Illum previous editions

ILLUM 23 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 analiżi IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 • illum MILL-2003 SAL-2017: IL-ĦDAX-IL DISTRETT FTIT LI XEJN JINBIDEL; IL-PN IŻOMM IL-MAĠĠORANZA ANKE JEKK QATT MA KIENET ENORMI Kulħadd jiakar l-elezzjoni tal-2008. Il-Partit Nazzjonalista jirnexxielu jżomm il-Gvern f 'idu bi it mijiet ta' voti. Fil-ħarsa tagħna lejn id-distretti, rajna li t-tnaqqis tal-appoġġ tal-PN fuq bażi nazzjonali, kien rifless ukoll fid- distretti, inkluż f 'dawk meqjusa fortizzi nazzjonalisti. Madanakollu, fil-ħdax-il distrett, ġara bil-kontra. Il- Partit Nazzjonalista żied fl-appoġġ tiegħu u reġa' eleġġa tliet siġġijiet mingħajr diffikultà ta' xejn. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista kiseb 14,090 vot jew 61.31% tal-voti, filwaqt li l-Malta Labour Party kiseb 8,209 voti jew 35.72% tal-voti. L-ewwel ma ġew eletti kienu l-kandidati Laburisti Anthony Agius Decelis u Anġlu Farrugia. Agius Decelis kien elett b'4,516-il vot fis-17-il għadd u Farrugia b'4,503 voti fit-18-il għadd. Il-voti fost il-kandidati Nazzjonalisti kienu mifruxa it mhux ħażin, anke għax Jeffrey Pullicino Orlando kiseb ammont konsiderevoli ta' voti. Ta' min ifakkar li dik is-sena, Jeffrey Pullicino Orlando kien kiseb is-simpatija tal-partitarji Nazzjonalisti u saħansitra kien tista' tgħid sar il-wiċċ tal-kampanja elettorali u dan meta Alfred Sant, dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni, kien ħareġ dak li baqa' magħruf bħala l-iskandlu tal-Mistra u allega li Pullicino Orlando kien fil-qalba tiegħu. L-allegazzjoni kienet dwar applikazzjoni għal stabbiliment tad-divertiment fil-miuħ fil-Mistra fuq biċċa art ta' Pullicino Orlando. Id-Deputat kien ċaħad l-allegazzjonijiet u kien qal li hu kera l-art lil terzi persuni u li kienu huma li applikaw għal dan l-istabbiliment. Hu kien saħansitra qal li lanqas jaf min kienu l-applikanti għal dan il-proġett. Ħafna jiakru dak il-mument meta waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-awtorità tax-xandir, minflok ġurnalist tan- NET, Alfred Sant kien sab ma' wiċċu lil Pullicino Orlando li mar biex jikkonfrontah, anke jekk Sant ma aċċettax. Dan l-avveniment ta' spinta mhux it lil Pullicino Orlando u tista' tgħid anke lill-Partit Nazzjonalista. Tant kemm kienu mifruxa l-voti fost in-Nazzjonalisti li ħadd mill-kandidati tiegħu ma qabeż il-kwota ta' 3,831 vot. Fil-fatt, it-tliet Deputati kienu eletti fl-għoxrin għadd. Pullicino Orlando kiseb 3,768 vot, jiġifieri aktar voti minn kemm kiseb Tonio Borg, dak iż-żmien Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern. Borg kiseb 3,699 vot, iżda kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett u kien elett minfloku, f 'elezzjoni każwali, Charlo Bonnici. Għall-ewwel darba, kien elett ukoll David Agius li kiseb 3,331 vot. Anke jekk fl-ewwel għadd, Agius kien kiseb inqas voti minn Edwin Vassalo, dan wiret aktar voti mill- kandidati li bdew jaqgħu tul il-proċess tal-għadd tal-voti, biex spiċċa qabżu u kien elett. Dan kollu wassal biex Edwin Vassallo jkun l-aktar wieħed li mar minn taħt hekk kif kien elett biss bis-saħħa ta' Ariklu 52 tal-Kostituzzjoni li dwaru tkellimna diversi drabi. Bażikament, Vassallo kien elett bis-saħħa ta' mekkaniżmu fil-liġi li jgħid illi partit li jkun rebaħ b'maġġoranza relattiva, xorta waħda jiżdidulu s-siġġijiet biex ikollu mqar maġġoranza ta' siġġu wieħed. Dan biex ma jerġax jiġri dak li seħħ fl-1981, meta l-Partit Nazzjonalista, minkejja li ġab l-akbar ammont ta' voti ma ggvernax għax il-Partit Laburista kiseb aktar siġġijiet. Dik is-sena, il-Partit Laburista kellu ħames kandidati u l-Partit Nazzjonalista erbatax. Ftit ġimgħat biss wara li rebaħ referendum għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, Eddie Fenech Adami, dak iż- żmien Prim Ministru u Kap tal- Partit Nazzjonalista, ikkontesta l-elezzjoni ġenerali fuq il-ħdax- il distrett u kif wieħed kien jistenna, ġab l-akbar ammont ta' voti. Il-Partit Nazzjonalista rebaħ mhux biss fuq bażi nazzjonali, iżda anke dan id-distrett li għalkemm mhuwiex wieħed mill-akbar fortizzi nazzjonalisti, fih dejjem kiseb appoġġ sostanzjali. Fil-fatt, fl-2003, il-Partit Nazzjonalista kiseb 12,227 vot jew 54.43% tal-voti, filwaqt li l-Malta Labour Party (kif kien jissejjaħ dak iż-żmien) kiseb 10,059 vot, jiġifieri 44.78% tal- voti. Kif spjegat u kif wieħed jistenna, Eddie Fenech Adami kien elett minnufih mal-ewwel għadd hekk kif kiseb 8,934 vot. Warajh, qabeż il-kwota Noel Farrugia, kandidat Laburista. Huwa kien elett fl-14-il għadd b'4,213-il vot. Anġlu Farrugia, illum Speaker, kien elett fil-15-il għadd bi 3,790 vot. Il-Partit Nazzjonalista eleġġa wkoll lil Edwin Vassallo u Tony Abela. Hekk kif Fenech Adami kiseb ammont kbir ta' voti, dawn iż-żewġ kandidati damu xi it ma qabżu l-kwota. Edwin Vassallo, fil-fatt, kien elett fit-18-il għadd b'4,747 vot u Tony Abela fid-19-il għadd b'4,576 vot. Eventwalment, Fenech Adami kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett u minfloku, fl-elezzjoni każwali, kien eleff Josef Bonnici. Bonnici, li fil-leġislatura ta' qabel kien serva bħala Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, kien irriżenja fl-2004 wara li nħatar membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Dan fetaħ il- bieb għal co-option, bil-Partit Nazzjonalista jagħżel lil Joe Cassar. Dik is-sena, il-Malta Labour Party kellu tmien kandidati, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kellu ħdax. 2003: Eddie l-favorit hekk kif il-PN jeleġġi tliet siġġijiet komdi 2008: L-appoġġ tal-PN jonqos fuq bażi nazzjonali imma jitqawwa fil-ħdax-il distrett Il-gazzetta ILLUM tkompli bil-ħarsa tagħha distrett distrett lejn ir-riżultati li kisbu ż-żewġ partiti l-kbar fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali. Din il-ġimgħa jmiss il-ħdax-il distrett MLP PN 35.72% 61.31% MLP PN 44.78% 54.43%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 January 2022