Għalkemm ħadd ma jista' jilħaq il-perfezzjoni politika, żgur li ħadd ma jista' jinnega li f'dan iż-żmien ta' maltemp, pajjiżna kellu kaptan b'saħħtu u deċiżiv li qed iwassalna għall-kenn tal-port Kaptan tajjeb tagħrfu fil-maltemp! D in il-ġimgħa ħabat għeluq is-sentejn anniversarju minn meta Robert Abela ngħata l-fiduċja, b'appoġġ b'saħħtu mit-tesserati tal-Partit Laburista, sabiex jassumi r-re- sponsabbilta' ta' mexxej tal-Partit, u fuq kollox biex iservi ta' Prim Min- istru ta' pajjiżna tul il-kumplament tal-leġiżlatura li kellna quddiemna. Ma kienx żmien faċli għall-Par- tit u għal pajjiżna, u kienet ċara mill-bidu li min kien ser ikun qed jassumi dan l-irwol, kien ser ikollu biċċa xogħol diffiċli mmens u kellu bżonn ikun kuraġġjuż u determinat. Żgur li l-isfida ewlenija għal Robert Abela kienet il- governanza u s-saltna tad-dritt li għal xhur twal kienu fil-qalba tad-diskussjoni nazzjonali u kien jeħtieġ azzjoni koordinata biex issir riforma olistika li qatt ma rajna bħalha f 'pajjiżna. Mhux la kemm wieħed jgħid li ser jagħmel riforma, għaliex ma ninsewx li qed nitkellmu fuq tibdil ta' qafas leġiżlattiv, li l-maġġoranza tiegħu kien ilu magħna minn żmien l-Indipendenza. Bosta liġijiet b'nuqqasijiet li baqgħu qatt ma ġew indirizzati u li kellhom bżonn jiġu aġġornati biex iservu għaż-żminijiet tal- lum. F'sentejn taħt it-tmexxija ta' Robert Abela saru riformi Kostituzzjonali u istituzzjonali bla preċedent li ġew rikonoxxuti anke mill-Kummissjoni Ewropea u istituzzjonijiet Ewropej oħra li għarfu dan l-impenn b'saħħtu u serju li ħa l-Gvern. L-impenn għadu ħaj, ix-xogħol għadu għaddej, u n-nies taf sewwa min verament għandu interess ġenwin li jmexxi 'l quddiem dan ix-xogħol. Sa din il-ġimgħa stess rajna tħabbir ta' aktar passi importanti li ħa l-Gvern, ibbażat fuq xogħol li twettaq matul dawn l-aħħar sitt xhur, sabiex jiġu ndirizzati r-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-Bord indipendenti dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. In-nies taf li l-Gvern u l-Prim Ministru Robert Abela għandhom il-kredibilita' u l-kredenzjali biex ikompli b'dawn ir-riformi kbar, u jafu li l-ebda bżar li qed tipprova titfa' l-Oppożizzjoni f 'għajnejn in-nies m'hu ser itappnilhom din il-verżjoni tar- realta'. Minkejja li bosta sfidi kienu ċari minn qabel, bla dubju ħadd ma kellu idea li s-sitwazzjoni ser tkompli tikkumplika ruħha bit-tifqiegħa tal-pandemija li tfaċċat it ġimgħat biss wara li Robert Abela nħatar Prim Ministru. Żgur li ħadd ma kien jobsor li mal-isfidi kbar li diġa' kellna quddiemna konna ser inkomplu naffaċċjaw dawn id- diffikultajiet bla preċedent, sfida li ħadd ma kellu manwal dwar kif għandu jimxi f 'pandemija globali li ħarbtitilna ħajjitna u ġabet għarkuptejha l-ekonomija internazzjonali. Inħarsu lura u naraw wara sentejn ta' deċiżjonijiet importanti li wassluna sabiex fuq livell internazzjonali nkunu wieħed mill-aqwa pajjiżi li kkontrollajna l-pandemija u laqqamna l-poplu b'mod effettiv u rapidu. Dan ma ġiex b'kumbinazzjoni – jekk wieħed jikkumpara l-prestazzjoni politika ta' Robert Abela ma' dik ta' mexxejja oħra Ewropej, li bosta minnhom kienu ilhom fit-tmexxija għal xhur u snin twal, wieħed jinnota kemm il-fatt li l-Prim Ministru qatt ma beża' jieħu d-deċiżjonijiet kien kruċjali sabiex pajjiżna jimxi 'l quddiem. Hemm differenza kbira fil-mod kif pajjiżna tratta lill-familji u n-negozji tagħna, b'deċiżjoni waħda wara l-oħra li jibqa' jkun ta' sostenn għalihom anke b'mod finanzjarju. Sa mill-ewwel ġimgħat tal- pandemija rajna lil Robert Abela ma jibżax jonfoq u jinvesti l-ewwel u qabel xejn sabiex isaħħaħ is- sistema tas-saħħa tagħna, iżda wkoll sabiex ikompli jappoġġja u jsalva lin-negozji u l-familji, permezz ta' serje ta' baġits żgħar li kienu kruċjali u li taw tama. Rajna dan sa' din il-ġimgħa stess, fejn il-Prim Ministru reġa' kkommetta mar-rappreżentanti tan-negozji li ser jibqa' jestendi kemm hemm bżonn il-wage supplement għall- ħaddiema tagħna. Dan ħoloq kuntrast kbir mat-tmexxija ta' gvernijiet Ewropej oħra li wrew inċertezza fid-deċiżjonijiet li ħadu, jew saħansitra, li ma kinux qed jieħdu jew ħadu tard ħafna. Fuq kollox, il-Gvern ta' Robert Abela kompla jieħu deċiżjoni waħda wara l-oħra sabiex fl- isfond ta' dan kollu, kompla jimbotta 'l quddiem ir-riforma soċjali f 'pajjiżna u kompla jimmodernizzah b'deċiżjoni politika u b'serje ta' riformi leġiżlattivi storiċi. Aktar minn hekk, rajna b'mod prominenti wkoll it-twettiq ta' għadd kbir ta' proġetti li komplew jieħdu l-ħajja taħt it-tmexxija ta' Robert Abela, mhux lanqas dawk infrastrutturali, li qegħdin ikompli jagħtu wiċċ ġdid lil pajjiżna. Wieħed ma jistax jinsa b'mod partikolari t-tmexxija ġenerali u d-direzzjoni kompluta li l-Gvern ta' Robert Abela ħa fil- konfront tal-ippjanar għall-irkupru sħiħ mill-pandemija permezz ta' sostenibilita' u reżiljenza, anke permezz tal-Pjan ta' rkupru u reżiljenza b'saħħtu li ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropea u issa bdejna nieħfu l-frott tiegħu. Ma kinux sentejn faċli għal pajjiżna, u ċertament għall-Prim Ministru Robert Abela li kellu jaffaċċja dan kollu fl-ewwel sentejn tal-ħatra tiegħu. Għalkemm ħadd ma jista' jilħaq il-perfezzjoni politika, żgur li ħadd ma jista' jinnega li f 'dan iż-żmien ta' maltemp, pajjiżna kellu kaptan b'saħħtu u deċiżiv li qed iwassalna għall-kenn tal-port. Ċertament, baqa' ħafna xogħol xi jsir fuq kull livell u f 'kull settur, pero' jekk is- sentejn li għandna warajna huma mera għall-ġejjieni, kif nemmen li huma, allura b'komfort ngħid li għandna quddiemna futur isbaħ għal pajjiżna fis-snin li ġejjin. Alex Agius Saliba huwa Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 January 2022