Illum previous editions

ILLUM 16 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 aħbarijiet 'Il-mafja hawn qegħda - grupp żgħir ta' kriminali hard core... u iva fosthom hemm persuni pubbliċi' Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jitkellem dwar il-proposti tal-PN f'Abbozz li ressaq quddiem il- Parlament u jisħaq li l-mafja hawn qegħda, b'ismijiet differenti minn dik ta' Sqallija, imma bl-istess għanijiet... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'kummenti ma' din il-gazzetta d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li fil-pajjiż hawn "grupp żgħir ta' nies, kriminali hardcore, li huma effettivament maa." Huwa sostna li l-maa tinsab pajjiżna, kif jisħaq li qed juru ċerti affarijiet ħerġin mill-Qorti fl-aħħar snin u jisħaq ukoll li għalkemm tinsab taħt ismijiet differenti minn dik ta' Sqallija, "huma jagħmlu dak li hemm bżonn, inkluż joqtlu, jheddu, jintimidaw, jagħlqu ħalq in-nies u jippruvaw jikkontrollaw partit politiku biex ikunu vantaġġjati." Azzopardi jkompli jisħaq li l-maa f 'Malta - u allura dawn il-it nies li qed isemmi - tmexxi bl-istess għanijiet, permezz ta' theddid, intimidazzjoni u omertà, "għall-vantaġġi ekonomiċi jew infiltrazzjoni f 'settur ekonomiku biex igawdu huma - jekk hemm bżonn bit-tixrid tad-demm." Il-gazzetta ILLUM tagħmel mistoqsija ċara lil Jason Azzopardi: Fost dawn il-it nies, kriminali hardcore li qed isemmi hemm persuni politiċi jew esposti politikament, Maltin? U r-risposta tkun ċara wkoll: "Iva." Persuni politikament esposti (PEP) - skont l-FATF - huma dawk l-individwi li jingħataw funzjoni pubblika prominenti. Azzopardi kien qed jiġi intervistat minn din il-gazzetta fuq il-proposti tal-Oppożizzjoni f 'Abbozz li se tressaq quddiem il-Parlament li fih 12-il Liġi u li jkopru diversi temi fosthom il-ġlieda kontra l-ħasil tal- flus, il-protezzjoni tal-ġurnaliżmu, il-ġlieda kontra l-maa u l-irwol tal-Gvern u d-dmirijiet tiegħu lejn il-poplu. Fosthom il-PN qed jipproponi 15-il sena priġunerija għal dawk li jkunu membri ma' assoċjazzjonijiet ta' bixra mauża filwaqt li dawk li jippromovu tali assoċjazzjonijiet jkunu suġġetti għal bejn 12 u 18-il sena priġunerija. Għall-mistoqsijiet tal-ILLUM Azzopardi sostna li dan l-att partikolari jirrifletti sottomissjoni li saret mill-għaqda Repubblika - mibnija fuq liġi simili fl-Italja. Huwa qal illi ma' dak li diġà hemm fil-Liġi illum l-Oppożizzjoni qed iżżid il-kliem "kumpanija ta' bixra mauża" u qed tispjega x'jagħmilha ta' bixra mauża. 'Il-PM ġie jaqa' u jqum' Azzopardi sostna mal-gazzetta ILLUM li malli kien ippubblikat ir-rapport tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia il-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kien ta' struzzjonijiet biex il-partit jibda jħejji elenku ta' proposti mibnijin fuq l-inkjesta pubblika imma anke lilhinn minn hekk, fil- fatt ifakkar li fl-abbozz li ressqet l-Oppożizzjoni hemm żewġ liġijiet li mhumiex imsemmija fir- rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta. "Kien hemm sejħa biex il- Prim Ministru Robert Abela jiddeċiedi u jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal- inkjesta pubblika imma huwa ġie jaqa' u jqum u ma għamel xejn u fl- istess ħin ġejna grey listed," sostna Azzopardi ma' din il-gazzetta. Huwa qal illi biex pajjiżna joħroġ mill-fondoq "li daħħluna fih erba' korrotti f 'Kastilja" jeħtieġ naħdmu biex il-pajjiż jiġġieled l-korruzzjoni u l-impunità. Il-Gvern, it wara li l-PN ħabbar dawn il-proposti, saħaq fi stqarrija li l-Oppożizzjoni mhux qed tgħid il-verità meta tisħaq li ma sar xejn għax taf li sar elenku ta' laqgħat fuq diversi mit-temi li jissemmew fl- Inkjesta Pubblika. Din il-ġimgħa wkoll il-Gvern ħabbar it-twaqqif ta' Kumitat ta' esperti mmexxi mill-Imħallef Emeritus Michael Mallia biex janalizza l-istat tal-ġurnaliżmu u s-settur tal-midja f 'Malta. Azzopardi kompla jgħid li huwa kburi li l-Grupp Parlamentari ressaq dan l-abbozz bi 12-il liġi u "li fihom qed nagħtu definizzjoni ta' reati ġodda - fosthom l-'obstruction of justice' li sal-lum kien għadu mhux meqjus reat," qal Azzopardi. L-ostruzzjoni tal-Ġustizzja huwa meta persuna b'azzjonietha twassal biex reat ma jinkixifx jew inkella saħansitra biex jinħeba. Id-Deputat Nazzjonalista semma wkoll atti proposti u li jitrattaw abbuż ta' poter, abbuż permezz ta' kunflitt ta' interess, id-doveri tal- Gvern lejn il-ġurnalisti u kif dan għandu jissemma fil-Kostituzzjoni u għodda ġodda lill-pulizija kontra r-reati ta' traffikar tad-droga u l-ħasil tal-flus, fost oħrajn. Il-proposta ta' Gvern Interim: 'Biex ma jinxtrawx voti' Intant dwar il-proposta ta' Gvern interim u allura gvern b'ħafna inqas poteri - waqt kampanja elettorali - l-Oppożizzjoni liema poteri qed tipproponi li tnaqqas? U għalfejn ħasset li kellha tressaq din l-proposta? Jason Azzopardi jisħaq mill- ewwel li r-raġuni hija sempliċi u hija biex "ma jinxtrawx il-voti." Huwa saħaq li sakemm kien hemm Gvern Nazzjonalista fl- 2013, waqt kampanja elettorali ma kinux isiru ħatriet waqt il- kampanja elettorali u ma kinux joħorġu permessi - stqarrija li żgur ser issib ir-risposta ta' bosta li jargumentaw il-kontra u li allura dawn l-affarijiet kienu jsiru taħt Gvern Nazzjonalista wkoll, speċjalment fil-kampanja elettorali tal-2008! Azzopardi qal iżda li b'dak li qed tipproponi l-Oppożizzjoni, waqt kampanja elettorali ma jkunux jistgħu jsiru ħatriet u lanqas deċiżjonijiet mill-Kabinett, li jkunu se jaffetwaw lill-Kabinett ta' warajh. Huwa sostna li b'hekk l-elezzjoni tkun miġġielda fuq livell ugwali għall-partit fil-Gvern u anke għall- partit fl-Oppożizzjoni. Ġid mhux spjegat minn sorsi kriminali: Il-PN irid li l-AĠ jkun jista' jmexxi kontra, quddiem il-Qorti L-Oppożizzjoni qed tressaq ukoll l-Unexplained Wealth Order, li permezz tiegħu jsir iffirżar ta' proprjetà ta' persuna li tkun kisbet fondi għal dawn il-proprjetajiet minn reati - bħal ħasil tal-flus u traffikar. Huwa qal li l-PN ibbaża dan fuq il-Liġi li hemm fl- Ingilterra, fejn jgħid li l-effett ta' tali liġi kien illi ħafna mill-kriminalità organizzata ħarġet minn dan il- pajjiż u marret f 'pajjiżi oħrajn. Huwa spjega kif permezz ta' din il-liġi l-Qorti Kriminali jkollha l-poteri li tibda proċeduri, wara talba mill-Avukat Ġenerali, jekk jirriżulta li persuna esposta politikament - tkun akkwistat proprjetà - mobbli jew immobbli - li fil-valur tagħha, ma tagħmilx sens meta mqabbel mad-dħul tal-persuna. "Per eżempju jkollok persuna li taqla' €50,000 u li jkollha dgħajsa ta' madwar €2 miljuni," sostna Azzopardi, li qal illi din il- konfiska tgħodd għal kull proprjetà li tkun ġejja minn fondi ġġenerati minn ħasil ta' flus u traffikar ta' droga, fost oħrajn. Pero' Azzopardi jispjega wkoll li l-Oppożizzjoni qed tipproponi li l-persuna li tirċievi din it-talba mill-Avukat Ġenerali għandu jkollha dritt li turi illi fil-fatt din il-proprjetà l-fondi għaliha kienu minn sorsi mhux kriminali, bħal wirt, per eżempju. U aktar minn hekk, l-istess persuna jkollha d-dritt li tfittex lill-Avukat Ġenerali jekk dan jagħmel ordni li jirriżulta li ma kellhiex toħroġ. Rapport dwar korruzzjoni jmur dirett għand Maġistrat Inkwirenti apposta L-Oppożizzjoni qed tipproponi wkoll li jinħoloq Maġistrat Inkwirenti Speċjali kontra l-korruzzjoni. Azzopardi jsejjaħ din il-proposta bħala waħda "kuraġġuża" u "radikali." Huwa jfakkar kif Maġistrat għandu poteri ħafna ikbar mill- Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni għax jista' jaħtar accountants forensiċi, jista' jordna mandati ta' tfittxija u ta' arrest ukoll, fost oħrajn. Jgħid li permezz ta' din il-proposta l-President tar- Repubblika se jkollu l-poter li mingħajr il-parir tal-Kabinett, jkun jista' jagħti ċertifikat ta' immunità fil-konfront ta' persuni li jkunu lesti jikxfu każ ta' korruzzjoni quddiem dan il-Maġistrat Inkwirenti. "Kif qed nipproponu aħna, ikun dan il-Maġistrat - li f 'sitt snin jaħdem u jinvestiga biss akkużi ta' korruzzjoni, tixħim u aktar reati relatati - li jiaħ l-akkużi." Huwa qal li jkun il-Maġistrat Inkwirenti wkoll li jibgħat l-akkużi lill- Ispeaker tal-Kamra, li jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra u li jmexxi l-Prosekuzzjoni fil-konfront tal- akkużat, minflok il-pulizija. Huwa temm jgħid li jekk il- pulizija jidħlilha rapport fuq akkużi ta' korruzzjoni, dawn ikunu obbligati li jgħadduh minnufih għand il-Maġistrat Inkwirenti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 January 2022