Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444
15 kotba illum • IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 Mark Vella jipprova jagħmel sens mill-iskumditajiet ta' Il-Parabboli tal-Imġienen ta' Keith Borg, ġabra ta' novelli li spiss tittanta xxejjen kull sura ta' tifsira. għax tista' tgħid nieqsa minn riferimenti għar-realtà oġġettiva li bħala qarrej jistgħu jserrħulek moħħok għax almenu tidentifika ma' dinja. Imbagħad, min- naħa l-oħra, il-lenti titwessgħa u tidjieq għal fuq it- turbolenzi għaddejjin f 'moħħ il-karattri, tempesti morali jew il-maltempati assoċjati max-xewqat l-aktar intimi li spiss jaqilbu għad-dnub, bħax-xewqa, l-ambizzjoni u l-ossessjoni. Fl-aħħar mill-aħħar, u anki hawn nagħmel rabta ma' Nyctophilia, xejn mhux xejn. Mhux fis-sens moralistiku, imma għaliex id-dinja toħroġ bħala post ostili u inkomprensibbli fejn dak li jkun jiġi garat bla ma jaf u bla ma qatt ried f 'dan il-wied tad-dmugħ, biex ngħiduha la Nisranija, jew inkella f 'dan ix-xagħri qoxqox fejn trid tara x'se tagħmel biex tfassal skop għal din l-eżistenza. Ironika wkoll huwa l-fatt li dawn in-novelli jissejħu parabboli, sew għax miktubin bi stil eżemplari-fjabesk li anki jippermetti l-ħolqien tad-dinjiet strambi, imma wkoll għaliex dawn il-ġrajjiet, kontra l-parabbola Evanġelika, iħalluk fejn kont, jekk mhux agħar. Anti-parabboli, x'aktarx, li m'hemm l-ebda żbokk ta' tagħlima fihom, iżda perversament ikomplu jħawdu l-borma tbaqbaq tal-kawlata ta' biżgħat, ħsibijiet u istinti li huwa moħħna fl-agħar waqtiet ta' ħajjitna. Dal-ktieb forsi wieħed jista' jarah minn żewġ aspetti. Minn naħa, huwa żgur qtugħ minn bosta ħwejjeġ li nkitbu jew li qed jinkitbu, u għandu l-mertu li jinqata' bla intoppi mit-tradizzjoni, u jħares lil hinn, anki kif mixhud mill-influwenzi ovvji. Huwa ktieb Malti daqs kemm mhuwiex, fejn forsi l-lingwa tal-kitba troddlu identità ġeografika, imma narah ukoll bħala potenzjalment traduċibbli u esportabbli fejn kapaċi jinqara b'għoġba. Mhux li għoġobni immens, imma mhux minħabba l-kwalità. Lil hinn mill-fatt li bħal bosta kitbiet Maltin kien jeħtieġ editur letterarju, anki biex forsi jrażżan il-waqtiet fejn ix-xbihat u l-ideat jisplodu bla kontroll minflok bil-preċiżjoni tal-imgħallem fin-nar, huwa ktieb li diffiċli biex jiġi ddiġerit, sew minħabba dan il- qtugħ totali mit-tradizzjoni, imma l-aktar minħabba d-dinja tant griża, asfissjanti, u nieqsa minn kull tama jew potenzjalità li joffri. Li, allura, issir is-saħħa tiegħu. Kemm tista' twassal 'il quddiem għad irridu naraw, imma bħala l-ewwel prodott fis-suq tal-awtur, hemm x'tomgħod. Jista' jkun, jista' ma jkunx, imma dan id-disprament li almenu ħassejt jien jingħi tul dawn l-istejjer jaf jimmarka, jekk mhux perjodu ġdid, almenu linja għaddejja fil- kitba tagħna, ta' ċediment tant totali li jispiċċa jaqa' fl- astratt, l-assurd, u f 'kitba li aktar milli mogħdija lejn destinazzjoni, tkun liema tkun, aktar qisha belliegħa li tiġbed kollox magħha lejn il-vojt. Tmiem il-ġabra, madankollu, jerġa' jġib l-awtur lura fid-dinja, fir-reali, imma xorta b'ħarsa lejn il- vojt. F'Repubblika, in-novella li għoġbitni l-aktar, Borg, bħal fil-mumenti poetiċi emblematiċi ta' Massa, Azzopardi u Friggieri huma u jħarsu lejn id- destin politiku tan-nazzjon, jinterzja r-Repubblika ta' Platun ma' dinjiet u saffi differenti tas-soċjetà Maltija, mill-impenjat sal-alabiebu, fid-dell tal-omiċidju ta' Caruana Galizia. Tmiem l-istorja xorta waħda donnu jreġġa' għall- vortiċi tal-istejjer l-oħra, fejn ma tafx fejn se tispiċċa. Anzi, kważi terġa' titħajjar taqbeż ġol-belliegħa riħ ħa tkompli titħarbat.