Illum previous editions

ILLUM 16 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 • illum 'Kont għadni nissepara, single mother u kull ma' kelli ħaduli' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-gazzetta ILLUM irċievet għexieren ta' kummenti u talbiet minn diversi persuni li sfaw migdumin eluf kbar ta' ewro mill-Kuntrattur Alex Mercieca (mhux l-istess Alex Mercieca tax-Showroom taż-Żejtun) - li diġà kien ordnat iħallas €150,000 mill-Qorti fuq konvenju, li sar fuq proprjetà li hu ma kellux titolu tagħha u allura li fuqha ma setax jibni l-blokka appartamenti f 'Tarġa Gap il-Mosta. Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li dawk migdumin mill- kuntrattur ilaħqu madwar 100 koppja jew individwu. Wara xhur jiġru għal flushom, għamlet kuntatt magħhom aġenzija li jisimha Landmark u li l-uffiċċji tagħha qegħdin fis-Swieqi. Fost id-diversi nies li tkellmu mal-gazzetta ILLUM kien hemm single mother li spjegat kif Mercieca ħadilha kull sold li kienet ħadet mis- separazzjoni u li nefqet biex ikollha post fejn tista' tgħix ma' binha. "Kont għadni kif nissepara, jiena naħdem xogħol normali u naqlagħha u nikolha u mis- separazzjoni ħadt madwar €12,000 - daqshekk ħallast f 'konvenju fuq proprjetà f 'Raħal Ġdid. Kull ma kelli tfajtu fuq il-konvenju biex jiena u ibni jkollna fejn ngħixu," qalet imbikkma din l-omm. Hija spjegat kif permezz tan- Nutar - li mill-informazzjoni li għandha din il-gazzetta jidher li kien nutar f 'xi konvenji oħrajn ma' Mercieca - hija għamlet konvenju mal-kuntrattur, li fih kienet assigurata illi huwa jinsab fil-proċess li jixtri l-art u l-konvenju kien jistipola b'mod ċar illi jekk ma jixtrix din l-art hija tieħu dawn il- flus lura. In-Nutar qalilha illi kellha tagħti l-flus mal-konvenju, li jkunu jistgħu jissarfu mill-ewwel għaliex Mercieca kellu juża dawn il-flus biex jibda x-xogħol tal-bini mill- ewwel. "Imabgħad waqaf jaqbad it- telefon Mercieca u dejjem bl- iskużi - u għax miet il-perit, u għax il-Covid, sal-mara li mietet il-Ħamrun uża bħala skuża darba," qalet il-mara. Dan sakemm għamlu kuntatt magħha l-Aġenzija Landmark - li għandha l-uffiċċju fis-Swieqi - u li jirriżulta li għamlet kuntatt ukoll ma' diversi persuni oħrajn migdumin. Għamel ukoll kuntatt magħha l-amministratur tal-flus ta' Mercieca li ħeġġiġha biex tagħmel il-kostituzzjoni tad-Debitu u twaqqa' l-konvenju biex it xhur wara tieħu flusha lura. Iżda bħal diversi oħrajn baqgħet b'xejn. "Tefgħani lura u kissirni. Ħadli daqs sena paga minn ħalqi u ħalq ibni," sostniet b'rabja din il- mara mal-ILLUM li xtaqet tibqa' anonima, bħal dawk kollha li kellmuna sforz il-biżà u anke każijiet li infetħu jew ser jinfetħu fil-Qorti. 'Ix-xogħol kollu li ħdimna għalih tajnieh lilu' Koppja oħra li ngidmet kellha storja it differenti għaliex dawn iffirmaw konvenju, ħallsu €50,000 u l-proprjetà fil-fatt inbniet - imma tinsab maqbuda fi proċessi u mandati ta' eluf u eluf kbar ta' ewro. Mistoqsijin għaliex aċċettaw li ċ-ċekk jissarraf, il-koppja sostnew li huma kienu qed ifittxu post - u użaw aġenzija apposta biex kollox ikun sew - "u meta ġejna għall- konvenju kienu qalulna li hu lest iniżżel il-prezz jekk inħallsu €50,000 depożitu. B'hekk il-post minflok €225,000 kien se jiswina €190,000. Dan kollox quddiem nutar għamilna, lanqas qatt ma mmaġinajna x'qed jiġri!" sostnew mal-gazzetta ILLUM. L-istess bħall-omm li qed trabbi lil binha waħedha huma qalu li f 'daqqa waħda ma semgħu xejn aktar għajr skużi dwar għaliex ma xtarax l-art u permessi u Covid-19. Minkejja dan il-blokka kienet bdiet tiela' fil-Gżira u allura din il- koppja għamlu l-qalb u kellhom tama li jieħdu l-post, sakemm saru jafu li l-prorpjetà maqbuda b'ħafna mandati minħabba n-nies kollha li kien gidem. In-nutar wissiehom biex ma jkomplux jagħtu flus "għax Mercieca se jispiċċa ħażin mal-FIAU." "Aħna t-tnejn naħdmu, għandna impjieg normali. Ix-xogħol kollu li ħdimna għalih tajnieh lilu," sostna b'rabja kbira r-raġel li tkellem ma' din il-gazzetta. Kienu diversi dawk li tkellmu mal-ILLUM fosthom koppji u anke nutara li għandhom klijenti li ingidmu minn Mercieca fl-aħħar snin. Mercieca qed jiffaċċja wkoll numru ta' mandati quddiem il- Qorti li għadhom sub-judice u li jikkonċernaw eluf kbar ta' ewro minn koppji u persuni migdumin. Ir-residenti ta' Wied il-Għajn bagħtu ittra lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni Ewropea fejn talbu li ssir inkjesta dwar jekk il-yacht marina pjanata fil-bajja ta' Wied il-Għajn tiksirx ir-regolamenti tal-UE kontra t-tniġġis u favur il-ħarsien tal- ħakka tal-baħar. Moviment Graffitti fi stqarrija tispjega li l-ittra ġiet ffirmata minn 700 persuna u tmeien organizzazzjonijiet Maltin u tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-pjan għal marina f 'Wied il-Għajn, li ġie ppubblikat fil-Pre-Qualification Questionnaire (PQQ) ta' Transport Malta, jikser id-Direttiva tal-UE dwar il-Ħabitats u konvenzjonijiet u protokolli oħra. It-tmien organizzazzjonijiet Maltin kienu Marsaskala Residents' Network, Nature Trust Malta, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Rota, e Archaeological Society Malta u Moviment Graffitti. Fost it-tħassib ewlieni li tesprimi l-ittra hemm it-theddid serju fuq is-sit tan-Natura 2000 magħruf bħala 'il-Magħluq'. Is-sit jiġbor fih żewġ tipi ta' ħabitats u speċi ta' ħut, il-bużaqq, li huma protetti mid-Direttiva dwar il-Ħabitats. Dan il-post tgħix fih ukoll is- sallura Ewropea li hija speċi fil- periklu. Il-konservazzjoni ta' dan is-sit tiddependi mill-kwalità tal-ilma baħar li jidħol mill-bajja. Id-dgħajjes pjanati għall-marina u l-interventi infrastrutturali assoċjati magħha ser iniġġsu l-ilma baħar, ibiddlu l-fluss tiegħu u b'hekk jheddu serjament dan is-sit. Il-bajja ta' Wied il-Għajn hija wkoll il-ħabitat naturali ta' mergħat sħaħ ta' Posidonia li huma kklassifikati għall-ħarsien prijoritarju fid-Direttiva tal-UE dwar il-Ħabitats. It-tħammil, il- pontuni li jnaqqsu l-penetrazzjoni tad-dawl, ir-reklamazzjoni tal-art, iktar breakwaters u l-użu ta' kimiċi kontra t-tmermir fil-manutenzjoni tad-dgħajjes ser inaqqsu bil-kbir il- kurrenti tal-baħar u l-fluss tal-ilma fil-bajja, u b'hekk jipperikolaw dawn il-mergħat protetti. L-ittra tressaq l-argument li l-pjan għall-marina imur kontra l-politiki u l-miri tal-UE bħal pereżempju l-Patt Ekoloġiku Ewropew. "Fil-fatt, l-allokazzjoni ta' aktar siti għall-marinas tfixkel it-tranżizzjoni ta' Malta lejn ekonomija blu sostenibbli u tħeġġeġ ix-xiri ta' aktar dgħajjes ta' rikreazzjoni li jħeġġu l-użu ta' iktar karbonju. Barra minn hekk, il-konċentrazzjoni ta' bastimenti kbar tal-baħar fil-bajja ser iżżid l-emissjonijiet tal-karburanti fossili, tikkomprometti l-kwalità tal-ilma u tipperikola l-attivitajiet ekonomiċi blu ewlenin ta' Wied il- Għajn, jiġifieri t-turiżmu kostali u s-sajd," tgħid Graffitti. Graffitti kompliet tgħid li l-ittra tirreferi wkoll għall-fatt li l-bajja hija l-qalb u r-ruħ tar-raħal. L-attivitajiet kollha marbuta mas- sajjieda tal-post, bħall-irmiġġ max-xatt għall-bejgħ tal-ħut frisk, l-inkontri soċjali, attivitajiet sportivi bħall-kayaking u l-għadis, il-ġiri u l-għawm, u avvenimenti relatati mal-festa tar-raħal, kollha jsiru fil-bajja jew fl-ispazju tal- madwar. Marina bilfors ser teqred jew tisposta l-biċċa l-kbira ta' dawn l-attivitajiet għax tibla' l-ispazju li jużaw b'mijiet ta' jottijiet u l-faċilitajiet li jmorru magħhom. Ir-residenti ta' Wied il-Għajn saħqu li marina fil-bajja ta' Wied il-Għajn ser tfixkel l-armonija eżistenti bejn il-komunitajiet differenti li jgawdu mill-bajja bħala riżorsa komuni. Fl-aħħar Moviment Graffitti temmet tgħid li, "din il-marina ser teqred din ir-riżorsa komuni tagħhom biex takkomoda lill-it." Il-gazzetta ILLUM tiżvela li hawn madwar 100 persuna jew koppja li ingidmu minn kuntrattur li ħadilhom il-flus tal-konvenji iżda ħalliehom b'xejn... 700 resident jibagħtu ittra lill- KE u l-Parlament Ewropew fuq il- Marina ta' Wied il-Għajn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 January 2022