Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229
27 films illum • IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 Carmel Bonnici Perry Mason - Avukat Difensur formidabbli! (2) (ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda) Issa ne nagħti xi informazzjoni utli fuq kull wieħed mill-films ta' Perry. e Case Of e Howling Dog (1934). Din is-serje bdiet bl-aktar ġrajja ġdida li kienet għadha kemm dehret biss serjalizzata f 'magażin u ma kinitx għadha ġiet stampata fi ktieb. L-istorja tibda b'każ uniku ta' disturbazzjoni minn klieb f 'dar, imma malajr tinvolvi qtil u żwieġ li forsi ma kienx jorbot, andament li sikwit jissemma fil-kotba ta' Gardner tal-bidu. Warren William kien għadu kemm ħa post William Powell jinterpreta l-karattru ta' Philo Vance (detective fittizju li wkoll kellu serje ta' films) u għamel debut feliċi bħala Mason, b'direzzjoni tajba u bix-xogħol tal- kamera eċċellenti. Mary Astor iżżommna fuq ix-xwiek jekk hix il-qattiela jew le. Helen Trenholme għamlet il-parti tas-segretarja Della Street. e Case Of e Curious Bride (1935). Il-bravu Michael Curtiz ħa ħsieb id- direzzjoni ta' dan ix-xogħol u f 'parti żgħira deher iż-żagħżugħ Errol Flynn. Aktarx dan kien il-favorit ta' din is-serje, għalkemm l-atturi kollha kellhom x'joffru. Claire Dodd tinterpreta lil Della bi spirtu kuraġġuż. Perry (William Warren) ikollu jwarrab il-pjanijiet tiegħu ta' vaganza mistħoqqa meta l-ħabiba ta' qalbu ta' qabel, Rhoda Montaine (Margaret Lindsay), issa miżżewġa friska, titolbu jgħinha fuq qtil u tkun mixlija b'bigamija. e Case Of e Lucky Legs (1935). Genevieve Tobin hi Della Street f 'din il- ħrafa dwar frodi f 'kompetizzjoni tas-sbuħija. Dirett minn Archie Mayo, dan il-film inzerta l-aktar komiku minn din is-sensiela. Raġel li jorganizza serati fuq il-palk dwar l-"isbaħ saqajn" jaħrab bil-flus u jinstab bi stallett f 'qalbu minn Perry Mason (William Warren). Jaħdmu wkoll Patricia Ellis, Barton MacLane u Lylre Talbot. Dan kien l-aħħar film li l-W.B. ittrattawh ta' livell għoli. e Case Of e Velvet Claws (1936). Meta kien għadda ż-żmien, il-Warners sabu l-ewwel ktieb dwar Mason u forsi billi ma marrux tajjeb kemm xtaqu f 'dawk ta' qabel, naqsu l-ħin ta' din il-produzzjoni bi 15-il minuta, mit-tlieta li ħarġu qabel. Dan kien l-aħħar film għal William Warren u Clair Dodds irritornat bħala Della Street. Fih dawn jiżżewġu, imma mara sabiħa titterrompi l-honeymoon tagħhom meta tipponta pistola lejn dan l-avukat biex jittratta l-kas tagħha fil- qorti. e Case Of e Black Cat (1936). F'dan il-film, Perry u Della għadhom ma żżewġux u jinterpretawhom Ricardo Cortez u June Travis. Dan ix-xogħol ġab fil-final il-karriera tad-direttur Alex Crossland, li wara ġranet jiffilmja korra gravi f 'inċident tat-traffiku u miet sitt ijiem wara. Miljunarju eċċentriku li ma jistax iqum mis-sodda u li jantiċipa l-qtil tiegħu stess jinqeda b'Mason biex jerġa' jbiddel it-testment u l-avukat jkollu jieħu ħsieb il-qattus iswed tiegħu. e Case Of e Stuttering Bishop (1937). Perry u Della jerġgħu jidhru taħt uċuh ġodda f 'dan is-sitt film, l-aħħar wieħed ta' din is-serje. Donald Woods hu Perry Mason li f 'e Curious Bride ħadem tat-tieni raġel ta' Rhoda (bħala avukat) u Ann Dvorak, is-segretarja fidila tiegħu. Il-kas kien dwar att kumpless ta' wirt akkumpanjat bi qtil. Final pjuttost kwiet għal din is-sensiela. Ta' min jinnota li novella oħra dwar Perry Mason ġiet iffilmjata mill-W.B. fl-1940 bl- isem ta' Granny Get Your Gun meħuda mill- ktieb e Case Of e Dangerous Dowager bl-attriċi May Robson u Henry Davenport li kellu aktar minn 70 sena, bħala avukat jismu Nathaniel "Nate" Paulson (fil-fatt Perry Mason taħt isem differenti). Aktar minn thriller din kienet kummiedja forma ta' Western. Fl-1957 waslet is-serje televiżiva Perry Mason li akkwistat popolarita' kbira u baqgħet sejra sal-1965 (waħda mill-itwal). Din tat fama kbira lill-attur Kanadiż Raymond Burr jinterpreta dan l-avukat difensur. Barbara Hale kienet is-segretarja tiegħu, Della Street. Intwerew 271 episodju ta' siegħa l-wieħed. Erle Stanley Gardner, l-awtur stess, kien ikkonsidra lil Burr bħala l-attur ideali li kapaċi jinkarna lil Mason kif immaġinah hu. Fl-1973/74 Monte Markham deher bħala Mason f 'e New Perry Mason, sensiela li ma tantx kellha ħajja twila. Raymond Burr reġa' nterpreta lil dan l-avukat difensur li qatt ma tilef kawża f '26 minn 30 episodju f 'serje oħra tat-TV fl- 1985/95 li kienet tkompli ma' dik ta' qabel. Jidher biċ-ċar li lil dan il-karattru mhux se jħalluh jorqod fil-paċi. F'serje oħra televiżiva ta' tmien partijiet li ntweriet fl-2020, Matthew Rhys daħal għal parti ta' Perry Mason b'mod differenti mill-atturi ta' qabel. Is- serje hi ambjentata fi żmien id-Dipressjoni Amerikana, kif oriġinaljament kien il-ħsieb tal-awtur. Mason hawn mhuwiex ta' dehra eleganti, iżda xi ftit imħarrbat, leħja mhux imqaxxra, jindaga bil-moħbi matul il-lejl u kellu passat xi daqsxejn vulgari u anki spiċċa diżonorat mis-servizz fl-Ewwel Gwerra Dinjija qabel jiddeċiedi jħaddan il-liġi meta l-konsulent anzjan tiegħu jinqatel u jħoss li għandu jipproteġi l-parruċċani tiegħu. Sensiela li tixbaħ il-pataun ta' films tal- misterju (noir films) tant in voga fis-snin erbgħin.