Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444
03 illum • IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 aħbarijiet 'Mela deċiżjoni bħal din tagħmel sens qabel elezzjoni?' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ministri u anke Deputati kollegi tal-Ministru Clyde Caruana esprimew rabja u anke tħassib fuq ir-riforma li ħabbar propju din il-ġimgħa fl-Air Malta li se tfisser illi 400 ħaddiem tal-Linja Nazzjonali tal-Ajru se jitneħħew mill-kotba ta' din il-kumpanija u ser jingħataw impjieg ieħor mal- Gvern. Deputati u anke Ministri esprimew rabja għal din id- deċiżjoni minħabba żewġ raġunijiet. Wieħed mid-Deputati li tkellmu mal-ILLUM sostna illi minkejja li fl-istess ħin li kienet għaddejja l-Konferenza tal-Aħbarijiet tal-Ministru Clyde Caruana, kienet għaddejja Laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista illi fiha fl-ebda ħin ma kienu infurmati dwar dan il-pass hekk importanti. "Mela mhux aħna irridu niffaċċjaw lin-nies irrabjati," qal wieħed mis-sorsi li tkellmu mal- gazzetta u li sostna li l-Grupp Parlamentari tħalla fil-għama. Is-sorsi kollha li tkellmu mal- ILLUM esprimew tħassib kif riforma bħal din tħabbret "lejliet" elezzjoni, hekk kif huwa fatt magħruf li ħafna mill-ħaddiema li se jkunu qed jiċċaqilqu fil-fatt huma votanti tradizzjonalment Laburisti. Pero' dawk kollha li tkellmu ma' din il-gazzetta esprimew tħassib ukoll għal-lingwaġġ u t-ton li uża Caruana fil-Konferenza tal-Aħbarijiet, speċjalment għall-fatt li l-messaġġ li għadda Caruana tefa' dawk ikrah fuq il-predeċessuri tiegħu fuq l-Air Malta, speċjalment Edward Zammit Lewis u anke Silvio Schembri. Fil-fatt fil-konferenza Caruana - apparti li qal illi d-deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu ma ttieħdux, giddeb lill-eks Ministru Konrad Mizzi dwar suppost profitt li għamlet il-Linja Nazzjonali fl- 2018 u l-2019. Huwa reġġa' lura wkoll deċiżjoni li kien ħa Mizzi dwar xiri ta' tip ta' ajruplani. "Dan qisu jagħmel l-affarijiet u jaħdem waħdu," ilmenta sors li ammetta iżda li l-bidliet li ħabbar Caruana huma meħtieġa. "Il-problema mhux humiex meħtieġa jew le l-passi li ħabbar. Kumpanija serja u privata hekk trid titmexxa. Il-problema hija l-mod kif jingħata l-messaġġ u meta jingħata. Mela issa ġejja elezzjoni tagħmel sens din?" staqsa wieħed mill-persuni li tkellmu mal-ILLUM. Caruana tant hu konxju ta' din ir-rabja u tħassib fil-Grupp Parlamentari li mal-ġurnalisti insista diversi drabi li dawn huma "deċiżjonijiet li jagħmlu sens kummerċjali, mhux sens politiku." Sors ieħor fil-Kabinett saħaq illi dak li qed idejjaq lil ċerti elementi fil-Grupp Parlamentari huwa l-mod kif "jitlaq jiġri fi kliemu. Ma għandniex għalfejn inkunu daqshekk iebsin man-nies u anke mal-predeċessuri tiegħek" saħaq. Dan is-sors ammetta, għalkemm mhux b'wisq dispjaċir, li bi kliemu u bid-deċiżjonijiet tiegħu Clyde Caruana "ġab dak li għamel Konrad Mizzi trab." 'Garanzija ċara lill-ħaddiema!' Il-Prim Ministru Robert Abela ta' garanzija ċara lill-ħaddiema kollha tal-Air Malta li l-impjieg u l-kundizzjonijiet tagħhom huma garantiti. Huwa kien qed jwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalist Fabian Demicoli fi Pjazza Kastilja, f 'għeluq is-sentejn mit-tmexxija ta' Robert Abela. Huwa sostna li l-Kummissjoni Ewropea kienet qed tagħmilha ċara li d-direzzjoni hija biex l-Air Malta tagħlaq, kif kienu qed jgħidu wkoll numru ta' esperti. Fakkar li dan kollu kien qed iseħħ ukoll fid-dawl tal-fatt li l-għeluq tal-ajruport wassal biex il-Linja Nazzjonali tilfet lill-klijenti kollha tagħha hekk kif passiġġieri ma kienx hemm. Fil-fatt l-Air Malta kienet ħabbret illi kien hemm eluf kbar ta' titjiriet li ġew ikkanċellati jew posposti fl-agħar xhur tal- pandemija fl-2020 u anke s-sena l-oħra. Abela qal li l-prinċipju li stabilixxa, l-ewwel u qabel kollox, hija li l-linja tal-ajru tista' ssalva u allura li l-Gvern se jagħmel minn kollox biex l-Air Malta ssalva. it- tieni prinċipju tal-Gvern - kompla jispjega - huwa mudell li permezz tiegħu l-Linja tal-Ajru issir vijabbli. Minkejja li fakkar li l-Air Malta sservi skopijiet importanti ħafna, qal ukoll li din ma setgħetx tibqa' titlef il-miljuni li kienet qed titlef. Fil-fatt f 'kummenti esklussivi mal-gazzetta ILLUM il-Ministru Clyde Caruana lura fi Frar tas- sena l-oħra huwa kien qal li l-Linja Nazzjonali kienet qed titlef €170,000 kuljum, filwaqt li qal ukoll li kien proġettat li titlef madwar €30 miljun din is-sena. "Għalija iżda l-aktar importanti kien x'se jiġri mill-ħaddiema tal- Air Malta - dawk li se jibqgħu rridu nagħtuhom is-serħan il-moħħ u s-sens ta' sigurtà. Imma għal dawk li mhux se jibqgħu, il-prinċipju jibqa' li ma rridu lil ħadd jitlef il- ħobża ta' kuljum... ridna inħarsu l-impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u hekk għamilna," saħaq Abela. Filwaqt li qal illi ma tagħmilx sens li nippuntaw is-swaba', huwa semma' d-deċiżjoni li l-Air Malta tixtri l-RJs u Kap Eżekuttiv li tħallas nofs miljun f 'paga minn Gvern Nazzjonalista, bis- sitwazzjoni tal-Air Malta tibqa' waħda ħażina. Caruana mal-ġurnalisti insista diversi drabi li dawn huma "deċiżjonijiet li jagħmlu sens kummerċjali, mhux sens politiku"